Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25746 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li jbatu mid-dijabete — strips

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mid-dijabete u qed jingħataw l-istrips biex jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm? Kull pazjent kemm qed jingħata strips? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm minnhom huma Type 2?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Glucose Strips huma mogħtija lill-pazjenti li jbatu minn Type 1 diabetes biss. Pazjenti ‘l fuq minn 18-il sena huma intitolati għall-50 fix-xahar. Pazjenti taħt it-18-il sena huma intitolati għall-4 Glucose Strips kuljum filwaqt li n-nisa tqal huma intitolati għall-100 Glucose Strip fix-xahar.

Awtorità tal-Mediċina – spezzjonijiet fuq kwalità ta’ mediċina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sa Mejju 2016, kemm kien hemm talbiet lill-Awtorità tal-Mediċina biex jiġu investigati mediċini minħabba l-kwalità inferjuri tagħhom jew minħabba s-side effects li qed ikollhom fuq il-pazjenti?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li minn Marzu 2013 sa Mejju 2016 l-Awtorita` dwar il-Mediċini ntalbet biex tinvestiga prodott mediċinali wieħed minħabba reazzjoni allerġika fl-għajnejn.
Leg 12 PQ #25805 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq San Lawrenz f’San Lawrenz u Triq Franġisk Portelli fl-Għarb – xogħol fuq it-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li wasal is-sajf għaliex għadu ma sarx ix-xogħol fuq it-tieni kisja ta' tarmac fi Triq San Lawrenz f'San Lawrenz Għawdex u għaliex għadu ma sarx ix-xogħol fuq parti minn Triq Franġisk Portelli fl-Għarb meta dawn huma toroq li kull min imur id-Dwejra jrid jgħaddi minnhom? Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq dawn iż-żewg toroq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi x-xogħolijiet imsemmija ser ikunu mwettqa fil-futur qarib.
Leg 12 PQ #25806 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għall-barrieri f’Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-barrieri ġodda jew estensjoni ta' barrieri f'Għawdex? Jista' jagħti dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il applikazzjoni għall-barriera ġdida jew estensjoni ġiet rifjutata jew aċċettata mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista' jagħti dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li għandha quddiema seba’ applikazzjonijiet validati jew ippublikati għall-barrieri jew estensjonijiet ta’ barrieri u approvat tliet applikazzjonijiet u ma rrifjutat l-ebda applikazzjoni għall-istess tip ta’ żvilupp mill-1 ta’ Jannar 2013 sa llum f’Għawdex. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25828 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Artijiet agrikoli barra ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25492 u jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat artijiet agrikoli barra ż-żona preżenti tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġewx mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom u ċjoé biex dawn il-bdiewa joħorġu minn dawn l-artijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta li turi l-artijiet li ġew mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom? X'inhu l-iskop li dawn l-artijiet ittieħdu lura mingħand il-bdiewa u x'ser isir bl-istess artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern ma kellu l-ebda talba biex jittermina kirjiet ta’ artijiet agrikoli barra ż-żona preżenti tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Leg 12 PQ #25829 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru tiegħu jew fid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fid-data tal-31 ta' Mejju 2016? X'irwol għandu kull konsulent u kemm hu s-salarju ta' kull konsulent? X'perkaċċi oħra barra s-salarju għandu kull konsulent?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant se tingħatalu f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #25830 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħaddiema mas-settur pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 25490 li oriġinarjament kienet saret lilu, jista' jgħid f’liema gradi u f’liema dipartiment ġew ingaġġati l-ħaddiema Għawdxin li bdew jaħdmu f’Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? Jista’ jgħid għall-istess perjodu, x’kien il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #25831 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ftehim bejn il-Gvern u Barts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat mill-Gvern mal-Iskola ta' Barts aktar minn sena ilu u ċjoè fit-18 ta' Marzu 2015 u li sal-lum għadu mhux pubblikat? Wara dak il-ftehim ġew iffirmati ftehim oħra dwar l-istess skola?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ftehim li qed jirreferi ghalih ser jigi ppubblikat aktar tard din is-sena.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Jannar 2015 u Mejju 2016, sefirt 14-il darba. Ir-raġunijiet li għalihom sefirt huma kif muri fit-tabella t'hawn taħt: Pajjiż Għan tas-safra Londra - U.K. Education World Forum 2015 Bonn-Ġermanja UNEVOC - Delegazzjoni Ministerjali Pariġi - Franza Informal Ministerial Meeting Madrid - Spanja Ministerial Meetings in Madrid Political Dialogue 5+5 Riga - Latvija Talinn - Estonja 2nd Senior Official's Meeting & 5th ASEM Education Ministers' Meeting (ASEMMES) Riga - Latvija Practical Information, Informal Meeting of Ministries of Labour & Social Affairs Lussemburgu Drop Out Prevention Programme Bahamas 19th Conference of Commonwealth Education Ministers Lussemburgu Informal Meeting of Ministers for Employment & Social Affairs Belġju Education, Youth, Culture & Sports Meeting Belġju EPSCO Council Meeting Belġju Tripartite Social Summit for Growth & Employment Olanda Meeting of Social Affairs & Employment (EPSCO) Renju Unit U.T.C. Meetings In-nefqa b'konnessjoni ma' dawn il-vjaġġi tammonta għal €86,598.24 li tinkludi wkoll l-ispejjeż għal persuni li fformaw parti mid-delegazzjonijiet ta' dawn il-vjaġġi.

Żejtun – reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irrapportati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016 fiż-Żejtun? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fil-lokalita’ taż-Zejtun mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien jammonta għal disgħin (90) każ. Mill-1 ta’ Jannar, 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 in-numru globali kien jammonta għal sittax (16) il-każ ta’ serq. Serq min residenzi fil-lokalita taż-Zejtun bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Dicembru, 2015 jammonta għal ħdax (11) il-każ, filwaqt li bejn l-1 ta Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016, l-ammont kien ta’ erba (4) kazi. Tabella b'aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm persuni impjegati preżentament fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jista’ jindika wkoll il-grad tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm preżentament 55 persuni impjegati maqsuma f’dawn il-gradi Avukat Ġenerali 1 Assistant Avukat Ġenerali 2 Senior Lawyers 4 Avukati 21 Prokuratur Legali 4 Konsulenti 3 Kap Amminstrazzjoni 1 Assistant Prinċipali 2 Uffiċċjal fi Skala 11 1 Uffiċċjali Ezekuttivi 3 Skrivana 10 Messaġiera 1 General Hands 2 Total 55

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – servizz ta’ medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi qegħdin jittieħdu fil-preżent sabiex is-servizz ta’ medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jiġi offrut aħjar? Jista’ jinforma jekk effettivament sarux sessjonijiet ta’ medjazzjoni u jekk iva kemm?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħala waħda mill-Budgetary Measures għas-sena 2016, irid jibda jitħaddem il-Victim Offender Mediation. S’issa s-sessjonijiet tal-Victim Offender Mediation ma setgħawx jibdew minħabba li kellu jinbena l-qafas sabiex dan jista’ jitħaddem sew u jiġi evitat is-secondary victimisation. Madanakollu sabiex il-medjazzjoni taħdem aħjar saru diversi inizjattivi fosthom: · Saru diversi laqgħat regolari, bejn il-membri tal-Victim Offender Mediation Committee sabiex isiru l-preparamenti kollha neċċessarji sabiex jitwaqqaf il-Victim Offender Mediation. F’dawn il-laqgħat tfassal il-Victim’s Charter, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, kif ukoll id-dokumenti kollha meħtiega sabiex ikun jista’ jitħaddem il-medjazzjoni (bħal referral form, u l-kuntratt ta’ bejn il-partijiet); · Rilokazzjoni għall-bini ġdid sabiex jista’ jiġi implimentat il-medjazzjoni, f’bini iktar mgħammar u addatat għal dan, li jinkludi waiting area separat mill-offenders, kamra sabiex isiru l-laqgħat bejn iż-żewg partijiet, jiġifieri bejn il-vittma u l-offender, kif ukoll ġew implimentati mi¿uri ġodda relatati mas-sigurtà; · Saru xi laqgħat mal-istakeholders relevanti, bħal-laqgħa mad-dekan tal-liġi; · Sar ukoll programm ta’ taħriġ għall-medjaturi prospettivi (fuq firxa ta’ diversi xhur u nħareġ ukoll ċertifikat ta’ parteċipazzjoni). · Tfasslet l-Expression of Interest sabiex isir sejħa għall-medjaturi prospettivi;

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – talbiet għall-parole

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi tul dawn l-aħħar tmintax-il xahar u kemm ġew milqugħa, kemm għad hemm pendenti u kemm ġew miċħuda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Novembru 2014 sa Mejju 2016: Applikaw għall- Parole: 155 applikant Ingħataw il-Liċenza tal-Parole: 42 applikant Ma ngħatawx il-Liċenza tal-Parole: 76 applikant Pendenti sal-aħħar ta’ Mejju 2016: 21
Leg 12 PQ #25882 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn – Triq il-Blajjiet – stallazzjoni ta’ dawl

Question

B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba jistax isir stallazzjoni ta’ dawl fi Triq il-Blajjiet Wied il-Għajn bejn Triq iż-Żonqor u Hurd’s Bank u jekk tistax tittieħed id-deċiżjoni li dan isir?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Enemalta hija responsabbli biss mill-konessjoni tal-lampi mas-sistema tad-distribuzzjoni wara li jkunu ġew installati mill-awtoritajiet kompetenti.

Tindif tas-siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jikkoordina mal-BirdLife, li hi responsabbli mis-Simar, f'San Pawl il-Baħar, biex l-area tas-siġar taż-żebbuġ li hemm bħala parti mill-istess inħawi, tiġi mnaddfa mill-ħafna friegħ tas-siġar mejta li hemm jiġru ma kullimkien, u dan qabel ma ssir xi vendikazzjoni li permezz tagħha l-istess siġar jingħataw in-nar b’konsegwenzi wkoll fuq l-istess riserva?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-masġar imsemmi huwa parti minn sit protett, li qiegħed jinżamm fi stat naturali minħabba l-biodiversità tal-post.

Moll tal-Veċċja — dawl

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li d-dawl li hemm fuq il-moll tal-Veċċja, liema dawl ġie mibdul ftit tal-ġimgħat ilu, ma jibqax jinqata’? X’inhi r-raġuni li qed tikkawża l-istess ħsarat, u kemm-il darba ssewwew minn meta twaħħlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proċess ta’ fault finding fis-sistema elettrika tal-moll tal-Veċċja min-naħa tal-electrician tal-kuntrattur . Ninsab infurmat li qabel din id-darba, id-dawl inqata’ f’okkażżjoni oħra, fejn kien nstab fault u ssewwa. Għal xi raġuni li għadha ma ġietx stabbilità, għad hemm diffikultajiet f’parti mis-sistema tad-dawl. Qed isir kull sforz biex dan l-inkonvenjent jiġi rranġat mill-aktar fis possibli.

Spezzjonijiet ta’ prodotti agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema spezzjonijiet saru fuq prodotti (ta' kull tip) agrikoli li jinġiebu fis-suq lokali, u x’koordinazzjoni qiegħda ssir dwar dan mal-Ministeru tal-Finanzi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Qali – Pitkalija — prodotti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar sena, fejn persuni nqabdu jdaħħlu prodotti mhux imkabbra lokalment, fil-Pitkalija, Ta' Qali? X’passi ttieħdu dwar dan?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Pitklalija jsiru spezzjonijiet regolari u għal għarrieda minn spetturi mħarġa. Matul is-sena 2015, kien hemm każ wieħed, fejn Pitkal instab li kellu prodotti li allegatament ma kinux lokali. F'dan il-każ ittieħdu l-passi dixxiplinarji skont il-liġi li tirregola l-Pitkalija.

Ħruġ ta’ Majjal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ħruġ ta' majjal barra minn Malta, u jekk fl-affermattiv jista jgħid lejn liema pajjiżi, kemm jekk għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lejn pajjiżi oħra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2014 lil hawn kien hemm ħruġ ta’ majjal għall-Italja.

Eko-Kontribuzzjoni — Turisti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux diskussjonijiet bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali dwar il-mod kif il-kunsilli lokali għandhom ikunu nvoluti fin-nefqa tal-fondi li se jinġabru permezz tal-50 ċenteżmu eko-kontribuzzjoni minn turisti li jżuru Malta, kif ukoll dwar il-mod kif se jintgħażlu x-xogħlijiet li fuqhom se jintefqu l-flus? X’deċiżjonijiet se jittieħdu dwar dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari numri 24625, 25277, 25615 u 25761.