B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25921 jista' l-Ministru jgħid kemm hemm:
a. tfal involuti mill-għadd ta' 10,931
single parents
;
b. kemm hemm romol involuti fl-għadd ta' 10,931
single parents
; u
c. kemm hemm persuni separati mill-għadd ta' 10,931
single parents
?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-festun li hemm tul il-promenade tal-Għadira jinxtegħel kollu u jekk hemm xi ħsarat fuq parti minnu, jissewwa b'mod immedjat biex ma jerġax jiġri kif ġara sena ilu meta l-istess festun tħalla nofsu mitfi sa nofs Awwissu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ntbgħatu ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet biex jaraw xi ħsarat hemm u eventwalment jiġu imsewwija.
Il-Mellieħa – Pont tal-Mistra u telgħa ta’ Selmun – lampi/bozoz maqtugħin
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li jissewwew il-lampi/bozoz maqtugħin li hemm tul il-Pont tal-Mistra u t-telgħa ta' Selmun, limiti tal-Mellieħa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalt a plc li fil-ġimgħat li għaddew irċevew rapport dwar il-ħsarat imsemmija u sad-data li saret din il-mistoqsija, l-ħsarat kienu diġa’ ġew irranġati. Għaldaqstant il-kumpanija m’għandha l-ebda rapporti pendenti dwar ħsarat fit-toroq imsemmija.
San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba u l-Mellieħa – Pulizija tat-turiżmu
Question
Jista' l-Ministru jindika meta hu mistenni li l-lokalitajiet turistiċi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar/Buġibba/Qawra jkunu nklużi fil-proġett indikat fl-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (Numru 161413) relatata mal-pulizija tat-turiżmu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ħabbart, tittieħed deċi¿joni dwar l-estenzjoni f’lokalitajiet oħra, wara li issir analiżi tal-proġett pilota f’Tas-Sliema u San Ġiljan.
San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba u l-Mellieħa – Pulizija tat-turiżmu
Question
Jista' l-Ministru jindika meta hu mistenni li l-lokalitajiet turistiċi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar/Buġibba/Qawra jkunu nklużi fil-proġett indikat fl-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (Numru 161413) relatata mal-pulizija tat-turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26249, datata 22 ta’ Ġunju 2016.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Prim Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — vetturi - allowances
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru twaqqaf wara l-perjodu konċernat msemmi minnu. Għaldaqstant il-mistoqsija mhix applikabli.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (VELLA, GEORGE)
Jista' l-Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għall-Ministeru biss jew għall-Entitajiet li kienu jaqgħu taħtu ukoll.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika jekk l-informazzjoni mitluba tinkludix ukoll id-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, mnbarra l-Ministru kien hawn dawn dawn l-uffiċjali li kellhom l-karozza fully expense jew allowance biex jużaw il-vettura personali tiegħu jew tagħha:
Segretariat Privat:
Head of Secretariat
Private Secretary
Assistant Private Secretary
Uffiċju tas-Segretarju Permanenti:
Permanent Secretary
Director General, Operations
Chief Information Officer
Director Corporate Services
Director EU Affairs
Director Policy Development
Director, Programme Implementation
Qorti:
Director General
Director, Civil Courts & Civil Tribunals
Director, Criminal Courts and Civil Tribunals
Director, Support Services
Director, Gozo Courts & Tribunals
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili:
Direttur
Pulizija:
Commissioner of Police
Director Finance & Administration
Refugee Commission:
Refugee Commissioner
Detention Services:
Commander Detention Services:
Aviation Security
Head Aviation Security
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ma’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-informazzjoni li ngħatat mill-applikant ma kinitx korretta meta ġiet ivverifikata mill-Awtorita’, il-Bord m’approvax din it-talba.
Kunsilli Lokali Marsaxlokk, Marsaskala, Isla u Bormla – kuntratti ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta’ servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali ta’ Marsaxlokk, Marsaskala, Isla u Bormla bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali msemmija intalabu jagħtu din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsilli Lokali qedgħin jiġbru id-data biex hekk kif tkun iffinalizzata nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – manutenzjoni u tiswija tal-fanali ornamentali fi Vjal 8 ta’ Settembru
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex fuq manutenzjoni u tiswija ta’fanali ornamentali li hemm fi Vjal 8 ta' Settembru fix-Xagħra, Għawdex, mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol, meta sar u kemm sewa kull darba li sar dan ix-xogħol? Kif ingħata dan ix-xogħol kull darba li sar, b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex fuq tindif ta’ toroq mill-ewwel ta' Jannar 2010 sal-lum, għal kull sena? Min għamel dan ix-xogħol u kemm tħallset kull persuna/kumpanija li għamlet dan ix-xogħol sena b'sena mid-data mogħtija sal-lum? Kif ingħata dan ix-xogħol b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ntalab jagħti din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsill Lokali qed jiġbor id-data biex hekk kif jiffinalizzaha nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondi allokati għall-kunsilli lokali għal xogħlijiet fuq road maintenance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi allokati b’mod totali għall-Kunsilli Lokali, għal xogħlijiet relatati ma’ road maintenance mis-sena 2010 ‘l hawn, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm matul l-istess perjodu, fil-fatt kienet in-nefqa b’mod totali fuq road maintenance mill-Kunsilli Lokali, sena b’sena b’mod separat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali ntalabu jagħtu din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsilli Lokali qedgħin jiġbru id-data biex hekk kif tkun iffinalizzata nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq bini jew tiswijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tan-Nadur intalab jagħti din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsill Lokali qed jiġbor id-data biex hekk kif jiffinalizzaha nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq concrete
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tan-Nadur intalab jagħti din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsill Lokali qed jiġbor id-data biex hekk kif jiffinalizzaha nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq bini jew tiswijiet ta’ bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tan-Nadur intalab jagħti din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsill Lokali qed jiġbor id-data biex hekk kif jiffinalizzaha nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – kuntratti ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?