Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ikel tal-Ewropa – politika ġdida

Question

Billi xhur ilu waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari l-Ministru kien ta informazzjoni li l-Gvern kien se jifformula politika ġdida dwar il-mod kif se jiġu megħjuna familji b’wild wieħed li ma baqgħux intitolati għal ‘l hekk imsejjaħ ‘ikel tal-Ewropa’, jista’ l–Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet din il-policy?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar il-kriterji li għandhom jintużaw fl-għoti ta’ dan l-ikel.

Dipartiment tas-Servizzi Soċjali – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm persuni li huma meqjusa bħala single parents mid-Dipartiment responsabbli mis-servizzi soċjali, lokalità b’lokalità u wkoll skont is-sess tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li huma ddikjarati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala single parents u jirċievu l-allowance tat-tfal mill-istess Dipartiment, maqsuma lokalità lokalità u skont il-ġeneru, jammonta għal 10,913, skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

IIP Account — kontribuzzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24119, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-NGOs li lilhom ingħataw €791,900 li ssemmew fir-risposta?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – swimming zones

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm swimming zones fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm ċkienu jew tkabbru dawn iż-żoni meta mqabbla mas-snin ta’ qabel, u x’kienet ir-raġuni għal dawn il-bidliet? F’liema minn dawn iż-żoni hemm passaġġi biex minnhom joperaw xi servizzi ta’ water sports?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar hemm dawn iż-żoni riservati għall-għawwiema: Ix-Xtajta ta’ Buġibba (Dolmen) Il-Pjazza tal-Bajja ta’ Buġibba Qala tal-Għazzelin sas-Sirens Veċċja – Għar Għasfur (Barracuda) Xemxija (ħdejn il-Beachaven) Daħlet il-Fekruna Dawn iż-żoni huma bħalma kienu f’dawn l-aħħar snin. Is-servizzi tal-water sports jinsabu fil- Pjazza ta’ Buġibba u fix-Xtajta ta’ Buġibba.

każijiet ta' serq — lokalitajiet Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ serq fis-segwenti lokalitajiet lokalità b'lokalità, San Ġiljan, Tas-Sliema, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Swieqi, Pembroke, Naxxar, Mosta, Mellieħa, Paola, Żejtun, Marsaxlokk, Ħaż-Żebbuġ, Santa Venera, Lija, Iklin, u s-Siġġiewi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Telefonati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea lejn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni li jċemplu mill-Italja lejn Malta, minn sistema Vodafone lejn fixed lines ikollhomx iħallsu rati li huma differenti minn dawk li jitħallsu lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Skond il-Qafas Regolatorju Ewropew ghal Komunikazjonijiet Elettroniċi, is-suq bl-imnut tat-telefonati internazzjonali minn operaturi Taljani lejn numri Ewropej oħra Maltin ma huwiex regolat u għalhekk ma hemmx obbligu li tkun applikata tariffa komuni Ewropeja. Fil-ka¿ ta’ International Roaming, mit-30 ta’ April 2016, abbonati Maltin li ju¿aw mowbajl fown Malti waqt li jkunu l-Italja jew pajjiż ieħor Ewropew biex iċemplu għal Malta, normalment iħallsu rata bħal meta it-telefonata tkun saret minn Malta. F’dawn il-każi iżda, l-operaturi Maltin jistgħu ukoll iżidu surcharge sa l-14 ta’ Ġunju 2017, kif previst mir-Regolament Ewropew rispettiv.

Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – ftehim dwar tliet latrini pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew se jieħu dwar il-ftehim tal-PPP li għamel il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fuq tliet latrini pubbliċi? Jista’ jgħid il-kuntratt huwiex wieħed legalment validu u jekk mhuwiex validu, huwiex jikkonsidra li dan jiġi annullat?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif kont spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18444 “l-ebda Kunsill Lokali ma daħal għal PPP rigward latrini pubbliċi. L-unika xebħ li jista’ jkun hemm huwa dak tal-Kunsill Lokali Valletta” u li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Peress li l-Kunsilli Lokali għandhom il-fakulta li jidħlu fi ftehim ma’ terzi dwar iż-żamma u l-manutenzjoni ta’ lattrini pubbliċi, id-Dipartiment għadu għaddej bl-investigazzjoni tiegħu sabiex ikunu jista’ jieħu l-aħjar deċiżjoni fiċ-ċirkostanzi kollha.

Kunsill Lokali tal-Belt – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders fis-snin 2010 u 2011 mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-valur totali tagħhom? Jista’ jagħti d-dettalji tal-ammont ta’ direct orders li ngħataw mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, hekk kif ipprovduti mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Intant il-Kunsill Lokali tal-Belt informa lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li ma għandux l-informazzjoni għas-snin 2010 u 2011. Id-Dipartiment qiegħed f’kuntatt mal-Kunsill dwar dan.

Reġjun t’Għawdex – fondi tal-Unjoni Ewropea — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-proġetti li saru mir-Reġjun t’Għawdex u li ħadu fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti tlestewx fil-ħin u jekk intilfux xi flus? Jekk intilfu, għal liema raġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex li r-Reġjun ma għamel l-ebda proġett li jista’ jissejjaħ li hu purament tiegħu. Pero saru żewġ proġetti li fihom ir-Reġjun Għawdex kien biss partner u li qatt ma applika għalihom hu. Dawn huma proġetti li applikaw għalihom il-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru tal-Enerġija. Il-fondi Ewropej taż-żewġ proġetti kienu miksuba u amministrati minnhom. Ir-Reġjun kien involut biss fid-diskussjonijiet prelimari. Peress li r-Reġjun Għawdex qatt ma kien Lead Partner ta’ xi proġett/i li saru b’fondi tal-Unjoni Ewropea, għaldaqstant mhux f’pożizzjoni li jagħti aktar informazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministeri konċernati.
Leg 12 PQ #25958 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Fibre Optic Cable alternattiv

Question

Jista’ l-Ministru jelabora dwar il-ħtieġa ta’ fibre optic cable alternattiv? Jista’ jgħid x’qatt sar minn amministrazzjonijiet preċedenti dwar din l-inaċċessibilità diġitali li Għawdex isofri minnha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Submarine Fibre Optic Cable ieħor bejn iż-żewġ gzejjer huwa meħtieġ sabiex f’kaz ta’ interruzzjoni ta’ komunikazzjoni permezz tal-Fibre Optic Cable eżistenti jkun hemm back-up effettiv. In-nuqqas ta’ back up cable hija problema serja u qed tostakola investiment dirett sostanzjali ġdid ġewwa Għawdex. Proġetti u investimenti ġodda għal Għawdex ser ifissru bżonn għal bandwidth addizzjonali sustanzjali u, għaldaqstant, għal faċilitajiet ta’ back-up korrispondenti. Minn naħa l-oħra, ta’ min jippreċiża li l-Fibre Optic Cable eżistenti jiflaħ għad-domanda mbassra għal 15 il-sena li jmiss. Il-microwave back-up limit eżistenti mhux alternattiva adegwat. Ma jidhirx li l-amministrazzjoni preċedenti qatt ħadet passi konkreti biex issolvi din il-problema. Kien biss taħt l-amministrazzjoni ġdida li Malta Enterprise f’koordinazzjoni mal-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ikkommissjonat studju ta’ fattibilita’ għal Digital Hub ġewwa Għawdex liema studju kien jitratta wkoll il- Fibre Optic Cable . Dan l-istudju ġie ffinanzjat permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea (ERDF 331). Il-pass li jmiss huwa issa dak li jiġu kklerjati issues finanzjarji sabiex inwettqu tali proġett.

San Ġwann – Triq San Ġwann tal-Għorgħar — sinjali

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru s-sinjali kollha meħtieġa fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar, San Ġwann peress li wara x-xogħol li sar f'din it-triq għadha mingħajr sinjali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

San Ġwann –Triq in-Naxxar — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq in-Naxxar, it-triq prinċipali f’San Ġwann, il-parti ta' bejn Triq San Ġwann tal-Għorgħar u Triq il-Mensija, tingħata t-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 24416.

San Ġwann – Triq R. Caruana Dingli — Bollards

Question

Jista' l-Ministru jara li jinbidlu l-bollards ta' quddiem il-Masġar Patri Leopoldu, fi Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann. Għalkemm dan l-aħħar Transport Malta għamlet xogħlijiet ta’ asfaltar tul din it-triq minħabba li ġiet identifikata bħala rotta alternattiva għal tul il-proġett tal-Kappara, din it-triq tibqa’ responsabbilta’ tal-Kunsill.

San Ġwann –Triq il-Venew – Stop Marking

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex titneħħa Stop Marking fi Triq il-Venew, San Ġwann, peress li minn dik il-parti ma joħorġux karozzi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tkun iżjed speċifika dwar dak li qed tirreferi.

San Ġwann – Toroq – Mountable Roundabout

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-mountable roundabout ta' bejn Triq l-Istefanotis, Triq il-Pellikan, Triq is-Santwarju u Triq il-Mensija, San Ġwann, l-aktar peress li qiegħda f'żona kruċjali ta' devjazzjoni tal-Kappara Junction?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qegħda tinvestiga il-kaġun tal-ħsara biex tipproċedi skont il-każ. Interventi ta' manutenzzjoni jibqgħu jsiru skont il-prijoritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Xatt tal-Gżira – Recharging Stations

Question

Huwa konxju l-Ministru mill-fatt li bil-bidliet fis-sistema tat-traffiku li saru fix-Xatt tal-Gżira, ir-recharging stations għal dawk il-karozzi li jaħdmu bil-batterija ma ttieħdux inkunsiderazzjoni, sal-punt li l-parking bays allokati għal dawn ir-recharging stations tneħħew kompletament u minflokhom saret karreġġjata waħda u unika li tagħti mill-Gżira għal Tas-Sliema, bil-konsegwenza li ħadd ma jista' jieqaf biex jiċċarġja l-vettura tiegħu għax jekk jagħmel dan jagħlaq kompletament l-aċċess għat-traffiku mill-Gżira għal Tas-Sliema? Xi pjan għandu l-Ministru biex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata mill-aktar fis possibbli? Hemm pjan għalfejn se jkunu relokati dawn iċ-charging stations? Ir-relokazzjoni ta' dawn ic-charging stations mistennija ġġib magħha xogħlijiet li jerġgħu jiddisturbaw l-andament tat-traffiku fl-inħawi tal-Gżira u Tas-Sliema? Sa meta mistennija ssir din ir-relokazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tiġi evalwata l-possibilita’ li din ic-charging pillar tiġi rilokata, possibilment fl-istess żona. Dan qed ikun meqjus li jsir fi ħdan il-qafas regolatorju tal-proġett li permezz tiegħu ġie installat l-istess pillar.

Servizzi ta’ Home Help u Meals on Wheels – lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għas-servizzi tal-Home Help u Meals on Wheels sas-6 ta' Ġunju 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Meals on Wheels sal-perjodu indikat hija ta’ 182 applikant. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ każijiet approvati mill-bord għas-Servizz tal- Home Help sas-6 ta’ Ġunju 2016 u li qed jistennew li jibda jingħatalhom s-servizz huwa ta’ 36 każ.

Servizz ta’ Meals on Wheels – bdil fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm tibdil fil-mod kif is-servizz tal-Meals on Wheels qed jingħata sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-Meals on Wheels, ser ikun qed jiġi aġġornat biex jirrifletti l-prattici u regolamentazzjonijiet reċenti fuq rakkomandazzjoni tal-Ispetturi tas-Saħħa. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, minkejja t-tibdiliet, il-prezz ser jibqa’ l-istess għal dak li jħallsu għalih l-anzjani li jagħmlu użu minn dan is-servizz fil-preżent.

Home Help

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23163 u 22853 u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta’ individwi f’Malta u Għawdex li twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help minħabba nuqqas ta’ ħaddiema bejn l-20 t’April 2015 u l-20 ta’ Jannar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-servizz qiegħed jingħata regolarment.

Mellieħa – Mużew tal-Mellieħa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23538 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tax-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa u meta mistenni jibdew u jintemmu dawn l-istess xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.