Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur tat-tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur tat-tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kif intgħażel dan il-kuntrattur u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender relattiv u l-kuntratt ta' servizz li ġie ffirmat ma' dan il-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-kuntrattur huwa X-Clean Ltd. Dan intagħżel wara li saret proċedura negozzjabli ma’ numru ta’ kuntratturi, skont il-proċeduri stabbliti mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Residenza San Vinċenz de Paule – spezzjonijiet mill-Awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ispezzjoni saret mill-Awdituri fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum, separatament minn xulxin? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru minn dawn l-Awdituri f'dawn is-snin imsemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, saru 3 rapporti mill-Awdituri ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, fis-snin imsemmija. Dawn jinkludu: · 2013 – Rapport tal-NAO fuq Public Accounts – Overtime, Allowances and Expenditure (pgs 222 to 240) · 2014 – Rapport tal-IAID - Procurement Procedures at SVPR · 2015 – Rapport tal-IAID - Systems and Compliance Audit at SVPR

Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur li jieħu ħsieb il-ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur jew il-kuntratturi li jieħdu ħsieb il-ġonna fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kif intgħażel dan il-kuntrattur jew kuntratturi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders relattivi u l-kuntratti ta' servizz li ġew iffirmati ma' dan il-kuntrattur jew kuntratturi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi, iż-żamma u t-tindif tal-ġonna ġewwa r-Residenza San Vinċenz De Paule huwa parti mis-servizzi anċillari fil-kuntratt tat-tindif.

Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur li jieħu ħsieb il-laundry

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li jieħu ħsieb il-laundry fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kif intgħażel dan il-kuntrattur u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender relattiv u l-kuntratt ta' servizz li ġie ffirmat ma' dan il-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, m’ hemm l-ebda kuntrattur jieħu ħsieb il-laundry tar-Residenza San Vincenz de Paule. Il-Laundry tar-Residenza titmexxa mill-istess ħaddiema tar-Residenza.

Residenza San Vinċenz de Paule – kuntratt tas-servizz tal-ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiskadi l-kuntratt tas-servizz tal-ikel fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tas-servizz tal-ikel preżenti jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.

Residenza San Vinċenz de Paule – anzjani li għandhom pressure sores

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule li għandhom pressure sores?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule bħalissa hemm 96 pazjent li għandhom pressure sores.

Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – sistema ta’ Wifi

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-sistema tal-Wi-Fi li hemm preżentament fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa jiġi estiż ukoll għall-kumpless kollu ta’ Dar il-Madonna tal-Mellieħa b’mod partikolari fil-parti residenzjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bħalissa s-sistema tal-Wi-Fi li hemm fiċ-Ċentru ta` Matul il-Jum ġewwa l-Mellieħa qegħda fil-proċess li tiġi estiża wkoll għall-kumpless kollu ta’ Dar il-Madonna tal-Mellieħa, b’mod partikolari fil-parti residenzjali, minn kumpanija privata.
Leg 12 PQ #26153 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għas-Saħħa

Marsaskala – klinika ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ klinika ġdida b'rabta ma' stili ta' ħajja sana f’Marsaskala?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li r-residenti ta’ Marsaskala bhalissa jistghu juzaw is-servizzi tal-Lifestyle Clinic mill-Berga ta’ Haz-Zabbar, hemm il-pjan li dawn il-klinici, li sal-llum ghandna 13 minnhom, nkomplu jinfirxu f'aktar bliet u rhula.

Marsaskala – persuni reġistrati mal-KNPD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati mal-KNPD li huma residenti fil-lokalità ta’ Marsaskala?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni reġistrati mal-KNPD residenti fil-lokalità ta’ Marsaskala huwa 355.
Leg 12 PQ #26177 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta' mediċini fid-djar tal-anzjani

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25927, jista' l-Ministru jgħid min ser iwassal dawn il-mediċini fid-djar, jekk hux ħaddiema tal-Gvern jew tal-kuntrattur? Jekk tal-kuntrattur, jista' jgħid min huwa l-kuntrattur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-ahhar parti tat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25927 fejn kien infurmat illi l-medicini ser jitwasslu fid-djar mill-impjegati tal-Ispizeriji.
Leg 12 PQ #26192 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – pazjenti under constant watch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti under constant watch fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 3 pazjenti under constant watch fl-Isptar Monte Karmeli bejn 1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016.
Leg 12 PQ #26193 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — admissions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Monte Carmeli kuljum bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016 in-numru totali ta’ admissions fl-Isptar Monte Carmeli kien ta’ 185 pazjent.
Leg 12 PQ #26194 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dati msemmija minnha 7 pazjenti hargu mill-isptar Monte Carmeli minghajr il-permess mehtieg. 6 minn dawn il-pazjenti rritornaw lura volontarjament.
Leg 12 PQ #26195 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn is-16 u t-22 ta’ Mejju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 26194
Leg 12 PQ #26196 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn it-23 u d-29 ta’ Mejju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 26194.
Leg 12 PQ #26197 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn it-30 ta’ Mejju u l-5 ta’ Ġunju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 26194.

File mediku – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn għandha bżonn file mediku tar-raġel li huwa mejjet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25650.

Kunsill Lokali Qala – xiri ta’ concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali Qala Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – xiri ta’ concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.