Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru (separatament) ta' persuni li d-dħul tagħhom ma kienx jaqbeż l- €10,000, l-€20,000, it-€30,000, l-€40,000 u aktar minn €40,000 fis-sena għas-sena bażi 2012 (sena stima 2013)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex cables tal-elettriku li jinsabu fil-gallarija, b'mod baxx u perikoluż, fi Triq it-Turisti, qrib il-blokk tal-flats li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (a) fl-istess triq, fil-fatt jitneħħew minn fejn qegħdin, billi qed ikerrhu l-area, u wkoll huma ta' periklu għal dawk li joqogħdu fl-istess inħawi? Jista' jieħu wkoll il-passi neċessarji biex bozza pubblika li hemm imwaħħla mal-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (b)(ukoll mibni mill-Gvern, ħdejn flats (a)) fi Triq it-Turisti, terġa' tiġi mwaħħla mas-sistema, peress li nqalgħet meta kienu nqalgħu l-cables imsemmija hawn fuq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-cables tal-elettriku ser jiġu rilokati fil-jiem li ġejjin.
Fir-rigward tal-bozza pubblika, ġejt infurmat li kif il-lampa tiġi mressqa mill-Kunsill Lokali u wara li l-Kunsill Lokali idaħħal l-applikazzjoni STL skont il-proċedura stabilita', din tkun tista’ terġa’ tiġi kkonnetjata.
Water Services Corporation – konnessjoni tad-drenaġġ
Question
Billi f'risposta għal domanda parlamentari preċedenti, ingħad li l-Water Services Corporation (WSC) daħħlet sistema li permezz tagħha, meta u fejn ikun ser isir xogħol ta' konnessjoni tad-drenaġġ, personnel mill-istess korporazzjoni jiltaqgħu mal-kuntrattur li jkun ser iwettaq ix-xogħol u jiftehmu miegħu kif għandu jagħmel l-istess xogħol, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba, u f'liema toroq, matul dawn l-aħħar sitt xhur, personnel mill-WSC iltaqgħu ma' kuntratturi li kienu ser iwettqu xogħol f'xi waħda mit-toroq ta' San Pawl il-Baħar? F'liema toroq kellu jsir ix-xogħol li għalih ingħataw direttivi dwar kif għandu jsir ix-xogħol, xahar b'xahar, f'dan il-perjodu, u x'passi ttieħdu wara? F'kemm-il każ instab li fil-fatt ma nżammux il-proċeduri li kellhom jiġu osservati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li f’dawn l-aħħar sitt xhur personnell min-naħa tal-Korporazzjoni iltaqgħu ma’ diversi kuntratturi li applikaw biex jagħmlu drainage house connection għall-privat.
Ix-xogħlijiet saru f’dawn it-toroq fix-xhur indikati. Fil-każi kollha l-proċeduri ġew osservati.
Jannar 2016
Triq San Pawl
Frar 2016
Triq San Ġwann Battista
Triq il-Port Ruman u Triq it-Tamar
Triq il-Fekruna
Marzu 2016
Triq il-Luzzu
Triq il-Makku
Triq Parades
Mejju 2016
Triq l-Isturjun
Ġunju 2016
Triq San Luqa
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-fatt jitwassal l-ilma msoffi mid-drenaġġ għand il-bdiewa? Kemm mill-proġett ta' tqegħid ta' mains, minħabba dan il-proġett huma lesti? Kemm fadal li jitqiegħdu mains, fejn, u meta hu mistenni li jitqiegħdu l-mains biex il-bdiewa jkunu jistgħu jibdew jużaw dan l-istess ilma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-impjanti qegħdin jiġu installati biex aktar tard din is-sena jkun jista’ jibda l-ittesstjar u l-commissioning tal-impjanti. Is-sistema ta’ pajpijiet li ser tkun qed twassal l-ilma sa Sant’Antnin (minn Ta’ Barkat), sa Binġemma (minn Taċ-Ċumnija) u sa Kerċem (minn Ras il-Ħobż Għawdex) qegħda fi stat avvanzat. Il-bdiewa ser ikunu jistgħu jużaw dan l-ilma permezz ta’ bowsers ipprovduti minnhom stess.
Il-Korporazzjoni għaddejja wkoll bi preparamenti biex tapplika għal fondi Ewropej ħalli tkun tista’ tifrex is-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ dan l-ilma.
San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar – servizzi ta’ dawl u ilma
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' servizzi ta' dawl u ilma, skont il-kategoriji differenti ta' ħlas li jsir lill-ARMS Ltd, fil-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar, lokalità lokalità, u kategorija differenti f'kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed ngħaddi l-informazzjoni mitluba hekk kif mgħotija lili mill-ARMS Ltd.
Kategorija
Lokalita'
Mellieħa
Naxxar
San Pawl il-Baħar
Electricity Domestic
3,646
1,479
11,301
Electricity Non-Residential
1,344
1,015
2,358
Electricity Residential
3,208
4,079
6,852
Water Domestic
3,693
1,347
10,612
Water Non-Residential
760
687
1,858
Water Residential
3,190
4,055
6,817
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-MTA, jew xi organizzazzjoni oħra li tieħu ħsieb l-inħawi turistiċi, fil-fatt hux qed tippjana li tgħin biex ċertu toroq li hemm fiż-żoni turistiċi, u li jeħtieġu uċuħ ġodda, fil-fatt jinstab il-finanzjament għalihom? Fejn u meta, hu mistenni li jsir xogħol ta' dan it-tip?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi bħal ma jaf tajjeb hu, il-manutenzjoni tat-toroq ġewwa pajjiżna ma taqax taħt ir-risponsabbilta’ tad-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu. Madanakollu, il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi, entita’ taħt il-Ministeru tiegħi, hija konxja tal-problemi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli.
Dawn il-problemi li jirrikonoxxi l-Interpellant, huwa frott ta’telqa li ilha għaddejja snin twal. Nassigurah illi, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tat-Trasport u Nfrastruttura, qegħdin naħdmu sabiex isir titjib fiz-zoni turistici varji.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt bdewx jitħaddmu t-tourism zone police, u jekk iva fejn? Jekk le, meta hu mistenni li jibdew jitħaddmu dawn l-istess pulizija, u meta hu mistenni li din it-tip ta' sorveljanza fil-fatt tibda sseħħ, u meta hu mistenni li tiġi estiża, u fejn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi b’ħidma mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, ġie varat il-proġett pilota tal-pulizija tat-turiżmu fiż-żoni turistiċi f’San Ġiljan u tas-Sliema - żoni li huma mill-iktar importanti kemm fejn jidħol l-influss ta’ turisti, kif ukoll għan-numru ta’ soddod. Aktar ‘il quddiem ser jiġi evalwat dan is-servizz biex jiġi estiż f’lokalitajiet turistiċi oħra f’Malta u f’Għawdex, skond il-ħtieġa.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24391 u jgħid kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu sena b’sena mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għadhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ tal-aħħar, x'kienu r-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhi ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' tenders li ġew ppublikati mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-MSDEC mit-13 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar tas-sena 2013 kien ta’ 56, 118 għas-sena 2014, 137 għas-sena 2015 u 41 sa l-aħħar ta’ Mejju 2016. In-numru ta’ tenders mogħtija fil-perjodu msemmi kien ta’ 236 filwaqt li n-numru ta’ tenders pendenti u dawk irtirati hu ta’ 116. Kienu diversi r-raġunijiet għaliex tenders ġew irtirati, fosthom minħabba il-fatt li ħadd ma jkun tefa’ offerta għat-tali tender jew inkella ma jkunux konformi mal-linji gwida tal-istess tender. Mit-tenders approvati tħallsu 170 u 66 għad iridu jitħallsu b’ċifra ta’ €11,185,007.52 u €4,230,614.74 rispettivament. Fost dawn it-tenders kien hemm ir-riabilitazzjoni u tranġar tal-Port tal-Veċċja, ix-xiri u provvista ta’ kontenituri għall-iskema “School Fruit Scheme 2014-2017 ”, il-bini u tranġar tal-bini u l-ġnien botaniku f’Ħal-Lija.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24392 u jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru tiegħu kull sena mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min huma l-persuni li qed jużaw dawn il-mobile phones u kemm kienet l-ispiża ta' kull mobile phone separatament sena b' sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ mobile phones li tħallsu mill-voti tal-Ministeru bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta’ April 2016 kien ta’ 67. Il-persuni li qed jużaw jew użaw dawn il-mobile phones huma dawk li jew ingħataw approvazzjoni skont paragrafu 2.6.2 tal-Public Service Management Code jew li huma intitolati għall-faċilitajiet ta’ telefonija ċellulari a bażi tal-kuntratt tagħhom. L-ispiża totali, separatament sena b’sena, kienet ta’ madwar €49,000 għas-sena 2013, €69,000 għas-sena 2014, €58,000 għas-sena 2015 u €25,000 sal-31 ta’ Mejju 2016.Fost dawk li huma intitolati għall-użu ta’ mobile phone, skont ir-regoli tal-PSMC hemm uffiċjali fil-grad / pożizzjoni minn Direttur il-fuq, fi ħdan il-Ministeru kollu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24396 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li hemm jaħdmu fid-Direttorat tal-Agrikoltura sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Xi grad għandhom? X'apparat ġdid ingħatalhom matul dawn l-aħħar tliet snin u kemm sewa dan l-apparat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’tip ta’ apparat qed jirreferi għalih.
Dipartimenti/Awtoritajiet – kiri ta’ karozzi u makkinarju
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24398 u jgħid kemm għandu karozzi u makkinarju tal-kiri kif ukoll karozzi u makkinarju proprjetà tal-Gvern fid-Dipartimenti/Awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Kemm hi l-ispiża separatament għal kull Dipartiment/Awtorità mħallsa mill-Ministeru tiegħu? Kemm hemm karozzi u vetturi oħra proprjetà tal-Gvern weqfin jistennew spare parts u kemm ilhom jistennew? Hu veru li m'hemmx flus biex jinxtraw l-ispare parts imma hemm flus biex jinkrew il-karozzi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ karozzi u makkinarju tal-kiri kif ukoll karozzi u makkinarju proprjetà tal-Gvern fid-Dipartimenti u l-Awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima hu ta’ 171. L-ispiża annwali ta’ din is-sena sal-31 ta’ Mejju fid-dipartimenti hi ta’ €164,293 filwaqt li fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi l-ispiża annwali hi ta’ €1,843. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, irrid ngħid li x-xiri tal-ispare parts u l-ispejjeż marbuta mal-kiri tal-karozzi jsiru minn budget line items differenti u għalhekk waħda ma teskludix lill-oħra. Irrid ngħid ukoll li mhu minnu xejn li hemm nuqqas ta’ flus għall-ispare parts u fil-fatt, bħalissa fil-garaxx tal-Għammieri, ma hemm l-ebda karozza jew makkinarju li jinsabu weqfin minħabba nuqqas ta’ parts.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24397 u jgħid jekk preżentament hawnx xi sezzjoni/dipartiment fi ħdan il-Ministeru tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li jieħu ħsieb jara fejn se tkun se tittieħed il-ħamrija li titħammel minħabba żvilupp għall-bini?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm uffiċjal fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura li huwa responsabbli mill-permessi ta’ ġarr ta’ ħamrija minn siti ta’ żvilupp jew għelieqi f’Malta, għal ġo għelieqi oħra eżistenti, f’Malta. Dan isir skond l-Att dwar Ħamrija Fertili (Preservazzjoni), Att XXIX tal-1973 - Kap 236.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' speech therapist u meta hemm il-ħsieb li jiġu ingaġġati nies ġodda f'dan il-grad?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bl-izvilluppi sostanzjali li qeghdin isiru fil-qasam tas-sahha, l-opportunitajiet ta’ mpjiegi f’dan is-settur, kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f’dak privat, qeghdin dejjem jizdiedu. Rigward l-Speech Language Pathologists ghalkemm bhalissa ma hemmx sejha miftuha, d-dipartiment tas-Sahha qieghed jaghmel ezercizzju biex jevalwa l-htiega f’dan is-settur.
Residenza San Vinċenz de Paule – problema ta’ ġrieden
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex titnaqqas il-problema ta' ġrieden li teżisti fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, ma hemm ebda problema ta' ġrieden, iżda jeżisti programm preventiv permezz ta’ numru ta’ nases. Isir ukoll tindif ta’ rutina, kemm barra kif ukoll ġewwa il-faċilita’, kif ukoll proċessi oħra ta’ diżinfettant skont il-bżonn.
Bieb il-Belt – operatur tal-istabbiliment – kundizzjonijiet u titolu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26038, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’titolu u x’kundizzjonijiet għandu l-operatur tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hemm biswit l-entratura tal-ground tal-football fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet, li l- proprjetà li qed jagħmel riferenza għaliha huma ¿ewġt iħwienet separati li kienu mikrija lill-istess persuna. L-operatur ta’ dawn i¿-¿ewġ stabbilimenti li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament kellu l-kirja ta¿-zewġ fondi tterminata f’Diċembru tal-2010 minħabba l-proġett tal-Bus Terminus. Madankollu, peress li dak i¿-¿mien il-GHRC ma nkluditx i¿-¿ona fejn hemm dawn il-fondi, fil-pjan tal-i¿vilupp tal-Proġett tal-Bus Terminus, fl-istess ¿mien ġie deċi¿ li lill-operatur jinħarġulu encroachment permits biex ikompli jokkupa i¿-¿ewġ fondi bħala ħwienet.
Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – kiri ta’ gabbani/outlets/bankarelli
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26035 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti dwar kirjiet/titolu tal-gabbani/outlets/bankarelli kollha li joperaw fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt, u jagħti l-informazzjoni għal kull kirja/titolu individwali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet tal-kiosks li hemm f’Bieb il-Belt kienu ġew terminati fl-2011 minħabba l-proġett tal-Bus Terminus u Bieb il-Belt u għadhom hekk sallum. Id-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern m’għandux informazzjoni dwar il-hawkers li hemm peress li dawn joperaw taħt it-Trading Licence Act u ma jinħarġilhom l-ebda permess mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dwar il-kjosks li nbnew fuq il-parti fejn sar il-proġett tal-Bus Terminus, dawn ma ġewx allokati mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern i¿da l-permessi kienu ngħataw minn Transport Malta.
Bħalissa għaddej xogħol ta’ koordinament bejn il-GHRC, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern u Transport Malta sabiex jitkompla l-proġett tal-Bus Terminus.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-front gardens ma jintużawx bħala post li fihom jitwaddab kull tip ta' mbarazz? Billi huma bosta dawk il-persuni li jħallu kull tip ta' materjal f'dawn il-postijiet, li għalkemm huma privati, xorta waħda huma esposti għall-pubbliku, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-passi li huma permissibli li jittieħdu fil-konfront ta' persuni li jabbużaw minn tali sitwazzjonjiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar — Buġibba, Qawra u Xemxija – Cleansing Department - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ħaddiema li jaqgħu taħt il-Cleansing Department, ikollhom il-vann jew it-trakk magħhom, biex jiġi evitat li wara li jinġabar ċertu skart mill-front ta' Buġibba, Qawra u Xemxija, f'San Pawl il-Baħar, l-istess materjal miġbur ma jibqax fuq il-post għal ħin twil?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ikollhom vann magħhom f’kull ħin. Ladarba jaslu fil-post dawn il-ħaddiema jitqassmu fit-toroq, sabiex isir il-knis neċessarju.
Li kieku ma jingħatax dan is-servizz mid-Direttorat għat-Tindif, dan l-iskart ikollu jitħalla sal-ġurnata ta’ wara.
Santa Venera – Thouret House – żieda fil-preżenza tal-pulizija
Question
B’rabta mas-sigurtà tal-ħaddiema u tar-residenti stess f’Thouret House, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jibda jkun hemm preżenza tal-pulizija b’mod permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, diġa’ għamlet talba formali u saret laqgħa bejn l-istess Fondazzjoni u uffiċċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija sabiex tiġi kkunsidrata l-preżenza tal-pulizija fuq bażi permanenti f’Thouret House.