Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex titħares is-sigurtà tal-persuni li jaħdmu f'Vermont House f'Santa Venera u fil-Young People’s Unit f'Attard?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House filwaqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
B'rabta mas-sigurtà tal-ħaddiema u tar-residenti stess f'Vermont House u fil-Young People’s Unit f'Attard jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda jkun hemm preżenza tal-pulizija b'mod permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House filwaqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu — każijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu, u kemm ilhom quddiem dan il-Bord?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu jammonta għal tlieta – tnejn minn Awwissu 2015 u wieħed minn Novembru 2015. Ir-raba' appell għadu kif ġie ppreżentat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-pjan ta' titjib tal-Film Studios tar-Rinella, u jekk f'dawn il-pjani hemmx involut sound stage?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Nterpellant illi, f’Ottubru 2015, il-Gvern beda proċess kompettitiv fuq livell internazzjonali sabiex isib sieħeb strategiku li jinvesti fi studio professjonali għall- industrija tal-films, fil-Kalkara.
Il-proċess beda permezz ta’ EOI (Expression of Interest) li għalqet f’Dicembru 2015. F’dan l-istadju kien hemm 5 kumpaniji li issottomettew l-ideat tagħhom.
Wara li saret evalwazzjoni ta’ dawn il-proposti, il-proċess għadda għat-tieni fażi, dik li jinħareġ RFP (Request for Proposals) li mistennija tkun ippublikata fil-ġimgħat li ġejjien.
Nikkonferma mal-Onorevoli Interpellant li fil-pjanijiet ta’ dawn l-istudios hemm
sound stages
, xi ħaġa li l-pajjiż qatt ma’ kellu qabel.
Sound stages
se jattiraw numru kbir ta’ produzzjonijiet ta’ films u televiżjoni lejn Malta. Dan ikompli jikkonferma l-viżjoni strategika tal-Gvern li verament jemmen fil-potenzjal kbir tal-industrija tal-films.
MFSA — Investigazzjonijiet fuq perusni jew entitajiet liċenzjati
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm investigazzjonijiet fuq persuni jew entitajiet liċenzjati fl-2015? Kemm kien hemm pendenti fil-31 ta' Diċembru 2015, u dawk pendenti kemm ilhom taħt investigazzjoni? Barra l-investigazzjonijiet, kien hemm xi kwistjonijiet ta' sorveljanza oħra? X'qed tagħmel l-MSA biex tara li dawn l-investigazzjonijiet u kwistjonijiet jingħalqu fi żmien qasir?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2015 kien hemm 50 investigazzjoni għaddejja fuq persuni jew entitajiet liċenzjati mill MFSA. In-numru ta’ investigazzjonijiet pendenti fil-31 ta' Diċembru 2015 kien 36. Minn dawn ta’ l-aħħar 19 inbdew fl-2015, 10 ilhom taħt investigazzjoni mill-2014, 5 mill-2013 u 2 ilhom mill-2011.
Barra minn dawn l-investigazzjonijiet hemm numru ta’ kwistjonijiet ta’ sorveljanza li ukoll ivarjaw fid-daqs, fin-natura u fil-kumplessita’ tagħhom u li għaldaqstant l-ammont ta’ żmien li jkun hemm bżonn biex jigu ttrattati jvarja skond il-każ. Dawn il-kwistjonijiet huma segwiti b’mod kontinwu mill-Unit responsabbli għas-superviżjoni skont il-qasam partikolari. Dan isir permezz ta’ korrispondenza, laqgħat mal-persuni jew entitajiet konċernati u/jew żjarat ta’ verifika, kif ukoll permezz ta’ miżuri regolatorji kif jinħtieg, inkluż ħrug ta’ direttivi, penali amministrattivi u sanzjonijiet oħra jekk ikun jitlob il-każ.
L-ammont ta’ ħin u riżorsi umani tekniċi meħtiega f’dawn il-proċessi qiegħed dejjem jikber flimkien mat-tkabbir fis-settur u ż-żieda fid-daqs ta’ l-entitajiet konċernati. L-MFSA għaldaqstant għaddejja b’diversi programmi ta’ reklutaġġ u t-taħrig intiżi biex jitħaffu l-proċessi ta’ investigazzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet ta’sorveljanza, filwaqt li dawn il-proċessi jibqgħu isiru bir-reqqa neċessarja u skont il-proċeduri mitluba mill-liġi. Twaqqfet ukoll Enforċement Unit u qed jigi emendat l-Att dwar l-Awtorita’ tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, biex jissaħħu l-proċessi ta’ infurzar u fl-istess waqt titjieb l-allokazzjoni tar-riżorsi meħtiega kemm għax-xogħol ta’ superviżjoni u sorveljanza, kif ukoll għal dak investigattiv u ta’ infurzar. L-Awtorita’ qegħda tistudja wkoll kif jista jsir iktar titjib fin-numru kbir ta’ proċessi li hija tħaddem.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' direct orders li ngħataw mill-MFSA matul is-sena 2014 u matul is-sena 2015? Jista' jagħti lista ta' dawk li ngħataw direct orders ta' ammonti minn €10,000 f'sena waħda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx uffiċjalment infurmat bis-serqa li seħħet fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kif irrapurtata mill-Kunsill f’Diċembru 2015? Jista’ jgħid fiex waslet din l-investigazzjoni mill-pulizija u x’miżuri ħa u qed jieħu l-Kunsill Lokali sabiex ma jkunx hemm sitwazzjoni simili fil-futur? Jista’ jgħid jekk kienx hemm okkażjonijiet oħra fejn naqsu flus mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u jekk iva kienx hemm xi konklużjoni mill-Pulizija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-Kunsill informa lid-Direttur tal-Gvern Lokali bis-serqa msemmija. Il-Kunsill installa sistema ta’ CCTV fl-uffiċċini kollha. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Intant kien hemm ukoll persuna impjegata mal-Kunsill li kienet ukoll suspettata dwar serq wara li din il-persuna kienet irrappurtata minn kuntrattur. Il-Pulizija ser tressaq lil din il-persuna l-Qroti. Il- Kunsill informa mill-ewwel lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali bil-każ peress li ttermina l-impjieg tal-persuna. L-investigazzjoni tal-Pulizija, għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sena b’sena mill-2011 sal-2015? Jista’ jgħid għaliex immatura dan id-dejn u x’qiegħed jagħmel sabiex jindirizza din il-problema?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjon ghadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jieħu azzjoni fuq Triq il-Baltiku, The Village, San Ġwann peress li hemm leak tal-ilma ħiereġ minn taħt il-bankina? Minkejja li saru rapporti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u anke ttieħdu xi samples, għalfejn il-problema għadha ma ġietx solvuta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-Korporazzjoni qed tagħmel l-investigazzjonijiet fi Triq il-Mediterran li tiġi ’l fuq, u parallela ma’ Triq il-Baltiku. L-indikazzjoni hi li hemm problema relatata mas-sistema tad-drenaġġ, u l-ilma qed jispiċċa fi Triq il-Baltiku. Meta jiġi determinat li hemm ħsara, u din il-ħsara tiġi lokaliżżata, fil-jiem li ġejjin se jinġieb permess tal-emerġenza biex jissewwa dak li jkun hemm bżonn.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24687, jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet li bdew f’April ta’ din is-sena dwar leak ta’ drenaġġ fi Triq R. Caruana Dingli, anke fil-parti ta’ bejn Triq R. Caruana Dingli u Triq l-Istefanotis, San Ġwann, peress li l-problema għadha ma ssolvietx?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-każ kienet għaddietu formalment lid-Dipartiment tas-Sanita’ biex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjonijiet meħtieġa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
San Ġwann – Triq Ugo Carbonaro – problema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24688, jista' l-Prim Ministru jerġa' jitlob għall-investigazzjoni, peress li r-residenti ta' din it-triq qegħdin jilmentaw dwar din il-problema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-każ kienet għaddietu formalment lid-Dipartiment tas-Sanita’ biex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjonijiet meħtieġa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' leak ta' drenaġġ li hemm fi Triq il-Mimosa, San Ġwann liema problema ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li skont stħarriġ li sar irriżulta li d-drenaġġ imsemmi fi Triq il-Mimosa għandu l-oriġini tiegħu minn blokka flats tal-Gvern li hemm bejn Triq il-Mimosa u Vjal ir-Riħan. Il-Korporazzjoni kienet ikkomunikat b’mod formali mal-Awtorita’ tad-Djar u anke mad-Dipartiment tas-Sanita’ biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex tissolva l-problema b’mod permanenti.
Jista' l-Ministru jara li jsiru s-sinjali kollha meħtieġa fi Triq tal-Mensija, San Ġwann peress li wara li sar ix-xogħol f'din it-triq, għadha mingħajr sinjali?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jsiru s-sinjali kollha meħtieġa fi Triq San Ġiljan, San Ġwann peress li wara li sar ix-xogħol f'din it-triq, għadha mingħajr sinjali?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ work permit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet għal residenza/xogħol (Single Permit) jintlaqgħu minn Identity Malta. Infurmat li sa issa, il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja tax-xogħol li tirrigwarda lill-persuna msemmija.
Triq Għajn Dwieli – street linings – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ street linings?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont d-dokumenti li għandha għad-dispożizzjoni tagħha Transport Malta, ir-road markings li saru, ġew implimentati eżattament kif kienu qabel ma saru x-xogħlijiet fuq il-wiċċ tat-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-gradi fejn m’hemmx capping tal-pensjoni? Jista’ jgħid kemm qed idaħħal flus il-Gvern mit-tnaqqis tal-pensjonijiet bħal tas-Servizzi Ingliżi u oħrajn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-capping fir-rigward ta’ Pensjoni Kontributorja skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali mhuwiex marbut ma’ xi grad partikolari.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni l-oħra mitluba minnu dwar kemm daħħal flus il-Gvern mit-tnaqqis tal-pensjonijiet ma tistax tingħata għaliex mhux possibli li tiġi kkwantifikata.
Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2015, kemm inbiegħu proprjetajiet li l-valur tagħhom huma:
a. anqas minn €150,000;
b. bejn €150,000 u €250,000;
c. bejn €250,000 u €600,000;
d. bejn €600,000 u €1,000,000; u
e. aktar minn miljun ewro?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża:
VALUR TAL-PROPJETANUMBRU TA PROPRJETAJIET LI ĠEW MIBJUGĦA
Anqas minn €150,00011,783
Bejn €150,000 u €250,0002,398
Bejn €250,000 u €600,0001,258
Bejn €600,000 u €1,000,000240
Aktar minn €1,000,000173
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders bejn Jannar 2016 u Mejju 2016 (xahar b'xahar)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Mejju 2016, inħarġu 4 Ordni ta’ Ħarsien, imqassma kif ġej:
2 minn dawn il-minuri ġew rakkomandati mill-Aġenzija Appoġġ; liema Ordni ta’ Ħarsien ħarġu fit-3 ta’ Frar, 2016.
2 minuri oħra ġew rakkomandati mill-Aġenzija AWAS, fir-rigward ta’ Unaccompanied Minors Asylum Seekers; liema Ordni ta’ Ħarsien ħarġu fit-28 ta’ Jannar, 2016 u l-5 ta’ Mejju, 2016.