Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta – persuni ta’ sess femminili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni tas-sess femminili fil-Forzi Armati ta' Malta preżentament? Jista’ jgħid kif dawn il-membri huma mqassma rank b'rank fl-istess forza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li pre¿entament hemm ħamsa u tmenin persuna ta’ sess femminili fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn jinsabu mqassma fir-ranks kif ġej: 1 Lieutenant Colonel 1 Major 2 Captain 1 Lieutenant 1 2/Lieutenant 8 Staff Sergeant 5 sergeant 7 Bombardier 14 Lance Bombardier 32 Gunner 8 Gunner/Recruits 5 Officer Cadets

Ħabs – ingaġġ ta’ uffiċjali ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa previst li jiġu ngaġġati uffiċjali ġodda tal-ħabs sal-aħħar tas-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li għadu għaddej il-proċess ta’ diskussjoni mall-Finanzi, biex jiġi deċiż in-numru eżatt ta’ kemm se jiġu ngaġġati.

Ħabs – sigħat ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sigħat ta’ overtime li nħaddmu mill-uffiċjali tal-ħabs fis-sena 2014, 2015 u mill-1 ta' Jannar 2016 sal 31 ta' Mejju 2016 xahar b'xahar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissarju tal-Pulizija — Aġent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex diversi ġimgħat wara r-riżenja tal-Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-Korp tal-Pulizija, għadu sal-lum imexxieh aġent Kummissarju minflok Kummissarju tal-Pulizija? Jista’ jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkunsidra t-talba tal-Oppożizzjoni li Kummissarju tal-Pulizija ġdid jinħatar bl-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati? Jekk ir-risposta għat-tieni mistoqsija parlamentari hija fin-negativ, jista’ jagħti r-raġuni għalfejn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aġent Kummissarju għandu l-poteri kollha ta’ Kummissarju. Il-Gvern, skont il-programm elettorali tiegħu, huwa kommess li jimmodernizza l-Korp tal-Pulizija u bosta deċiżjonijiet jittieħdu fil-mument opportun.

CEO tal-ETC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-CEO tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) f’dawn l-aħħar xhur iċċaqlaq għall-CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS)? Jista’ jikkonferma li kellu żieda ta’ 20% fis-salarju? Jista’ jikkonferma li l-imsemmi ma żammx ruħu mad-dettami tal-liġi dwar l-ugwaljanza? Jista' jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari interni dwar dan il-każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju ta’ persuna f’entità ma jkunx neċessarjament l-istess salarju f’entità oħra u d-differenza fil-paga tirrifletti d-differenza fir-rwol u x-xogħol ta’ CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS). Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk hu qiegħed jirreferi għall-każ li deher fil-midja soċjali, ikun infurmat illi s-CEO kien għamel apoloġija pubblika dwar dan.

MCAST — Studenti fuq apprentistat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti fl-MCAST li qegħdin fuq apprentistat bi ħlas? Jista’ jindika wkoll kemm qed jitħallsu l-apprentisti kors b’kors u possibilment f’liema kumpaniji huma posted? Jista’ jindika wkoll kemm huwa l-ammont ta’ sigħat ta’ taħriġ fix-xahar hu mistenni li jkun hemm u jekk il-kundizzjonijiet ġewx mibdula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti fl-MCAST li qegħdin fuq apprentistat bi ħlas huwa 834 li huma maqsumin f’132 apprentist fuq programmi tal-livell 3 u 702 apprentisti fuq programmi tal-livell 4. Il-kumpaniji u l-industriji jagħtu kontribut finanzjarju skont il-leġislazzjoni preżenti ta’ €49.97 fil-ġimgħa matul l-ewwel sena kollha, €52.20 fil-ġimgħa matul it-tieni u €75.87 fil-ġimgħa matul t-tielet sena tal-apprentistat rispettivament. Dan il-kontribut jibqa’ jingħata anki meta l-istudenti ma jkunux fuq il-post tax-xogħol u jkunu qed jattendu l-MCAST għall-istudji tagħhom. Barra minn hekk l-istudenti apprentisti jingħataw l-stipendju sħiħ mill-Gvern bħall-istudenti l-oħra kollha post-sekondarji matul is-sentejn tal-kors. Bid-differenza ta’ studenti post-sekondarji l-oħra, mis-sajf tas-sena l-oħra l-istudenti qed jibqgħu jingħataw l-istipendju anki matul is-sajf tal-ewwel u tat-tieni sena. Matul is-sena skolastika l-istudenti apprentisti jaħdmu total ta’ 64 siegħa fix-xahar. Matul ix-xhur tas-sajf l-istudenti apprentisti jaħdmu 160 siegħa fix-xahar, maqsumin fuq 40 siegħa fil-ġimgħa. Il-kundizzjonijiet huma skont il-liġi preżenti. It-total ta’ kumpaniji u entitajiet li qed iħaddmu studenti apprentisti huwa 417.

ETC – proċess ta’ rebranding – tenders, direct order jew assignments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jiswa l-proċess ta’ rebranding tal-ETC f’JOBS + Malta? Jista’ jippubblika l-lista ta’ tenders, direct orders għal xogħlijiet jew assignments f’dan ir-rigward u jindika min ġie magħżul biex jesegwixxi dan x-xogħol? Jista’ jindika min ħa ħsieb l-implimentazzjoni ta’ dan ix-xogħol fil-Korporazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba għall-proċess ta’ rebranding tal-ETC f’Jobsplus.

ETC – Trasferiment ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-trasferiment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-CEO fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) kienx jinkludi wkoll nies oħrajn? Jekk iva, min huma u x’kariga jokkupaw u kif intgħażlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kienx trasferiment u ma ġie trasferit l-ebda uffiċjal miegħu. Il-PA tal-persuna indikata mill-Onor. Interpellant meta kien mal-ETC reġa’ gie impjegat bħala PA fuq bażi ta’ ‘position of trust’ mal-FTS. Kien hemm ukoll persuna oħra li kienet Communications Manager mal-ETC u li ġie approvat li dan jiġi seconded mal-FTS.

Skejjel tal-Istat – xiri ta’ kotba bil-lingwa tal-Latin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba bil-Latin tul din sena għall-iskejjel tal-Istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm xiri ta’ kotba bil-lingwa tal-Latin.

Skejjel Sekondarji – tagħlim tal-lingwa tal-Latin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti fl-iskejjel sekondarji li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Latin tul is-sena skolastika 2015/2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tul is-sena skolastika 2015/2016 fl-Iskejjel Sekondarji kemm dawk tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti, ma kienx hemm studenti li kienu qegħdin jiġu mgħallma l-Latin.

Stallazzjoni ta’ lift fi Blokka

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fejn waslet l-applikazzjoni għall-istallazzjoni ta' lift fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-permess tal-ippjanar ta' din l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħtaw separatament, ġiet approvata u qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa lill-każ ikkonċernat.

Servizzi Soċjali — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward għajnuna fuq is-servizzi soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u l-persuna ġiet infurmata bil-proċess.
Leg 12 PQ #26339 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa ma ngħataw xejn bil-miktub fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-kontinwazzjoni tas-servizz li se jkunu qed jagħtu meta t-tmexxija tal-isptarijiet tiġi f’idejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif intqal kemm-il darba, il-kundizzjonijiet tal-haddiema fl-isptarijiet ta' San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Generali t'Ghawdex se jibqghu kif inhuma. Din l-informazzjoni nghatat lil haddiema u lil Unions f'fora differenti.
Leg 12 PQ #26340 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – unions

Question

Meta jasal biex jiġġedded il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-unions hux se jkunu qed jinnegozjaw mal-Gvern jew mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li hekk kif il-haddiema ezistenti se jibqghu haddiema tal-Gvern, se jkun l-istess Gvern li jinnegozja mal-Unions il-ftehim kollettiv.
Leg 12 PQ #26341 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – sodod — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta l-Gvern se jkun qed iħallas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-sodod li se jkunu qed jintużaw mill-pazjenti tal-Istat fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa? B’liema rata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-hlas mill-gvern ghas-servizzi li staqsiet dwarhom hi, beda' minn meta l-investitur lahaq l-kundizzjonijiet (conditions prescedent) imposti mill-kuntratt. Is-servizz ghall-pazjenti Maltin u Ghawdxin ser jibqa’ bla hlas.
Leg 12 PQ #26342 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – prezz ta’ sodda

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-istudju li sar qabel il-ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li permezz tiegħu stabbilixxa l-prezz li tqum sodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni hi kummercjalment sensittiva.
Leg 12 PQ #26343 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – business plan

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta l-business plan tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa u jagħti d-dettalji ta’ kif se jibdew jitmexxew mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti ser jitpoggew fuq il-mejda tal-kamra sa l-ahhar ta' din is-sena.
Leg 12 PQ #26344 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – persuni morda bil-Parkinsons

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjenti li għandhom il-marda tal-Parkinson’s u li s’issa qed ikunu riferuti mill-konsulenti fl-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karin Grech biex jużaw il-physiotherapy pool hux se jibqgħu jagħmlu dan meta l-Isptar Karin Grech jibda jitmexxa mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-progett tal-isptar San Luqa se jwassal biex pajjizna jkollu sptar ta' rijabilitazzjoni specjalizzat. Dan se jinkludi Physiotherapy Pool u facilitajiet ohra tal-ghola livell. Dawn il-facilitajiet se jkunu ghall-uzu tal-pazjenti Maltin u Ghawdxin minghajr hlas.
Leg 12 PQ #26354 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi ta' bars

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi r-rapporti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u l-permessi kollha li għandhom sabiex ikunu jistgħu joperaw skont il-liġi li huma l-permess tal-PAPB, permess u applikazzjoni għall-change of use, permess oriġinali tal-Kummissarju tal-Pulizija eċċ.?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar illi l-użu kummerċjali huwa kopert b’Liċenzja tal-Pulizija u Trading Licence li nħarġu qabel l-1992 u għalhekk ma kienx hemmx bżonn ta' permessi ulterjuri mill-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.