B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25815, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ LSAs b’livell akkademiku ta’ Advanced Level biss u anke bl-Ordinary Levels biss skont is-sena akkademika li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżiti bażiċi biex wieħed jikkwalifika għal pożizzjoni ta’ SLSA fuq bażi definita huma erba’ kwalifiċi f’livell tlieta (livell ordinarju/SEC jew ekwivalenti) u kwalifika f’livell erbgħa (livell avvanzat jew ekwivalenti). Minn Ottubru 2014 tlieta mill-erba’ kwalifiċi f’livell tlieta jridu jkunu fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Bħalissa il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu 893-il SLSA fuq kuntratt definit.
Wara erba’ snin fis-servizz bħala SLSA fuq bażi definita wieħed jingħata kuntratt indefinit jekk jissodisfa r-rekwiżit ta’ kwalifika f’livell ħamsa b’minimu ta’ tletin-il ECTS. Bħalissa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu 213-il Supply LSA fuq kuntratt indefinit.
Ir-rekwiżiti bażiċi biex wieħed jinstab eliġibbli għal LSA I u LSA II huma kwalifika f’livell ħamsa b’minimu ta’ 30-il ECTS u kwalifika b’livell ħamsa b’minimu ta’ sittin-il ECTS rispettivament.
Fil-każi kollha l-kwalifika f’livell ħamsa trid tkun fil-qasam tal-Edukazzjoni Inklussiva.
Bħalissa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu 407 LSA I u 690 LSA II.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna u l-kumpanija msemmija ma taw l-ebda servizz fil-Ministeru tas-Sahha fis-snin imsemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – direct orders
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-ebda entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma għamlet użu mill-Avukat jew mid-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi li kellhom konnessjoni politika mal-Partit Nazzjonalista qabel ma saru ambaxxaturi ta’ Malta mill-1989 sal-2013? Min kienu dawn in-nies? Kemm damu jokkupaw din il-kariga u kemm kellhom salarju kull sena għax-xogħol li kienu qed jagħmlu?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
L-Ambaxxaturi kienu ntitolati wkoll għal medical allowance, education allowance, settling in allowance, clothing allowance u ħlas ta' kirjiet u 20% tal-calls tat-telefon.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-full complement tan-nurses f’kull grad u meta hemm il-ħsieb li jerġa’ joħroġ sejħa għall-promozzjonijiet ta’ NO?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella ta’ hawn taht filwaqt li ninfurmah illi hemm il-hsieb li aktar tard din is-sena tohrog sejha ghall-promozzjonijiet ta’ Charge Nurse.
Full Complement 2016
Director Nursing Services
Chief Nursing Manager
Head/Asst. Head Nursing Services
Senior Nursing Manager
Charge Nurse
Practice Nurse
Deputy Charge Nurse
Staff Nurse & Senior Staff Nurse
Enrolled Nurse
Registered Mental Nurse
3
10
2
39
215
90
260
2812
241
68
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu ċċertifikat bħala Gluten Intolerant huwiex intitolat biex jieħu l-vouchers bħal dawk il-persuni li huma Celiac?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex pazjent jibbenifika mill-vouchers ta’ valur monetarju marbuta mas-Coeliac Products Voucher Scheme dan irid jiġi iddijanjostikat bil-kundizzjoni tal-marda tas-Coeliac skond l-Iskema V.
Wied l-Isqof – Limit tar-Rabat – tindif ta’ widien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitnaddfu l-widien fosthom Wied tal-Isqof fil-limiti tar-Rabat (Malta)? Hemm xi pjan li dan il-wied u oħrajn bħalu jibdew jitnaddfu fuq bażi regolari? Kemm-il darba fis-sena dan il-wied u oħrajn bħalu se jibdew jitnaddfu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Widien timplimenta nterventi ta’ manutenzjoni fil-widien wara li jkunu ndividwati widien partikolari li jiġu magħżula wara żjarat li jsiru b’mod regolari, kif ukoll wara li jiġu evalwati talbiet mingħand il-pubbliku u entitajiet governattivi. Dawk l-interventi meqjusa l-iktar urġenti jiġu magħżula għall-implimentazzjoni. Madanakollu, jeħtieġ pjan integrat u fuq skala nazzjonali fejn jiġu meqjusa l-wesgħat tal-ilma (catchment areas) kollha tal-widien. L-interventi maġġuri m’għandhomx isiru biss fuq parti żgħira tal-wied, imma trid tiġi meqjusa s-sistema kollha sabiex ix-xogħlijiet ikunu aktar effettivi u jservu għal tul itwal ta’ żmien. Bħalissa d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura qed jiżviluppa proposti għal applikazzjonijiet ta’ fondi tal-Unjoni Ewropeja biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-pjanijiet (management plans) għal diversi wesgħat tal-ilma ta’ widien, inkluż is-sistema ta’ Wied il-Kbir li minnha jagħmel parti l-Wied tal-Isqof.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar li kienet tal-Isqof Baldassare Cagliares, li bħalissa tinsab abbandunata u sfortunatament saritilha ħafna ħsara, tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol? Meta din id-dar tkun restawrata, hemm il-ħsieb li tibda tinfetaħ għall-pubbliku biex ikun jista’ jżurha?
Presidenza tal-Unjoni Ewropea – prijorità lis-settur agrikolu u sajd
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikunu l-prijoritajiet ta' Malta f'dak li jikkonċerna s-settur agrikolu kif ukoll dak tas-sajd meta Malta jkollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-prioritajiet f’dawn l-oqsma għadhom qed jiġu ffinalizzati.
Fir-rigward tal-qasam agrikolu, bis-sitwazzjoni prekarja li għaddej minnha s-settur agrikolu tal-Unjoni Ewropea, il-priorità bħalissa qiegħda fuq diskussjonijiet biex intejbu s-sitwazzjoni. Malta qiegħda ssegwi mill-qrib dawn l-iżviluppi sabiex tkompli din il-ħidma bħala Presidenza biex b’hekk it-tisħieħ u t-tkabbir fis-settur agrikulturali tal-Ewropa jimpatta pożittiv fuq Malta.
Fir-rigward tas-sajd, il-priorità tal-ħidma tal-Presidenza Maltija tkun dik li tibqa’ għaddejja l-ħidma sabiex nilħqu
level playing field
fil-Mediterran.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20146, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li ngħataw tagħrif fuq il-bexx u kemm minnhom ingħataw iċ-ċertifikat relatat?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li 3412 utenti professjonali attendew kors dwar L-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi. Minn dawn bħalissa hemm 2053 utenti professjonali li ghandhom ċertifikat validu li jixtru, jittrasportaw, jaħżnu u jużuw Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20150, peress illi l-Ministru rreferieni għall-Ministru ieħor għar-risposta, dan ifissser illi l-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd ma jafx meta l-pjan għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 se jkun operattiv u min se jibbenefika minn dan il-pjan u f’liema proporzjon? Il-Ministru responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea qiegħed jikkonsulta u jiddjaloga mal-Ministru responsabbli mis-settur agrikolu u tas-sajd fuq fondi direttament relatati ma’ dan is-settur?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 20150 b'ebda mod ma tajt x’nifhem li mhux qed niġi kkonsultat mill-Ministru responsabbli għall-Pjan għall-Iżvilupp li staqsa dwar id-dettalji tal-operattività jew il-kontenuti tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-pjan għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 se jkun operattiv? Min se jibbenefika minn dan il-pjan u f’liema proporzjon?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ewwel żewġ sottomiżuri taħt il-Miżura 10 – Agro Ambjent Klima kienu varati w għalqu fid-9 ta’ Ġunju w s-sottomiżura taħt il-Miżura 19 – Leader ġiet varata fi Frar u tagħlaq f’Settembru. Miżuri oħra se jiġu varati fil-ġimgħat li ġejjin.
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għad-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra li jikkonċerna deskrizzjoni tal-miżuri li jinstabu fil-programm konċernat.
Attachments:Lista ta' Mizuri 2014-2020_PQ 24426.pdf
Dipartiment tas-Saħħa – ħaddiema – contact with patient allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa u fl-entitajiet kollha li jagħtu servizz tas-saħħa, li huma intitolati għall-contact with patient allowance?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 741 haddiema li huma intitolati ghall-contact with patient allowance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta' Type 1 Diabetes, sena b’sena bejn is-sena 2000 u l-2016? Kemm minnhom kienu tfal taħt is-16-il sena? Kemm kienu bniet u kemm subien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qabel is-sena 2012 ma kienitx tinzamm statistika rigward kazijiet godda tat-type 1 Diabetes.
Skond l-informazzjoni migbura mill-
POYC
, it-total ta’ każijiet ġodda tat-Type 1 Diabetes mill-2012 sal-bidu ta’ Gunju 2016 huwa ta’ 1,078. Minn dawn, 156
kienu ta’ 16-il sena u inqas; 64 kienu bniet u 92 kienu subien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-dijabete li qed jieħdu l-kura f’pajjiżna? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total tal-pazjenti li qed jieħdu kura għall-kundizzjoni tad-diabete minghand il-Gvern huwa 28,712. In-numru ta’ pazjenti li jbatu minn Type 1 Diabetes u li għandhom l-Iskeda V (il-Kartuna s-Safra) huwa 1,048.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mid-dijabete u qed jingħataw is-siringi? Kull pazjent kemm qed jingħata siringi? ? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ghall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25744.Permezz ta’ Memo mahruga f’Marzu 2012 (DPA Memo 01/2012 Schedule V Reform and Diabetes Mellitus Management) pazjenti li għandhom Kartuna Safra għad-Dijabete huma intitolati għal-30 siringa fix-xahar. Dijabetiċi li għandhom Kartuna Roża għad-Dijabete huma intitolati għal-10 siringi fix-xahar.