Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra u Ħaż-Żabbar– Xiri ta’ concrete
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra u Ħaż-Żabbar kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali tax-Xagħra – Xogħlijiet — Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali Qala, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsilli Lokali Xewkija u Ta’ Sannat – xogħlijiet — Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali Xewkija u Ta' Sannat Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fl-14 ta’ Ġunju 2016 ġewwa l-Ħabs Ċivili ta’ Kordin instabet ammont ta’ droga/sustanza pprojbita f’Diviżjoni 13? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’sustanza nstabet u kemm kien l-ammont (piż/kwantità)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi ttieħdu u jekk ġewx infurmati l-pulizija u l-Maġistrat tal-Għassa dwar din is-sejba?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-14 ta’ Gunju 2016 waqt li Uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienu qed jagħmlu tfiċċija ġewwa Div 13, ġo waħda miċ-ċelel instabet borża tal-plastic li kienet tikkontjeni ammont sostanzjali ta’ materjal li jidher li hu frak ta’ weraq ta’ kulur aħdar. Billi ma setatx tiġi stabilita n-natura ta’ dan il-materjal u jekk fil-fatt huwiex droga jew sustanza oħra projbita, ġew infurmati l-Pulizja tal-Għassa ta’ Raħal Gdid sabiex jagħmlu l-investigazzjoni neċessarja. Il-Pulizija minn naħa tagħhom infurmaw lil Maġistrat tal-Għassa u qed issir inkjesta.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26051, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti li l-istudenti tagħhom qagħdu għall-eżami tal-benchmark matul is-sena 2016? Jista’ jgħid f’liema data u jum tqassmu l-iscripts u l-materjal tal-eżamijiet tal-benchmark skola b’skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 26233 - Skejjel statali.xlsPQ 26233 - Skejjel mhux tal-Istat.xlsx
Bordijiet tal-għażla għall-ħatriet ta’ kapijiet u viċi kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri li ffurmaw il-bordijiet tal-għażla għall-ħatriet ta’ kapijiet u viċi kapijiet ġodda għall-iskejjel statali matul l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm sejħiet għal Assistent Kap fis-sena 2016. Kien hemm biss riżultati minn sejħiet li ħarġu qabel l-2016. Il-bord tal-għażla għas-sejħiet ta’ Kap ta’ Skola għal Malta u għal Għawdex kien wieħed magħmul minn tliet persuni.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata miżura fejn dawk in-nisa li jaħdmu (mal-Gvern jew mal-privat) li jkollhom tfal żgħar ma jifilħux, ikunux jistgħu jingħataw emergency leave jew sick leave b’obbliguli jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom sakemm jgħaddilhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex jkun hemm konsultazzjoni mal-Imsieħba soċjali dwar dan.
Tista’ l-Ministru tgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sal-lum kemm saru talbiet lid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) għall-ħruġ ta’ compliance orders skont il-Kap 378 tal-Liġijiet ta’ Malta? Minn min saru dawn it-talbiet u x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li compliance orders jistgħu jintalbu biss minn entità kwalifikata kif definita fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bħala entità kwalifikata għamlet talba għall-ħruġ ta’
compliance orders
fir-rigward ta’ operaturi fis-settur tal-komunikazzjoni, skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Tnejn minn dawn l-operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, u l-appell huwa
sub judice
.
Peress li wara kważi erba’ snin li sar l-Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta) hemmx il-ħsieb li l-Iskeda A annessa ma' din il-liġi tiġi estiża għal-liġijiet li jirregolaw setturi oħra fosthom is-setturi dwar is-Servizzi Finanzjarji, il-Ħarsien tal-Ambjent u dawk il-liġijiet li jirregolaw l-utilitajiet fosthom il-provvista tal-enerġija, l-ilma u t-telefonija?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-setturi indikati mill-Onor. Interpellant huma setturi vitali għall-ekonomija u għall-provvista ta’ servizzi essenzjali fis-soċjeta’. Pass bħal dak imsemmi fid-domanda għalhekk irid jittieħed b’mod meqjus wara li jiġu konsultati l-operaturi u r-rappreżentanti tal-konsumaturi u wkoll wara li jsir impact assessment ta’ tali miżura li tinvolvi diversi ministeri.
Madanakollu l-proposta hija waħda interessanti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilità li fir-rigward tal-Att XVI tal-2016 li allura jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu xi forma ta’ ilment kollettiv quddiem l-Arbitru fejn il-fatti jkunu simili?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Att dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (Kap 555) ma jipprovdix għal proċeduri kollettivi kif dawn huma definiti fil-Kap 520 dwar il-Proċedimenti Kollettivi iżda jipprovdi illi l-Arbitru jista jippermetti l-preżenza f’każ li jkun qed jistema’ quddiemu ta’ kull persuna oħra, apparti l-persuna li tkun għamlet l-ilment u l-provditur tas-servizzi finanzjarji, li l-Arbitru jqis li għandu jigi trattat bħala parti fil-każ.
L-interpretazzjoni ta’ din il-fakulta’ taqa’ fil-ġudizzju indipendenti tal-Arbitru.
Jista' l-Ministru jgħid kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex x' kienet il-pożizzjoni tiegħu f'għeluq is-sena finanzjarja 2015? Liema Kunsilli spiċċaw b'surplus u liema kellhom deficit? Liema Kunsilli tejbu l-financial indicator tagħhom u b'kemm komparat mal-għeluq tas-sena finanzjarja 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-irmiġġi l-ġodda li ngħataw mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ingħataw irmiġġi lil dgħajjes MFA, MFB u MFC fil-port tal-Imġarr f' Għawdex? Xi proċedura ntużat biex ingħataw dawn l-irmiġġi l-ġodda fil-port tal-Imġarr f’Għawdex? Min hu l-persuna responsabbli illi ħareġ dawn l-irmiġġi l-ġodda u min iddeċieda lil min jingħataw dawn l-irmiġġi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ngħataw 6 irmiġġi ġodda lil dgħajjes MFA, MFB, MFC, MFD wara li saret organizazzjoni ta’ rmiġġi. Dawn l-irmiġġi ngħataw lil dgħajjes li kienu fuq il-waiting list tal-Awtorita’ mill-uffiċju tal-Imġarr Għawdex, u skont id-daqs tad-dgħajsa u l-ispazju applikabbli li ġie kkreat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li qed jintramaw is-siġġijiet u l-imwejjed flimkien ma’ struttura fissa ġol-boatyard li hemm fix-Xlendi f'Għawdex u dawn qed jieħdu spazju li suppost jintuża mis-sajjieda tax-Xlendi? Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ħarġitx xi permessi biex jintramaw siġġijiet u mwejjed ġo din il-boatyard tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, min ħareġ dawn il-permessi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jivverifika jekk ħarġux permessi mil-Lands għall-encroachment biex jintramaw siġġijiet u mwejjed kif wkoll struttura fissa fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din il-boatyard hux qegħda hemm biex taqdi l-ħtiġijiet tas-sajjieda jew inkella biex jitpoġġew siġġijiet u mwejjed flimkien ma’ struttura fissa? Ma jaħsibx il-Prim Ministru illi dan l-ispazju meħud mis-siġġijiet u mwejjed flimkien ma’ struttura fissa li ntramat fl-istess boatyard qegħda toħloq inkonvenjent kbir lis-sajjieda tax-Xlendi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-permess li ngħata mil-istess dipartiment kien biss biex jitpoġġew l-Imwejjed u Siġġijiet u mhux biex titpoġġa xi tip ta’ struttura fissa. Dan il-permess inħareġ wara li l-applikant kien ġab il-permessi meħtieġa tal-Awtorità tal-Ippjanar, tal-Awtorità tat-Turiżmu, l-Awtorità tat-Trasport, il-Kunsill Lokali tal-Munxar u l-Ministeru t’Għawdex.
Il-pjanti li gew approvati mal-permess jippermetu li jkun hemm kemm is- siġġijiet u mwejjed kif ukoll aċċess adegwat għas-sajjieda biex ittellgħu l-opri tal-baħar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-pjanti li ġew approvati mall-permess jippermettu li jkun hemm is-siġġijiet u l-imwejjed kif ukoll li jkun hemm aċċess adegwat għas-sajjieda biex ittellgħu l-opri tal-baħar.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra illi l-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex titnaddaf u konsegwentament issir żebgħa mal-art f’forma ta' kaxxi fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jpoġġu d-dgħajjes fihom b'mod organizzat? Ma jaħsibx il-Ministru illi tali azzjoni toħloq aktar spazju għad-dgħajjes tas-sajjieda?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Mosta – tal-Blata l-Għolja – tabelli u linji sofor u bojod
Question
Jista’ l-Ministru jieħu ħsieb li jsiru t-tabelli u l-linji sofor u bojod fil-Housing Estate tal-Blata l-Għolja fil-Mosta u dan wara li l-Gvern Laburista għamel manutenzjoni u asfaltar fit-toroq kollha ta’ din il-Housing Estate wara snin sħaħ ta’ telqa u abbandun mill-gvernijiet preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet qegħdin jiġu ndirizzati.