Legislature:
Category:
Reset
Active:

FIAU – rapporti — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fl-2016 u fl-2017 li ġie mgħoddi għall-investigazzjoni mill-FIAU lill-pulizija dwar il-Panama Papers u l-persuni konnessi direttament jew indirettament magħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Minħabba li l-FIAU ma taqax taħt dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex l-mistoqsija ssir lill-Ministeru konċernat.

Safar fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30953, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa mal-Commonwealth Local Government Forum (CLGF)? Jista’ jgħid min hu l-advisor li tela’ mas-Segretarju Parlamentari fi Brussell f’Novembru 2016 u ma’ min iltaqa’ bejn l-24 u s-26 ta’ Novembru? X’kien l-iskop li s-Segretarju Parlamentari mar Strassburgu biex jiltaqa’ mal-President tal-Kumitat tar-Reġjun?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Laqgħat mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 30654 u 28561 u peress li l-mistoqsijiet kienu fuq il-Kumitat tar-Reġjuni (Committee of the Regions) u mhux fuq il-Kumitati Reġjonali/Reġjuni, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari u ċjoè: kemm-il darba, hu jew is-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-2016 u sal-ġurnata li tkun imwieġba din d-domanda? Jekk iltaqgħu, meta saru dawn il-laqgħat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat? Jista’ jgħid ukoll jekk saru xi laqgħat, kenux infurmati bihom il-ħames membri Maltin li jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija tal-Kumitat tar-Reġjuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm xejn x’wieħed iżid mar-risposta diġa’ mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 28561, peress li ma saru l-ebda laqgħat oħra mal-Kumitat tar-Reġjuni.

A Partnership for Creative Governance — proġett

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30649, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispejjeż kollha li saru fuq il-proġett “A Partnership for Creative Governance”?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29791 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29793 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29794 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Avukat Ġenerali – persuni li ġew dikjarati bħala whistleblower

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tingħata l-istatus ta’ whistleblower skont il-liġi wara Marzu 2013, u jagħti d-data meta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31153.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — każijiet ta' inġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS gie mwaqqaf fid-29t’April, 2016. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entità li trattar każijiet ta’ inġustizzja fi ħdan dan il-Ministeru.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — każijiet ta' inġustizzja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtha minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, tista’ l-Ministru tgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Tista’ telenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tagħha li qed jinvestiga l-inġustizzji?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entitá li trattat kazijiet ta’ ingustizzja fi ħdan dan il-Ministeru.
Leg 12 PQ #31328 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – ElectoGas – proċess tal-għażla

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li kienu parti mill-proċess kollu ta’ għażla fl-2013 immexxi mill-Enemalta sabiex eventwalment intgħażlet l-ElectoGas bħala l-preferred bidder f’Ottubru 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #31332 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Nexia BT – rapport dwar il-waiting lists

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar minn Nexia BT dwar il-waiting lists?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31452.

European Convention Act — emendat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun emendat il-European Convention Act biex jipprovdi għall-Protokoll 12 għall-protezzjoni minn kull diskriminazzjoni wara li Malta rratifikatu s-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi huwa ppjanat li l-inklużjoni tal-Protokol numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropeja fil-liġi domestika ser issir bħala parti minn inizjattiva leġislattiva aktar wiesgħa dwar l-ugwaljanza li qiegħda fi stadju avvanzat ta’ preparazzjoni.

Tarxien – Triq Santa Tereża – xogħol fit-Triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31152 u 30849 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċjoè jara li Triq Santa Tereża, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31150.

Żwiġijiet bil-knisja u biċ-ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet mill-2010 sal-aħħar tas-sena 2016 sena b' sena? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu biċ-ċivil? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet li saru mis-sena 2010 sas-sena 2016 saru f'Għawdex sena b' sena? Fil-każ ta' żwiġijiet f'Għawdex kemm minnhom kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu ċivili?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30485, tista’ l-Ministru tispjega jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamilx analiżi dwar il-possibbilità li jiżdied il-kumpens li jista’ jitlob konsumatur f’każ ta’ danni morali? Jekk din l-analiżi ma saritx, tista’ tispjega għalfejn din ma saritx?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-għoti ta' danni morali mhux frekwenti ħafna u pjuttost kunċett ġdid għal Malta. Ninforma lill-Ono. Interpellant li għalissa m’hemmx ħsieb li jiżdiedu d-danni morali li jista’ jitlob il-konsumatur quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30485, tista’ l-Ministru tispjega jekk il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamilx analiżi dwar il-possibbilità li jiżdied il-kumpens li jista’ jitlob konsumatur f’każ ta’ danni morali? Jekk din l-analiżi ma saritx, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn din ma saritx?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li mill-analizi li għamel il-Kunsill, peress li il-kumpens għal danni morali huwa pjuttost kunċett ġdid għal Malta, mhux indikat li f’dan il-mument għandu jogħla tali kumpens.