Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – sit diġitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret is-sit diġitali ta' Heritage Malta minn Jannar 2014 sa Diċembru 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm 551,416 persuna li żaru l-website ta’ Heritage Malta.

Art in Public Spaces Programme 2016-2018 – votazzjoni

Question

B'referenza għall-votazzjoni relatata mal-Proġett Art in Public Spaces Programme 2016-18, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex tkun assigurata t-trasparenza f’din l-votazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li meta s-sottomissjonijiet tal-imsemmi proġett ġew esebiti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti waqt in-Notte Bianca tal-2015, kien hemm uffiċjali inkarigati sabiex jieħdu ħsieb il-kaxxa tal-votazzjoni, kemm fil-loġġia tal-mużew kif ukoll mal-bank ewlieni tar-reception.

Heritage Malta – Heads u Managers – performance bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-objettivi u l-kriterji kollha li fuqhom se jingħata l-performance bonus lis-CEO, il-Heads u l-Managers ta’ Heritage Malta matul is-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Heritage Malta — performance bonus - kriterji

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16842, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ​il-miri milħuqa tas-CEO, Heads u Managers u b’liema persentaġġi?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza ghall-miri tal-2015 imniżżla fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 16842, minħabba n-natura kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni ma nħossx li din għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, iżda nistieden lill-On. Interpellant li jkellimni privatament.

Heritage Malta — Stores

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw l-istores ta' Heritage Malta u għaliex numru ta' uffiċini, laboratorji, mużewijiet u siti spiċċaw mingħajr affarijiet bażiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta ma tafx bid-diffikultajiet imsemmija. Dan l-aħħar l-Aġenzija kabbret l-istores u daħħlet sistemi ta’ IT ġodda sabiex taħdem b’mod aktar effiċjenti u effettiv fit-tqassim ta’ stock.

Auberge d’Italie — scaffolding

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex fis-7 ta' Jannar 2016, parti mill-iscaffolding tal-Auberge d'Italie kien se jikkrolla fit-Triq il-Merkanti, Valletta? Jista' jgħid x’miżuri ħa tieħu Heritage Malta sabiex tipproteġġi l-persuni li jużaw din iż-żona u din il-binja mit-trabijiet li qed jinħolqu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-iscaffolding tal-Berġa tal-Italja fl-ebda mument ma kien fil-periklu li jikkrolla, iżda sarlu intervent ta’ prekawzjoni ulterjuri minħabba l-irjiħat qawwija ta’ dawk il-ġranet. F’kull sit/proġett tagħha Heritage Malta taħdem skont il-liġijiet applikabbli. Dawn jiġu spezzjonati regolarment u fl-ebda mument ma nstab xi nuqqas f’dan ir-rigward.

Naxxar – hub għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jindika meta mistenni jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq is-sit għall-bini ta’ hub għall-persuni b'diżabilità fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26060.

Naxxar – hub għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett relatat mal-hub għall-persuni b'diżabilità li l-Gvern qed jippjana li jibni fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’konnessjoni mal-proġett li qed issir referenza għalih, giet sottomessa applikazzjoni għall-Fondi Ewropej. L-applikazzjoni tal-Awtorita' tal-Ippjanar għadha qed tiġi pproċessata.

Naxxar – hub għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta’ hub għall-persuni b'diżabilità fin-Naxxar hux ser jinbena fuq l-istess art/sit fejn fl-2012 kien hemm ippjanat li jsir faċilità sportiva għall-klabb tal-futbol ta' Naxxar Lions?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma jaf l-art/sit li fl-2012 kienet ippjanata li fuqha ssir il-faċilita’ għall-klabb tal-futbol tan-Naxxar Lions, ma kienx u ma hux possibbli li jsiru l-faċilitajiet kif mixtieqa mill-istess klabb. L-art li tista’ tkun qed tgħaddi għall-proġett importanti fin-Naxxar ġiet indikata mill-Government Property Division. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26073 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Lab Technicians

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Lab Technicians jaħdmu fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li bħalissa hemm 12-il laboratory technician jaħdmu mal-Korporazzjoni. Tnejn minnhom jinsabu fuq unpaid leave.
Leg 12 PQ #26074 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ lab technicians

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Lab Technicians fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-2010 u l-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-Lab Technicians fi ħdan il-Korporazzjoni ġew ingaġġati kif ġej: Sena Numru 2010 0 2011 0 2012 4 2013 1 2014 1 2015 4 2016 2 L-ammont ta’ Lab Technicians fl-2013 kien ta’ 10 u illum sar 12 (2 minnhom bl-unpaid leave). Fil-perjodu msemmi l-ammont ta’ testijiet fil-Laboratorju żdiedu u żdiedet ukoll l-effiċjenza tal-ħaddiema.
Leg 12 PQ #26075 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – lab technician — rotazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex se tinbidel is-sistema eżistenti ta’ rotazzjoni tal-Lab Technicians fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minħabba l-komplessita’ ta’ testijiet ġodda, speċjalment dawk relatati ma’ proġetti ġodda, inħasset il-ħtieġa li l-Lab Technicians ikunu aktar speċjaliżżati fuq xogħol partikolari, u mhux dejjem iduru minn xogħol għall-ieħor. B’hekk tiżdied l-effiċjenza fil-laboratorju.
Leg 12 PQ #21177 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – konsulenzi u xogħol legali lill-persuna u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu konsulenzi u/jew xogħol legali mill-Air Malta mill-1990 sal-2012 (l-aħħar sena kompriża) il-persuna u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni mitluba?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Air Malta ma jirriżultalhiex li rċeviet xogħol professjonali u/jew konsulenza mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament. Madankollu, lista ta’ xogħol professjonali u/jew konsultenza mogħtija lil Air Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li tkopri s-snin 2004 sal-2012, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. L-Air Malta ma għandhiex rekords f’dan ir-rigward għas-snin 1990-2003.

Ħ’Attard – Triq Dun Mikiel Xerri – water culverts

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk jistgħux isiru water culverts fi Triq Dun Mikiel Xerri f’Ħ’Attard?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta u għalhekk l-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Ħ’Attard – Triq Dun Mikiel Xerri – ħsejjes insapportabli

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-ħsejjes insapportabli li qed isofru minnhom ir-residenti ta’ Triq Dun Mikiel Xerri f’Ħ’Attard? Jista’ jieħu azzjoni biex dawn il-ħsejjes jieqfu matul is-sigħat ta’ mistrieħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu l-passi neċessarji biex jitwaqqaf dan l-inkonvenjent.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratt għal servizz ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji jekk hemmx kuntratt għal servizz ta’ karozzi (chauffer driven) tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid kemm din il-kumpanija ilha toffri servizzi lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u x’kienu l-ammont totali ta’ flus li tħallset din il-kumpanija kemm ilha toffri s-servizzi tagħha?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm kuntratt mal-kumpanija li qed jirreferi għaliha. Din il-kumpanija kienet ingaġġata wara sejħa għall-offerti fl-2012. Il-kuntratt oriġinali kien imġedded għal sena fl-2014, bl-istess rati u kundizzjonijiet skont kif ipprovdut fi klawżola numru 7 tal-istess kuntratt sakemm inħarġet sejħa oħra għall-offerti u peress li s-servizz provdut kien sodisfaċenti. Saret sejħa għall-offerti fl-2015, imma l-unika offerta ma kinitx skont l-ispeċifikazzjonijiet. Għaldaqstant din l-istess kumpanija ngħatat direct order bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-kuntratt oriġinali, sa Awwissu 2016, skont l-artikolu 20.1.b tal-Avviż Legali 293/2010 biex is-servizz jibqa' għaddej. Saret sejħa oħra għall-offerti f'Mejju ta' din is-sena, liema offerti qed jiġu evalwati. Din il-kumpanija ilha toffri s-servizz tagħha mill-2003 u sa Mejju 2016 tħallset l-ammont ta' €1,075,367.
Leg 12 PQ #22764 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwana – gwardjani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk humiex sejrin jiddaħlu iktar gwardjani fid-Dwana wara li kien sar eżami fl-2015 u f’liema sejħa diġà ġew ingaġġati 15-il persuna? Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dan is-settur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.

Mosta – triq Madre Teresa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-wiċċ tat-triq ta’ Triq Madre Tereża ġewwa l-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni tinstab fuq il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsiru skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Proġett tal-Infrastruttura għall-ilma tat-tisfija tad-drenaġġ — ħlas

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20152, jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala l-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura, hux qiegħed jiġi kkonsultat mill-Ministru responsabbli dwar il-proġett tal-infrastruttura għall-ilma tat-tisfija tad-drenaġġ peress illi fir-risposta tiegħu ta x’wieħed jifhem li mhux qed jiġi kkonsultat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 20152 b'ebda mod ma tajt x’nifhem li mhux qed niġi kkonsultat mill-Ministru responsabbli għall-proġett li staqsa dwar il-progress tiegħu l-Onor. Interpellant. Filfatt, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-biedja kellu diversi laqgħat mal-bdiewa fejn infurmahom bl-iżviluppi ta’ dan il-proġett. Aktar informazzjoni tingħata fi żmien opportun.
Leg 12 PQ #24428 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett tal-Infrastruttura għall-ilma tat-tisfija tad-drenaġġ — ħlas

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20152, jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-infrastruttura għall-ilma tat-tisfija tad-drenaġġ? Il-bdiewa se jibdew jintalbu ħlas għall-użu ta’ dan l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.