Awtorità tad-Djar – kera l-ġdida fuq postijiet mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet jittieħdu mill-Awtorità tad-Djar biex tiġi stabbilità l-kera l-ġdida fuq postijiet li għandha mikrija lill-inkwilini tagħha u li l-kuntratt tagħhom ser jiskadi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar tieħu inkonsiderazzjoni li l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt preċidenti għadhom qed jiġu osservati u dejjem iżżomm f’moħħha wkoll n-natura tal-każ; jiġifieri iċ-ċirkustanzi soċjali u l-vulnerabilita’ tal-inkwilin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ż-żieda massima ta' kera li l-Awtorità tad-Djar titħallas fuq kirjiet ta' postijiet li għandha mikrija lill-inkwilini tagħha meta tiġi biex tagħmel kuntratt ġdid mal-inkwilini?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26128.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet fejn persuni li suppost telgħu l-Qorti b’akkużi kontra tagħhom, fil-fatt ma telgħux, għaliex it-taħrika ma twasslitx għand min suppost twasslet, peress li l-persuni/persuna ikkonċernati ma nstabux, matul l-aħħar 12-il xahar, xahar b’xahar? Quddiem liema ġudikanti (skont il-każijiet differenti) kellhom jidhru dawk li ġew notifikati? Kemm kien hemm każijiet fejn l-akkużati ma nstabux iktar minn darba?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex qatt ma kienet prassi li tinżamm l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinvestiga x'inhu s-sors tal-ilma li ħiereġ fit-triq fuq il-front ta' Buġibba, hekk kif taqbeż il-pjazza prinċipali, fejn hemm l-HSBC, peress li r-residenti qed jilmentaw li dan l-ilma hu kontaminat? Jekk diġà ttieħdu samples ta' dan l-ilma, x'kienu r-riżultati li nstabu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li saret minn uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rigward il-ħruġ ta’ ilma fiż-żona indikata jirriżulta li dan kien kawża ta’ perkolazzjoni ta’ ilma fl-HSBC li jinsab fil-Pjazza ta’ Buġibba.
Ix-xogħolijiet rikjesti saru u għalhekk il-ħruġ tal-ilma għal barra waqaf. Ittieħdu wkoll kampjuni ta’ dan l-ilma sabiex jiġi aċċertat is-sors u mir-riżultati ġie kkonfermat li l-ilma mhuwiex kontaminat bid-drenaġġ.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni reġistrati mal-KNPD
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali reġistrati mal-KNPD u li huma residenti fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni b’diżabilità reġistrati mal-KNPD residenti fil-lokalitajiet imsemmija minnu huwa kif ġej:
Mellieħa – 339
Naxxar – 264
San Pawl il-Baħar – 673
Persuni bi bżonnijiet speċjali li jirrapreżentaw lill-pajjiżna f’kompetizzjonijiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jara li atleti Maltin li jirrapreżentaw lill-pajjiżna barra minn xtutna waqt kompetizzjonijiet Sportivi Internazzjonali riservati għall-persuni bi bżonnijiet speċjali (u li mhumiex parti minn Special Olympics) jibqgħu jingħataw xi tip ta' għajnuna finanzjarja bħala appoġġ għall-parteċipazzjoni tagħhom anke b'referenza għall-artiklu 30.5 tal-UNCRPD?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sport Malta ta’ kull sena jgħaddi ammonti ta’ assistenza lill-Għaqdiet bi bżonnijiet speċjali inkluż Special Olympics biex jiġu megħjuna għal parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet internazzjonali u lokali u anki amministrazzjoni tal-istess għaqda.
Kunsilli lokali li qed joffru xogħol lill-persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23614, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed joffru opportunitajiet ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23614.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk bejn Jannar u Mejju 2016 seħħewx inċidenti f’Thouret House f’Santa Venera fejn anke ssejħu l-pulizija? Jista’ jindika kemm-il darba ssejjħu l-pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju 2016 seħħew 8 inċidenti fir-residenza f’Santa Venera, li fihom issejħu l-pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex titħares is-sigurtà tal-persuni li jaħdmu f’Thouret House f’Santa Venera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-sigurtà tal-impjegati tal-Fondazzjoni hija priorità u tittieħed b’serjetà kbira. Għaldaqstant, ġew installati cameras tas-sigurtà sabiex jirrekordjaw dak li jkun għaddej u l-ħaddiema għandhom wkoll aċċess jaraw min ikun hemm wara l-bieb ta’ barra. Il-ħaddiema ta’ din id-dar jirċievu wkoll taħriġ speċjalizzat sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-aħjar servizz għal dawn it-tfajliet filwaqt li tkun assigurata wkoll is-sigurtà tal-istess ħaddiema.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul il-lejl, ikun hemm dejjem il-preżenza ta’
security guard
.
Isiru diskussjonijiet kontinwi mal-Korp tal-Pulizija tad-Distrett kif ukoll mal-Iskwarda ta’ Kontra l-Vizzji (
Vice Squad
) sabiex niżguraw li l-ħaddiema jingħataw l-għajnuna immedjata jekk tinqala’ l-ħtieġa.
Finalment, bħalma jsir f’kull servizz ieħor li toffri l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, isiru evalwazzjonijiet spissi tas-servizz offrut, u jiġi kkreat pjan ta’ azzjoni sabiex nagħmlu fiż-żgur li r-rakkomandazzjonijiet li jiġu mressqa f’kull evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu implimentati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tas-Saħħa kif stabbilit mil-liġi (Att dwar is-Saħħa Art 17) hux qed jiffunzjona? Minn min hu kompost? Il-Ministru huwa konxju li sa nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2016 il-website tal-Gvern kienet qed turi li dan il-kunsill għadu mmexxi mill-Ministru Godfrey Farrugia (https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Councils/Council-of-Health.aspx)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhalissa ghaddej process sabiex il-membri l-godda tal-Kunsill tas-Sahha jigu mahtura.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn bejn l-10 u t-12 ta’ Ġunju ġie sospiż it-trattament tal-Bacillus Calmette-Guerin (BCG) lill-pazjenti li kienu qed jieħdu l-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sahha sab soluzzjoni alternattiva ghal-nuqqas internazzjonali tal-apparat li jintuza sabiex isir it-trattament tal-BCG. Dan l-apparat alternattiv inxtara mill-gvern u qieghed in-stock u ghalhekk it-trattament tal-BCG ser ikompli minnufih.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jużaw il-Mitomycin minflok il-Bacillus Calmette-Guerin (BCG)? Kemm hemm talbiet mingħand konsulenti tal-Urology biex pazjenti tagħhom jaqilbu mill-BCG għall- Mitomycin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-trattament bil-Mitomycin kien iddahhal bhala alternattiva meta kien hemm nuqqas internazzjonali tal-BCG. Il-provvista internazzjonali tal-BCG issa regghet giet disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-investigazzjoni fuq is-sigurtà fl-Isptar Monte Carmeli mmexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Meta se jiġi ppublikat ir-rapport?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport mill-persuna msemmija minnha tlesta u qeghdin jigi evalwati r-rakkomandazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Health Warning biex ma jsirx għawm fi Qui-si-Sana maħruġa fis-27 ta’ Mejju 2016 għadhiex tapplika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviż dwar l-għawm fi Qui-si-Sana maħruġ fis-27 ta’ Mejju 2016 ġie rtirat fl-1 ta’ Ġunju, 2016. Filfatt id-Direttorat tas-Sahha Ambjentali harget stqarrija dwar dan fl-1 ta’ Gunju, numru PR161251mt.
Baħar iċ-Ċagħaq – Xatt il-Palm – xogħol ta’ tindif u tisbiħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ tindif u tisbiħ fuq iż-żona ta’ Xatt il-Palm f’Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għad trid tiffinalizza pjanijiet li huma aċċettabbli għall-Awtorita’ tal-Ippjanar għal din iż-żona.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq, u Ħaż-Żabbar– Xogħlijiet — Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali ta' Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq u Ħaż-Żabbar kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali tax-Xagħra – kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali Qala Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – Kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.