Heritage Malta – Bighi – Head Office – reperti storiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, Heritage Malta qed iżżomm numru konsiderevoli ta’ reperti storiċi mitluqa għall-elementi fil-Head Office tagħha ġewwa Bighi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dawn ir-reperti jikkonsistu fi frammenti arkitettoniċi li Heritage Malta ssalva minn żmien għal żmien minn binjiet eċċ filwaqt li oħrajn jiġu Bighi għar-restawr meħtieġ minħabba tibdil fil-wirjiet ta’ xi mużewijiet eż. armi araldiċi għall-Mużew tal-Gwerra u oħrajn. Infakkar li dawn huma magħmula minn ġebel u rħam li għadda ħafna snin barra u li għalhekk f’ħafna drabi jkun jiflaħ għall-elementi.
Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex partijiet mill-mollijiet li jinsabu fi stat ħażin, kemm fin-naħa ta' Kennedy Grove/Qawra, kif ukoll fin-naħa tas-Salina, limiti ta' San Pawl il-Baħar u n-Naxxar rispettivament jiġu rranġati, u dan qabel ma l-mollijiet ikomplu jitkissru u joħolqu iktar perikli għal dawk li jiffrekwentawhom, jew jużaw dawn l-istess mollijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema mollijiet qed jirreferi.
Billi jidher li f'numru ta' nħawi kemm fil-Qawra kif ukoll f'San Pawl il-Baħar, fejn hemm il-postijiet ta' bins max-xtut, u fejn kienu jitqiegħdu fis-snin imgħoddija, din is-sena għadhom ma tqiegħdux posthom, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt jitqiegħdu? Jista' jieħu wkoll il-passi biex sellum li kien jitqiegħed fuq il-blat, viċin tal-Buġibba Boċċi Club, din is-sena jerġa' jitwaħħal ukoll?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-kontenituri kollha tal-iskart jinsabu mqassma fuq il-bajjiet.
Is-sellum imsemmi, twaħħal il-ġimgħa l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu nnotifikati dawk il-persuni li jagħmlu talba biex ikollhom reserved parking, u t-talba tagħhom tiġi approvata? Min jieħu l-passi biex tali reserved parking tiġi mpinġija fuq il-post? Meta jkun hemm deċiżjoni li reserved parking partikulari, tkun ser titneħħa, wara l-mewt ta' min ikun talabha, jista' jagħti tagħrif dwar min jintalab li jneħħi tali reserved parking, u kif jiġi nnotifikat? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kampjun (sample) ta' dawn l-ittri li bihom issir in-notifika, fiż-żewġ każi rispettivi?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmt li dawk il-persuni, li t-talba tagħhom għal parkeġġ riservat tiġi approvata, jiġu nfurmati b’dan permezz ta’ ittra maħruġa minn Transport Malta.
Il-parkeġġi riservati għal persuni b’diżabbilta’ li jiġu approvati jiġu mplimentati mill-Awtorita’. Meta tkun ser titneħħa kaxxa riservata għal persuni b’diżabbilta’, il-familja tal-persuna tiġi notifikata permezz ta’ ittra. Tali kaxxa titneħħa mill-kunsill lokali rispettiv.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-ittri mitluba.
Jista' l-Ministru jindika kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar 2014 u Mejju 2016 fost il-ħaddiema fir-Residenza San Vinċenz de Paule, min kienu dawn il-ħaddiema u f'liema dipartimenti/swali kienu jaħdmu qabel u fejn spiċċaw jaħdmu issa wara li ħadu dawn il-promozzjonijiet, x' kien il-grad tagħhom qabel u issa wara li ħadu l-promozzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-klabb tal-futbol ta' Naxxar Lions jiġi megħjun b'tali mod biex jittaffew l-ispejjeż relatati mat-taħriġ għall-istaġun 2016/2017 kemm tat-tim tal-kbar kif ukoll tat-timijiet tan-Nursery meta dawn qed ikollhom iħallsu spejjeż addizzjonali fin-nuqqas ta' faċilitajiet sportivi tagħhom fil-lokal, liema sitwazzjoni ma' tiddependix minnhom dan anke meta fl-aħħar staġuni għamlu użu minn faċilità sportiva fi skola tal-Gvern fin-Naxxar stess u anke hawn kellhom iħallsu spejjeż mhux żgħar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Naxxar Lions jibbenefikaw minn assistenza ta’ sussidju fuq l-użu ta’ faċilitajiet sportivi li huma ta’ SportMalta. L-istess Naxxar Lions għandhom ftehim ma’ SportMalta, bi ħlasijiet fix-xahar, fuq kirjiet dovuti matul is-snin passati lill-istess SportMalta.
Naxxar Lions bħalissa għaddejjin f’diskussjonijiet mas-Segretarjat Parlamentari sabiex tinstab art fejn fuqha jkollhom il-faċilitajiet sportivi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Jannar ta' din is-sena waqaf is-servizz tal-vapur tal-Gozo Channel lejn Sa Maison? Jista' jgħid għaliex issa li għaddew kważi sitt xhur ma nstabitx alternattiva għal dan it-trasport bil-baħar bejn Għawdex u l-Belt Valletta? Jista' jgħid għaliex dan is-servizz twaqqaf sitt xhur ilu meta suppost kellu jibda xogħol fuq estensjoni tal-Yacht Marina f’Sa Maison u sal-lum ma sar l-ebda xogħol fuq din l-estensjoni iżda dan is-servizz importanti twaqqaf?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumpanija GCCL qiegħda tipprovdi servizz alternattiv għal ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Cirkewwa. Sa dan it-tant il-kumpanija għada għaddejja bit-taħdidiet biex tinstab soluzzjoni ġusta għal partijiet kollha konċernati.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25801, jista’ l-Ministru jgħid jekk allura s-suldati Għawdxin li ġew trasferiti lejn Malta biex jaħdmu fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati aktar minn sena ilu, humiex destinati li jibqgħu jaħdmu Malta? Jaf il-Ministru li din hi l-ewwel darba li suldati Għawdxin li kienu Malta u ntbagħtu jaħdmu Għawdex għax inħoloq xogħol għalihom hemm imma wara ftit reġgħu ttieħdu jaħdmu Malta? Jikkonferma li s-superjuri tagħhom qalulhom li dan ser ikun għal żmien limitat?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 25530.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir il-madum tal-bankina fi Triq Putirjal Rabat, Għawdex li tiġi fuq ir-riħ tal-playing field peress li din il-bankina tintuża kuljum minn mijiet ta' persuni u kif tinsab preżentament hija ta' periklu għal kull min jgħaddi minn fuqha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-madum tal-bankina fi Triq Putirjal Rabat Għawdex qiegħed jiġi imwaħħal u x xogħol fuq l-istess bankina beda nhar it-Tnejn 13ta’ Ġunju 2016.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ser ikompli bix-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li applika għal fondi taħt l-iskema ‘Proġetti Speċjali fil-Lokalitajiet’ sabiex ikun jista’ jkompli x-xogħol fi Triq Marsalforn. Il-Kunsill qed jistenna l-eżitu tar-rapport tal-Awditur dwar din l-iskema qabel jipproċedi.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – applikazzjoni mal-Planning Authority
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx sottomessa xi applikazzjoni mal-Planning Authority għal xi żvilupp ġdid fl-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk iva jista' jagħti n-numru jew tracking number ta' din l-applikazzjoni u għal liema żvilupp ġiet sottomessa l-istess applikazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa qed jigu kkumpilati r-rapporti u l-istudji necessarji li hemm bzonn sabiex tigi sottomessa l-applikazzjoni tax-xoghlijiet li ser isiru fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex mal-Awtorita ta’ l-Ippjanar. Dawn ir-rapporti jinkludu il-Project Development Statement, kif ukoll bosta studji ohra, fosthom studji geoteknici li fil-fatt qed issiru bhalissa fuq l-art tal-isptar. Ma hemm bzonn l-ebda permess ghall-istudji geoteknici.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parti li fadal fi stat ħażin fi Triq Għajn Qasab fin-Nadur hux ser titħalla fl-istat diżastruż li hi għal sajf ieħor u dan peress li minn din it-triq jgħaddu eluf ta' turisti, Maltin u Għawdxin li ta' kuljum imorru fil-bajja tar-Ramla?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn ix-xogħolijiet ser isiru.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ swieq/monti (open markets) li huma permessi li joperaw f’Malta u f’kull każ jgħid:
· fejn huma permessi li jopera;
· x’inhuma l-ġranet u l-ħinijiet li fihom hu permess li joperaw; u
· kemm hemm operaturi li joperaw fih?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn nies reġistrati bħala self-employed bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar in-numru ta’ nies reġistrati bħala self employed qed tiġi provduta fit-tabella skont ċifri maħduma mill-ETC. L-Uffiċċju għad m’għandux figuri relatati mas-sena 2016.
Sena
Medja ta’ persuni
self employed
2010
17736
2011
17716
2012
17865
2013
18102
2014
18615
2015
19230
Sors: ETC
Nota: Il-medja għas-snin 2010 sa 2012 inħadmet fuq il-figuri tal-aħħar tax-xahar ta’ kull kwart ta’ matul is-sena (jiġifieri Marzu, Ġunju, Settembru, Diċembru), filwaqt li l-medja mill-2013 ‘il quddiem inħadmet fuq il-figuri tat- 12-il xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi f’pajjiżna li (skont l-NSO) joperaw fil-qasam tar-retail?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali taI-Istatistika jirriżulta li fl-2014 kien hawn 6,546 negozju li joperaw fil qasam tar-retail hekk kif ikklassifikati taħt NACE 47.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema full-time u part-time li (skont l-NSO) jaħdmu fil-qasam tar-retail f’pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar is-settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut qed tiġi ippreżentata fit-tabella.
Din l-informazzjoni tirrigwardja il-medja ta’ persuni jaħdmu f’dan is-settur matul is-sena 2015.
Settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut; tiswija ta' vetturi u muturi (Medja tas-Sena 2015)
NACE Rev. 2
Settur
Full-time
Part-time total
45
Settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut u tiswija ta' vetturi u muturi
2257
655
46
Settur tal-bejgħ bl-imnut esklu¿ tiswija ta' vetturi u muturi
9389
2420
47
Settur tal-bejgħ esklu¿ tiswija ta' vetturi u muturi
12874
7137
Total
24520
10212
NACE Rev. 2
Settur
Part-time bħala l-impjieg ewlieni
Part-time bħala impjieg ieħor ma' dak full-time
45
Settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut u tiswija ta' vetturi u muturi
328
327
46
Settur tal-bejgħ bl-imnut eskluż tiswija ta' vetturi u muturi
1550
870
47
Settur tal-bejgħ eskluż tiswija ta' vetturi u muturi
4917
2220
Total
6795
3417
Sors: ETC
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi (skont l-NSO) l-paga medja fis-settur tar-retail f’pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni inħadmet fuq is-settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut (NACE 45 – 47). Din l-informazzjoni hi maħduma mill-Labour Force Survey Annwali (2010-2015).
Sena
Paga medja
€
2010
12,940
2011
13,124
2012
12,521
2013
12,470
2014
13,131
2015
13,278
Nota: L-informazzjoni dwar il-paga medja tinkludi biss il-paga bażika tal-impjegat u għaldaqstant ma’ tinkludix ħlas għal sahra jew ħlas ta’ allowances.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien irrapurtat bejgħ fis-settur tar-retail bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- aħħar figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali taI-Istatistika dwar bejgħ minn negozji li joperaw fil-qasam tar-retail hekk kif ikklassifikati taħt NACE 47 bejn 2010 u 2014 kien ta’:
20102011201220132014
Ammont ta' bejgħ
(€ miljuni)
2,024.112,197.562,217.322,199.992,243.08