Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu rmiġġi ġodda fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li kien hemm sajjieda li tneħħilhom l-irmiġġ mill-port tal-Imġarr f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x' kienet ir-raġuni li dawn is-sajjieda tneħħielhom l-irmiġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ġew kreati sitt irmiġġi wara organizazzjoni aħjar tal-istess irmiġġi. Infurmat li ma kien ebda sajjied li tneħħielu l-irmiġġ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla ktieb matul is-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm inqabdu persuni jaħdmu bla ktieb matul is-snin 2012, 2013, 2014, 2015 (Jannar sa Diċembru) u 2016 (Jannar sa Mejju). It-tabella turi wkoll ta' liema nazzjonalità kienu.
Attachments:PQ 25028 - Persuni li nqabdu jahdmu bla ktieb.xlsx
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karin Grech – ftehim
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25297, jista’ l-Ministru jgħid meta se jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li sar mal-kumpanija privata li ser tieħu f’idejha l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech?
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ftehim bejn il-ħaddiema u l-Unions
Question
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24683 u 25298, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat ftehim mal-Unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema f'kategoriji diversi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karin Grech dwar il-privatizzazzjoni ta' dawn l-Isptarijiet u dan peress li kien ġie indikat li ntlaħaq ftehim mal-Unions kollha? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-ftehim mal-Unions fuq il-Mejda tal-Kamra? Sar due diligence fuq l-investituri kif talbu l-Unions?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25491, 24421 u 25230 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/ kuntratt li permezz tiegħu l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddiet għand il-Malta Industrial Parks? Jista' jgħid għaliex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għadda għand il-Malta Industrial Parks u jekk issa allura ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hijiex ser tiġi meqjusa bħala Żona Industrijali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddiet lill- Malta Industrial Parks skont l-Ordinanza tal-Kummissarju tal-Art (Kap 169) tal-Liġijiet ta’ Malta, permezz ta’ Avvi¿ Legali Nru 95/2016. Il-pjanta ta’ din l-art ġiet transunta fl-Atti tan-Nutar Tania Spiteri datat 8 ta’ Marzu 2016. Kopja ta’ l-Avviż Legali flimkien ma’ l-Att qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum min kienu l-persuni li ġew inkarigati mill-Ministeru tiegħu biex jagħtu konsulenza fuq l-airstrip u/jew servizz ta' helicopter jew fixed-wing plane bejn Malta u Għawdex? Kemm tħallsu dawn il-persuni għal dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi kopja tar-rapport jew pariri li ngħata fuq l-airstrip u servizz imsemmi minn dawn il-konsulenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn friża li hemm fil-Cold Stores fix-Xewkija ilha xhur ma taħdimx? X'qed isir biex din tibda titħaddem fl-iqsar żmien possibbli u s-servizz li jingħata, speċjalment lis-sajjieda, ikun wieħed adegwat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-friża tinsab wieqfa minħabba ħsarat intensivi li ġarbu ż-żewġ kumpressuri. Dawn il-kumpressuri bħalissa jinsabu għat-tiswija iżda għadna qed nistennew xi parts li ġew ordnati, jaslu Malta. Appena jaslu l-parts tkun tista’ issir it-tiswija fuq il-kumpressuri u fil-ġimgħat li ġejjin din il-friża mistennija terġa tibda taħdem. Sa kemm tissewwa din il-friża qed ngħamlu użu minn friża oħra li normalment ma tintużax mis-sajjieda.
Jista' l-Ministru jgħid f’liema skejjel f'Għawdex se tinżamm SkolaSajf matul is-Sajf li ġej? F’liema skejjel kien hemm SkolaSajf fis-sena 2015 imma din is-sena mhux se jkun hemm u għal liema raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskejjel f'Għawdex li fihom se tinżamm SkolaSajf matul is-sajf li ġej huma:
Għajnsielem
Għarb
Kerċem
Qala
San Lawrenz
Sannat
Sannat Special Unit
Xewkija
Nadur
Victoria
Xagħra
L-uniku ċentru ta' SkolaSajf f'Għawdex li mhux ser jiftaħ huwa ż-Żebbuġ minħabba li kien hemm applikant wieħed biss.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiżdied tal-inqas Maġġur ieħor tal-Pulizija f’Għawdex u dan in vista li f’Għawdex issa hemm biss Maġġur wieħed meta sa ftit ilu kien hemm erba’ Maġġuri?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 24454.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija Għawdxin qed jagħmlu t-training tal-isparar f’Malta meta dan it-training kien isir fil-bażi tal-Forzi Armati ta’ Malta fin-Nadur Għawdex?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li tali taħriġ fil-passat sar dejjem Għawdex, kif qed jallega fil-mistoqsija.
Ma jaħsibx il-Ministru, li x-xogħlijiet li saru fiż-żona ta' Ta' Xbiex Junction u x-xatt bejn il-Gżira u Tas-Sliema huwa nieqes minn road markings u sinjali tat-traffiku adegwati biex jidderieġu lis-sewwieqa skont is-sistema tat-traffiku li ġiet implimentata fl-aħħar ġimgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tkun iżjed speċifika dwar liema road markings u sinjali tat-traffiku (jew in-nuqqas tagħhom) qiegħda tirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Planning Authority (li qabel kienet il-MEPA) fasslitx xi development brief għall-inħawi ta' Selmun? Jekk iva, x'hemm inkorporat f'dan id-development brief? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istess brief? Jekk le, jista' jieħu l-passi neċessarji biex tali brief jiġi ppreparat, u fih jiġi nkorporat ukoll x’użu hemm maħsub għal dak li kien jifforma l-fortizza ta' Campbell, fl-istess inħawi? Xi żvilupp hu maħsub li se jsir minflok dik li kienet il-lukanda ta’ Selmun Palace?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-policies eŻistenti fl-iSPED, il-Pjan Lokali u ir-Rural Policy and Design Guidance jagħtu biŻŻejjed gwida għal kull Żvilupp li jista’ jiġi propost f’din l-area. Fir-rigward tal-lukanda Selmun Palace, hemm is-Selmun Hotel Site Planning Policy li ġiet approvata fl-1 ta’ Lulju 2015 fejn nitlob l-Onor Interpellant jirreferi ghat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17642.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23815, għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni PA 283/16, billi fl-eżekuzzjoni tax-xogħol li hemm permess li jsir qed iġib miegħu bosta lmenti mir-residenti tal-inħawi, u dan minħabba n-nuqqas ta' osservanza ta' ħinijiet tal-eżekuzzjoni tax-xogħol permess, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed tieħu l-Planning Authority biex tassigura li ma jinħolqux inkonvenjenzi żejda lil dawk li joqogħdu fl-inħawi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tal-Ippjanar mhix l-entità kompetenti li tassigura li ma jinħolqux inkonvenjenzi żejda lil terzi waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol permess.
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 23813, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol infrastrutturali li hu meħtieġ biex dan l-ilma tad-drenaġġ, fil-fatt jitwassal fid-destinazzjoni tiegħu?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25609, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli mill-Agrikultura għal dak li jikkonċerna l-multi li qed jingħad li ser jiġu mposti fuq min għandu serer madwar Malta u Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jkun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
San Pawl il-Baħar – tħaffir ta’ toroq minn Enemalta
Question
Billi matul il-ġimgħat li għaddew f'bosta toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar saru interventi mill-Enemalta, fejn tħaffru t-toroq, u f'xi każi wkoll twaħħlu arbli fuq il-bankina, bħal ma kien fil-każ fi Triq it-Turisti, u dan mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex ma jinħolqux inkonvenjenti ġodda, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li ma jinħolqux problemi għal dawk li jużaw dawn l-istess bankini?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post irriżulta li x-xogħlijiet indikati mhumiex xogħlijiet tal-Enemalta plc.
San Pawl il-Baħar – xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ mill-WSC
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Water Services Corporation (WSC) qed tassigura li xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ li qed isiru mill-privat f'diversi partijiet ta' San Pawl il-Baħar, fil-fatt mhux qed jikkawżaw ħsarat fuq is-sistema? X'permessi qed tagħti, u x'sorveljanza tagħmel il-WSC biex tassigura li ma jinħolqux diffikultajiet, u wkoll biex jiġi assigurat li t-toroq jerġgħu jiġu reinstated b'mod sodisfaċenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li f’din l-aħħar sena l-Korporazzjoni addottat sistema fejn qabel tirrilaxxa l-permess sabiex issir ‘house connection’ mill-privat, l-ewwel issir laqgħa mal-kuntrattur fuq il-post. Waqt din il-laqgħa l-Korporazzjoni tagħti l-istruzzjonijiet kif għandhom isiru x-xogħlijiet. Il-kuntrattur javża meta jkun se jsiru x-xogħlijiet sabiex ikun hemm superviżjoni mill-Korporazzjoni. Dan isir biex jiġi assigurat li l-kuntratturi li jqabbdu mad-drenaġġ ma jagħmlux ħsara fis-sistema.
Il-Korporazzjoni tissorvelja biss il-konnessjoni u l-main tad-drenaġġ u li ma ssirx ħsara fuq l-infrastruttura tal-Korporazzjoni, kif kienet il-prassi għal dawn l-aħħar snin.
Kunsill Konsultattiv –Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill Konsultattiv li ġie kostitwit bil-liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nominazzjonijiet għall-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx mistenni jkollu l-ewwel laqgha fil-gimghat li gejjin.
Kunsill Konsultattiv –Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx — membri
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-membri li jiffurmaw il-Kumitat Konsultattiv li ġie kostitwit bil-liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx?
Liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx – avviżi legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdietx il-ħidma minn Ministeri varji sabiex jiġu mressqa l-Avviżi Legali relatati mal-liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx, liema avviżi legali kienu ġew maqbula bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni waqt l-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi tal-Liġijiet?