Legislature:
Category:
Reset
Active:

Suldati – Overtime — rata

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-overtime tas-suldati fl-amministrazzjoni preċedenti kien bir-rata ta’ siegħa b’siegħa, minflok ta’ siegħa b’siegħa u nofs? Jikkonferma jekk din is-sitwazzjoni ġietx irranġata, u li fil-preżent ta’ kull siegħa overtime li jaħdmu jiġu kkumpensati b’ siegħa u nofs time off? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin biex dik in-nofs siegħa li kienu dovuti għaliha taħt l-amministrazzjoni preċedenti jiġu kkumpensati għalihom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas għall-overtime qatt ma eżista fil-Forzi Armati ta’ Malta. Ħinijiet maħduma żejda dejjem ġew ikkumpensati bit-Time Off in Lieu, bir-rata ta’ siegħa għal siegħa. Dan qatt ma nbidel u jekk, f’ċertu okkażjonijiet jingħata ftit iktar bħala Time Off in Lieu, dan isir sabiex jikkumpensa u jinċentiva jekk ikun sar xi sforz aktar milli meħtieġ. L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li pero, ħinijiet maħduma l-Ħadd jew f’Festi Pubbliċi jiġu mħallsa bir-rati applikabbli, u dik għall-Festi Pubbliċi ġiet emendata pożittivament f’din l-Amministrazzjoni. Barra minn dan, mill-ewwel ta’ Jannar 2016 dik li tissejjaħ l-AFM allowance aktar milli rdupjat.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24390 u jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu sena b’sena mill-2012 sal-lum? Kemm kienu jiswew dawn id-direct orders?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 23499, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Università ta’ Malta — lecturer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-Università ta’ Malta fil-konfront ta’ lecturer fl-Istudji Teatrali dwar kummenti li kien għamel f’siti soċjali liema kummenti fost oħrajn tkellmu fuq li wasal iż-żmien li jitwaqqaf partit tal-lemin estrem (fil-fatt twaqqaf) u kontra l-multikulturaliżmu u integrazzjoni soċjali ta’ nies immigranti ta’ nisel Għarbi? Peress li dan il-lecturer hu wkoll għalliem fi skola statali post-sekondarja, jistax il-Ministru jgħidilna jekk id-Direttorat tal-Edukazzjoni hux konxju tal-idejat ta’ dan l-għalliem, hux sodisfatt bl-idejat li esprima fuq is-siti soċjali, hux kuntent li issa dan l-għalliem hu issa membru ta’ partit lemini estrem, iħossux komdu li għandu għalliem li l-valuri tiegħu huma opposti għall-valuri tad-Direttorat li huma dawk tad-demokrazija, integrazzjoni soċjali u kulturali, tolleranza, solidarjetà fost oħrajn? Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-imġieba ta’ dan l-għalliem hijiex konformi mal-Kodiċi ta’ Etika tal-Għalliema tal-2012? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-permess li dan l-għalliem għandu mid-Direttorat biex jgħallem l-Univerisità ta’ Malta? Jista’ jgħid il-ħin u l-ġranet meta dan l-għalliem ikun jgħallem l-Università ta’ Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux dehen u xieraq li edukatur jagħmel kummenti u jxerred idejat fuq siti soċjali li minflok jippromwovu l-valuri tad-Direttorat bħal dawk tad-demokrazija, integrazzjoni soċjali u kulturali, tolleranza u solidarjetà, jħeġġu l-mibgħeda u r-razziżmu. Dan mhux aċċettabbli u se nara jekk l-imġieba ta’ dan l-għalliem tmurx kontra l-Kodiċi ta’ Etika tal-Għalliema u l-politika dwar l-użu tal-mezzi soċjali fis-servizz pubbliku kif elenkat fiċ-ċirkulari tal-OPM Nru. 21/2015.
Leg 12 PQ #25944 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Anzjani rikoverati fl-isptarijiet kwalifikati bħala social case

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie fis-seħħ it-tibdil li permezz tiegħu l-pensjoni ta’ pazjent rikoverat ġo sptar pubbliku tibda' tinqata’ daqslikieku kien persuna ġo Dar tal-Anzjani għax ikun ġie kkwalifikat bħala social case?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 12 PQ #25945 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Pilloli out of stock

Question

Jista’ jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock xahar b’xahar fl-ewwel 6 xhur tas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi llum ma hemm l-ebda medicina out of stock filwaqt li nitlobu sabiex jirreferi ghat-tabella ta’ hawn taht: 2016POYC-Medicini out of stock Jannar 1 Frar1 Marzu0 April2 Mejju0 Gunju0

Il-Mosta – Żona ta’ Mlit – bandli fuq il-ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru bandli fuq il-ġibjun fiż-żona ta’ Mlit fil-Mosta?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsilli Lokali joperaw b’mod awtonnomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess Kunsilli Lokali. Madanakollu, ninsab infurmat li l-Kunsill bħalissa għaddej f’diskussjonijiet dwar kif ser isir titjieb din iż-żona.
Leg 12 PQ #26058 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Triq l-Arżnell u Triq il-Mosta – diffikultajiet ta’ bejgħ ta’proprjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi għal dawk li jikkonċernaw il-każi ta' diffikultajiet għal numru sostanzjali ta' residenti li joqgħodu fl-inħawi ta' Triq l-Arżnell u Triq il-Mosta San Pawl il-Baħar (fost oħrajn), li ma' jistgħux ibiegħu l-proprjetà tagħhom minħabba problemi dwar ċnus fuq l-istess proprjetajiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwistjoni dwar dawn l-artijiet għadha qed tiġi diskussa għaliex għad hemm punti li jridu jiġu kjarifikati dwar it-titlu tal-imsemmija artijiet qabel jittieħdu deċizjonijiet ulterjuri.

Smart City – Triq Ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-proposta li jkun hemm triq ġdida li twassal għal Smart City? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi esproprjazzjonijiet minħabba din it-triq? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tħares lejn diversi alternattivi li hemm għall-aċċess lejn Smart City. Nikkonferma li kienu saru diversi esproprjazzjonijiet taħt l-amministrazzjoni precedenti.
Leg 12 PQ #26079 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – ITS – trasport organizzat

Question

Meta l-ITS tibda taħdem minn Smart City, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm trasport organizzat għall-istudenti li jkunu qed jattendu xi kors hemmhekk?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26080 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern – ħaddiema — leave

Question

Billi jidher li qed ikun hemm diffikultajiet biex ħaddiema fl-isptarijiet tal-Gvern jieħdu l-leave kollu tagħhom, jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilità li dak il-leave li ma jkunx jista' jittieħed, jiġi kkumpensat fi ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kundizzjonijiet tax xoghol tal-ufficjali tas-Servizz Pubbliku inkluzi tal-vacation leave huma regolati mill-Public Service Management Code.
Leg 12 PQ #26109 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Settur tar-retail – VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal VAT il-Gvern minn bejgħ fis-settur tar-retail bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena u maqsuma skont il-lokalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Qasam tar-Retail — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema full-time u part-time li (skont l-ETC) jaħdmu fil-qasam tar-retail f’pajjiżna, u jaqsam din l-informazzjoni skont jekk il-ħaddiema humiex Maltin jew barranin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ ħaddiema full-time u part-time li kienu jaħdmu fl-industrija tar-retail (Nace 47 - Retail Trade except motor vehicles and motorcycles) f’pajjiżna fl-aħħar ta’ Diċembru 2015 - l-aħħar ċifri ppubblikati - kien ta’18,247. Minn dawn 17,099 persuna kienu Maltin filwaqt li 1,148 barranin.

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fil-qasam tar-retail

Question

Jista’l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol li qed jindikaw li jixtiequ jaħdmu fis-settur tar-retail?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol li qed jindikaw li jixtiequ jaħdmu fis-settur tar-retail fl-aħħar ta’ April 2016 - l-aħħar ċifri ppubblikati - kien ta’ 665 persuna. Din il-figura tinkludi dawn ix-xogħlijiet: Assistant, pharmacy, sales Attendant, petrol pump Butcher Cheese counter assistant (supermarket) Door to door salespersons Sales and marketing managers Sales demonstrators Salesperson in kiosk Salesperson, car Salesperson, commercial Salesperson, retail establishment Salesperson, shop Shopkeeper Stacker, shelf Storekeeper Ironmonger

Xiri minn fuq l-Internet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li Maltin xtraw minn fuq l-Internet bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni bejn xiri minn operaturi Maltin u barranin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

It-tip ta 'data’ li qed tiġi mitluba hija fil-fatt miġbura mill- L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Nitlob lil l-Onor. Interpellant biex jistaqsi din il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26113 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klassijiet 4A, 4B, 4C u 4D – permess għall-postijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet li għandhom permess mill-PA biex joperaw taħt il-Klassijiet 4A, 4B, 4C u 4D, u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li li l-applikazzjonijiet fis-sistema tal-informatika tal istess Awtroita, qatt ma kienu maqsuma skond il-klassi tal-iżvilupp speċjalment peress li applikazzjoni waħda jista jkollha diversi klassijiet ta’ żvilupp. Għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar ma hijiex f’pozizzjoni li tagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #26114 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klassijiet 4A, 4B, 4C u 4D – applikazzjonijiet pendenti għand il-PA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-PA taħt il-Klassijiet 4A, 4B, 4C u 4D, u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 26113.

Residenza San Vinċenz de Paule – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fir-Residenza San Vinċenz de Paule li huma Maltin u li jgħixu f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paule u kemm minnhom jgħixu f'Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, filwaqt li r-Residenza San Vinċenz de Paule m’għandhiex impjegati Maltin u li jgħixu Għawdex, mill-banda l-oħra, ir-Residenza San Vinċenz de Paule għandha 23 ħaddiem Għawdxi li jgħixu ġewwa Għawdex.

Residenza San Vinċenz de Paule – servizz privat ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Residenza San Vinċenz de Paule tagħmilx użu minn servizz privat ta' sigurtà? Jekk iva, jista' jagħti dettalji tal-kuntrattur li qiegħed jagħti dan is-servizz, ta' kif ingħata dan il-kuntratt, jekk hux b'direct order jew permezz ta' tender u jagħti kull dettal ieħor? Jista' jpoġġi kull ftehim li għandu f'dan ir-rigward fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi invista tax-xogħlijiet li qed isiru u li kienu jirrekjedu iktar sorveljanza, ingħata kuntratt għall-servizz ta’ emerġenza li jammonta sa massimu ta’ €2,500.

Anzjani li jagħmlu użu min-n night xelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jagħmlu użu minn-night shelters f'Malta jingħatawx ukoll is-servizz ta' trasport minn djarhom għan-night shelters u lura? Jekk iva, jista' jgħid kif jingħata dan is-servizz? Jekk le, jista' jgħid għaliex dan is-servizz ma jiġix provdut?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-transport lill-anzjani l jagħmlu użu minn Night Shelter, sa issa huwa offrut biss lill-anzjani li joqgħodu fil-viċinanzi ta’ San Vinċenz de Paul u li jattendu n-Night Shelter ta’ San Vinċenz de Paul. L-anzjani jinġabru minn djarhom għan-night shelter u lura. Dan is-servizz huwa pprovdut minn San Vinċenz de Paul u huwa bla ħlas. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-31 ta’ Mejju 2016, ġie ntrodott servizz ta’ transport għall-anzjani li jagħmlu użu mid- Dementia Activity Centre f’Għajnsielem. Minħabba li s-servizz ta’ night shelter huwa provdut fl-istess binja, s-servizz ta’ t-transport ġie estiż għal dawk l-anzjani li jattendu n- Night Shelter ġewwa Għajnsielem u li kienu nteressati, bi ħlas.

Awtorità tad-Djar – kuntratti ta’ kiri li skadew

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kuntratti ta' kiri li għandha l-Awtorità tad-Djar li diġà skadew u li sal-lum għadha ma ffirmatx kuntratti oħra ġodda mal-inkwilini tagħha? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn il-proprjetajiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar diġa’ bdiet iġġedded xi kuntratti li saru fis-sena 2009, 2010 u 2011. Għad baqa’ 377 kuntratt li skadew fuq medda ta’ tlett snin u li għadhom ma ġewx iffirmati kuntratt ġdid għalihom mal-inkwilini. Il-proprjetajiet ikkonċernati huma mferxin madwar Malta u Għawdex.