Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Vinċenz de Paul – nuqqas ta’ materjal u ingwanti

Question

Jista' l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li f’numru ta' swali fir-Residenza ta' San Vinċenz, ħaddiema qed ikollhom jaħdmu b'nuqqas ta' ingwanti u materjal ieħor li jużaw fil-qadi ta' dmirijiethom b'rabta mal-kura tal-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-materjal mediku jiġi fornut mis-Central Supplies Unit li jaqa’ taħt il-Ministeru tas-Saħħa u għaldaqstant il-mistoqsija trid issir lilll-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vincenz de Paule – Sala Rużar Briffa

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-perit dwar is-saqaf tas-Sala Rużar Briffa 5 fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule biex iserraħ ras l-anzjani, il-qraba tagħhom u l-ħaddiema li jaħdmu fl-istess sala, li s-saqaf mhux wieħed ikkundannat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont l-ispezzjoni u r-rapport tal-periti, fis-17 ta’ Marzu 2016, kien iċċertifikat li s-saqaf ma huwiex ta’ periklu għar-residenti u l-ħaddiema.

Residenza San Vincenz de Paule — overtime

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lis-skeda tal-overtime li sar fid-dipartiment/swali separati fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule, bejn Jannar 2015 u Mejju 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vincenz de Paule – kmamar tal-banju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kmamar tal-banju/toilets li hemm fis-swali tar-Residenza San Vincenz de Paule humiex komuni u jistgħu jintużaw kemm mir-residenti kif ukoll mill-ħaddiema li jaħdmu fl-istess swali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, f’kull sala ġewwa r-Residenza, hemm kmamar tal-banju/toilets iddisinjati apposta għar-residenti u oħrajn li jagħmlu użu minnhom l-impjegati.

Home Help

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord responsabbli mis-servizz tal-Home Help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Bord preżenti tal-Home Help huwa ffurmat minn : · Is-Sa Maria Camilleri · Dr. Anthony Livori · Is-Sur Carmel Mizzi · Is-Sur Mario Sammut

Residenza San Vincenz de Paule – vettura / trakk

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni li vettura/trakk li qabel kien jintuża mill-ħaddiema tal-Enemalta u li issa jinsab għad-disposizzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz, illum mhux jintuża u minflok qed jinkrew/jinxtraw inġenji simili bi spejjeż addizzjonali għall-istess residenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-vettura/trakk li qed issir referenza għalih, għadu jintuża u ma’ inkera l-ebda tip ta vettura/trakk simili bi spejjeż addizzjonali għall-istess residenza.

Kunsilli Lokali — Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25425, 24103, 23110 u 22734 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u t'Għawdex, sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-threshold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom u għaliex sar hekk?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #26081 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti – xiri — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’ talbiet li saru lid-Dipartiment tal-Kuntratti għal xiri permezz ta’ direct orders ta’ valur ta' fuq minn €120,000 jew Restricted Tendering Procedure (valur, metodu ta’ xiri, data meta saret it-talba, deskrizzjoni tax-xiri u l-isem tal-kuntrattur) hekk kif mitluba mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks bejn is-snin 2008 u 2012? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Asset Recovery Bureau — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx l-Asset Recovery Bureau? Jekk iva, jista’ jagħti elenku dettaljat tax-xogħol kollu li għamel s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Asset Recovery Bureau ġie mwaqqaf permezz tal-Avviż Legali Numru 357 tat-2015. Skont l-istess Avviż Legali, ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f’dik id-data kif il-Ministru jista’ b’Ordni fil-Gazzetta jistabbilixxi u dati differenti jistgħu hekk jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet u għanijiet differenti ta’ dawn ir-regolamenti. Il-membri tal-Bord qed jiltaqu biex ifasslu politika li għandha tiġi adottata mill-Uffiċju u li għandha tiġi segwita mid-Direttur tal-Uffiċju għall-Irkupru tal-Assi.
Leg 12 PQ #26083 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Appuntament għad-Dental – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li meta marret fil-Mobile Dental Unit tal-health għamlulha dental appointment però għadha ma ġietx ikkuntattjata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #26084 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-irkoppa – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ operazzjoni tal-irkoppa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Laboratorju tal-Kalibrazzjoni — akkreditazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Laboratorju tal-Kalibrazzjoni li jinsab Kordin tilifx l-akkreditazzjoni li kellu ma’ NAB-Malta? Jekk iva, tista' tgħid x’effett dan ħa jħalli fuq dawk il-kumpaniji li jużaw is-servizz ta’ dan il-laboratorju u tgħid ukoll x'passi u azzjonijiet ittieħdu kontra min kien responsabbli għal dan in-nuqqas?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-akkreditazzjoni tal-Laboratorju tal-Kalibrazzjoni ma ntilfitx imma ġiet sospiża mill-NAB-Malta sakemm jiġu pprovduti u verifikati dokumentazzjoni meħtieġa relatati ma’ proċeduri interni. Ma kien hemm l-ebda effett fuq il-kumpaniji li jużaw is-servizz ta’ dan il-laboratorju u s-servizz baqa’ jingħata bl-ogħla livell li dejjem ġie mogħti.

Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur – Diretturi u Diretturi Ġenerali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il Direttur Ġenerali u Direttur hemm fl-entitajiet kollha tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn kienu jokkupaw din il-pożizzjoni fl-1 ta' Marzu 2013 u għadhom jokkupaw din l-istess pożizzjoni llum?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-MCCAA hemm erba’ (4) Diretturi Ġenerali, għaxar (10) Diretturi u żewġ (2) Heads of Section. Fl-1 ta’ Marzu 2013 kien hemm wieħed (1) Direttur Ġenerali, żewġ (2) Diretturi li saru Diretturi Ġenerali u tlett (3) Diretturi li kienu u għadhom jokkupaw headship postions .

National Centre for Quality and Scientific Affairs – progress għat-twaqqif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi progress sar fit-twaqqif tan-National Centre for Quality and Scientific Affairs (NCQSA)? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji jew rapporti li saru f’dan ir-rigward?

Response (DALLI, HELENA)

Wara diskussjonijiet li saru ma’ diversi entitajiet u laboratorji interessati kif ukoll ma’ istituzzjonijiet, u wara studju mill-MEU, ġie deċiż li l-ewwel pass ikun li jitwaqqfu networks ta’ laboratorji. Dawn in-networks ser jservu għall-aħjar użu ta’ xjenzati u tal-equipment. Għalhekk twaffaq il-Malta Laboratories Network li qed jaħdem għal dan il-għan. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar mill-MEU.
Leg 12 PQ #26088 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 25790 u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ it-tender u liema kienu b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar peress illi l-informazzjoni mitluba hija waħda konsiderevoli.
Leg 12 PQ #26089 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ – xogħol fuq il-main tal-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fix-xogħol li sar mill-Water Services Corporation fuq il-main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta’ Ċenċ fis-Sannat liema kienu x-xogħlijiet li saru li ma kenux fit-tender oriġinali u kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jagħti lista' ta' dawn ix-xogħlijiet u jgħid kemm swiet kull biċċa xogħol li ma kenitx fit-tender? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet li ma kenux fit-tender oriġinali, ingħatawx b'direct order jew inħarġitx tender għalihom? Jista' jgħid f'kull każ lil min ingħata dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fil-proġett imsemmi saru ċertu xogħlijiet addizjonali għaliex kien hemm bżonn li jiġu riżolti ċerti problemi tekniċi imprevedibbli li ma kinux oriġinarjament ippjanati. Ix-xogħlijiet jinkludu fost l-oħrajn: · bini ta’ triq fejn il-pedamenti kienu dgħajfin minħabba tafal jew nuqqas ta’ rdim sod; · tagħqidiet ta’ drenaġġ; · hard shoulders fil-ġnubijiet ta’ xi toroq, u · rampi għall-aċċess ta’ karozzi. L-istima finali ta’ dawn ix-xogħlijiet għad trid tiġi kkalkolata peress li x-xogħol għadu mhux komplut u qiegħed jiġi mkejjel. Ix-xogħlijiet qegħdin isiru mill-istess kuntrattur li rebaħ it-tender oriġinali.
Leg 12 PQ #26090 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kuntrattur li jipprovdi ħaddiema lill-Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25800 u jgħid min hu l-kuntrattur privat li ngħata l-kuntratt biex jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel? Kemm applikaw għal din is-sejħa għall-offerti u x' kienet l-offerta tagħhom? Bħalissa l-kuntrattur li ġie magħżul, kemm qed jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel u f'liema sezzjonijiet qed jaħdmu? Kemm qed jitħallsu dawn il-ħaddiema kull siegħa ta' xogħol li jagħmlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar peress illi l-informazzjoni mitluba hija waħda konsiderevoli.

Regolamentazzjoni li tirregola l-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet?

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jirrevedi r-regolamentazzjoni li tirregola l-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern diġa għamel konsultazzjoni wiesgħa f'dan ir-rigward u fix-xhur li ġejjin huma intenzzjonati li jiġu ntrodotti emendi li jirrevedu ir-regolamentazzjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet.

Operaturi li għandhom Trade License — skont l-industrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom Trade License f’Malta u jaqsam l-informazzjoni skont it-tip ta’ industrija li joperaw fiha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.