Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar Karin Grech, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux se jibqa responsabbli mill-għażla ta’ pazjenti li jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karen Grech biex titkomplielhom il-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-private public partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare, is-servizzi tas-saħħa offruti għall-pazjenti Maltin u Għawdxin se jkunu qegħdin jagħmlu qabża ta’ kwalita. Permezz ta’ dan il-proġett l-Isptar Karin Grech se jkun sptar ta’ 320 sodda (kollha għall-pazjenti lokali), speċjalizzat fil-ġerjatrija, għaldaqstant anzjani li jkollhom bżonn kura ġerjatrika se jkunu qegħdin jieħdu din il-kura f’dan l-isptar.
Min-naħa l-oħra fl-Isptar San Luqa se jkun qiegħed jispeċjalizza fir-rijabilitazzjoni b’80 sodda għall-użu lokali. Għaldaqstant meta konsulent jirreferi pazjent għar-rijabilitazzjoni, l-pazjent jieħu din il-kura speċjalizzata fl-Isptar modernizzat ta’ San Luqa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar Karin Grech, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li se jkompli jmexxi l-istess sptar f’isem il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jkun impjegat mal-Gvern jew mal-kumpanija? Saret sejħa pubblika għall-post ta’ CEO tal-Isptar Karin Grech? X’inhu s-salarju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li ngħatat id-dettalji dwarha separatament, bħal kull ħaddiem ieħor f’dan l-isptar se jibqa’ ħaddiem tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar t’Għawdex, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw, li se tkompli tmexxi l-istess sptar f’isem il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex se tkun impjegata mal-Gvern jew mal-kumpanija? Saret sejħa pubblika għall-post ta’ CEO tal-Isptar t’Għawdex? X’inhu s-salarju?
Sptar Mater Dei – Director of Obstetrics and Gynaecology
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux impjegat bħala Director of Obstetrics and Gynaecology fl-Isptar Mater Dei jew sarx impjegat bħala Head of Obstetrics and Gynaecology mal-kumpanija privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu jistax iżomm iż-żewġ posts? Il-Ministru ma jqisx li hemm kunflitt kbir ta’ interess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-persuna msemmija minnha prezentament tokkupa l-kariga ta' Direttur tal-Obstetrija u Ġinekoloġija mad-dipartiment tas-Sahha.
Dipartiment tal-Prosthetics u Orthotics — responsabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Prosthetics and Orthotics hux se jkunu responsabilità tal-kumpanija privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew hux se jibqgħu taħt it-tmexxija tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-progett fl-isptarijiet ta' San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Generali t'Ghawdex huma public private partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare. Id-Dipartiment tal-Prosthetics u Orthotics li thalla fi stat tal-biki minn Amministrazzjoni precedenti se jinghata dehra gdida. Barra minn hekk se jkun hemm l-expertise ta' Walter Reed Medical Centre for Prosthetics and Orthotics - centru specjalizzat Amerikan f'dan il-qasam. Is-servizzi ta' dan id-Dipartiment jibqghu b'xejn ghal pazjenti kollha Maltin u Ghawdxin.
Minkejja t-tibdil tal-approach li ħa dan il-Gvern biex prova jġib id-deċiżjonijiet ta' każijiet tal-VAT aktar umani jidher li l-approach tad-dipartment ma nbidilx, jista' l-Ministru jispjega xi pjanijiet hemm biex nies li ma jkunux direttament responsabbli ma jibqgħux jiġu akkużati fuq VAT returns, minħabba li wieħed xi darba kellu x'jaqsam ma organizzazzjoni partikolari li naqset li tissottometti l-VAT? Jista' jispjega għaliex qed jiġu akkużati nies li kienu diretturi jew uffiċjali tal-kumpanija li iżda ġew imċaħħda jew ġie blukkat l-aċċess lilhom għad-dokumenti tal-kumpanija mix-shareholders u kellhom jirriżenjaw? Għaliex ma għandniex sistema ġusta li f'dawn il-każijiet jiġu akkużati x-shareholders?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex nies li kienu responsabbli għal skopijiet tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma’ jibqgħux jiġu akkużati għax ma’ jkunux baqgħu direttament responsabbli, iridu jinformaw lid-Dipartiment b’kull tibdil fl-amministrazzjoni tas-soċjeta` jew azjenda li kienu rrendew ruħhom responsabbli għaliha, sabiex b’hekk jevitaw li jitressqu l-qorti inutilment.
Sakemm dan ma jsirx, id-Dipartiment ma’ jkollux alternattiva ħlief li jressaq persuna jew persuni li skond id-dokumentazzjoni li jippossjedi jkunu rrendew ruħhom responsabbli.
Id-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud huwa obbligat jibqa’ jressaq nies li rrendew ruħhom responsabbli sa’ dik il-ġurnata li jiġi nformat b’mod uffiċċjali li dik il-persuna rriżenjat minn kwalunkwe kariga li kienet tokkupa.
Id- Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud m’għandux għodda sabiex ikun jaf is-sitwazzjoni ta’ kull soċjeta` jew azjenda sakemm ma’ jkunx ġie notifikat mill-istess.
“
Shareholders
” huma persuni li investew flushom f’xi azjenda partikolari, iżda ma’ humiex legalment responsabbli għat-tmexxija u/jew amministrazzjoni, għaldaqstant ma’ tistax tittiehed azzjoni kriminali fil-konfront tagħhom.”
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ PE teachers fl-Iskejjel Primarji tal-Gvern u jekk dawn l-għalliema humiex kwalifikati f’suġġetti oħra? F’każ li hemm nuqqas, jista’ jgħid hemmx ħsieb li jitbaxxew ir-rekwiżiti għall-PE teachers f’dawn l-iskejjel biex ikun hemm intake akbar ta’ dawn l-għalliema biex tintlaħaq id-domanda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm nuqqas ta’ għalliema tal-PE. Il-kriterji ta’ eliġibilità huma l-istess applikabbli għal suġġetti oħra u għaldaqstant m’hemm l-ebda ħsieb li jitnaqqsu jew jitwessgħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani tal-ħabs li huma tas-sess femminili? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa l-persentaġġ ta’ gwardjani tal-ħabs li huma tas-sess femminili?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm tlieta u tletin uffiċjali ta’ sess femminili. Il-persentaġġ huwa ta’ 14.8%.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi l-informazzjoni fuq il-mejda tal-kamra, kif mitlub.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie kkostitwit fid- 29 ta’ April 2016, allura ninforma lil Onor. Interpellant li ma hemmx informazzjoni relatata ma din id-domanda.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu msemmi, fi ħdan is-Segretarjat Privat, kienu jieħdu allowance għal użu ta’ vettura, il-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat u l-Assistent Personali tal-Ministru. Is-Segretarju Permanenti, il-Maġistrat fil-Qorti ta’ Għawdex, id-Diretturi Ġenerali, ic-Chief Information Officer u d-Diretturi rispettivi, kellhom karozza fully expensed - dan għajr Direttur wieħed li għażel li jibqa’ juża l-vettura personali tiegħu. F’dan il-każ id-Direttur in kwistjoni kien jieħu l-fuel għall-karozza. Uffiċjali oħra fi ħdan il-Ministeru li kienu intitolati għall-allowance biex jużaw il-vettura personali tagħhom u għal allokazzjoni tal-fuel skont il-ftehim kollettiv rispettiv tagħhom, kienu l-Periti, l-Inġiniera u l-Avukat.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 26414 - vetturi - fully expensed jew allowance.docx
Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – xiri ta’ concrete
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26216 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif provduta mill-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26215 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali Qala Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tal-Qala.
Kunsill Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra u Ħaż-Żabbar — Xiri ta' Concrete
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26217 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra u Ħaż-Żabbar kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali tax-Xagħra – Xogħlijiet — Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26218 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif provduta mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26219 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali Qala, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tal-Qala.
Kunsilli Lokali Xewkija u Ta' Sannat — Xogħlijiet - Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26220 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali Xewkija u Ta' Sannat Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif provduta mill-Kunsilli Lokali.