Marsascala Primary School – Non-Maltese Speaking Parents – Teaching Maltese Language to Adults
Question
To ask the Minister, whether he is aware that a significant number of non-Maltese speaking parents whose children are following studies at the Marsascala Primary School are interested in learning the Maltese language themselves? In view of this, can the Minister indicate the possibility to start teaching the Maltese language to these foreign adult students at the above-mentioned school or in a neighbouring school during the day in the next academic year? Can the reply be forwarded in the English language?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that the Directorate for Lifelong Learning already offers this service to non-Maltese speaking parents and will continue to offer during the next scholastic year 20 courses in Maltese as Foreign Language, across different centres in Malta and Gozo. These courses are open to all adults. Registrations open on 12 July 2016.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol hu mistenni li jsir fil-Park tas-Salini, limiti ta' San Pawl il-Baħar, u b'mod partikulari fil-parti tal-park fejn hemm it-turf, liema turf preżentement jinsab fi stat ħażin? Jista' jikkunsidra li dan l-istess turf jerġa' jinżera kif kien qabel biex jiġi evitat li jkun hemm dehra ta' nixfa, kif hemm preżentement? Jista' jikkonferma li fil-post hemm ġibjun li jesa ħafna ilma u li jista' jiġi wżat għat-tisqija ta' dan l-istess turf? Min hu responsabbli biex jara li t-tisqija ssir b'mod regolari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ tisbieħ li mistenni jsir fix-xhur li ġejjin ġewwa l-Park tas-Salina, jinkludi żvilupp ta’ spazji addizzjonali fejn ser jitwaħħal apparat tal-logħob għat-tfal, installar ta’ dwal ġodda simili għal dawk li saru ġewwa Kennedy Grove, u tqegħid ta’ turf artifiċjali. Iż-żona partikolari li għaliha qed jagħmel referenza l-Onor. Interpellant ukoll ser tiġi miksija b’turf artifiċjali.
Meta wieħed jiġi biex jiddeċiedi dwar tqegħid ta’
turf
naturali hemm bosta fatturi li jkun irid jikkonsidra, fosthom: l-impatt mill-pubbliku li jżur il-Park, il-kwantità u kwalità ta’ ilma disponibbli u spejjeż oħra ta’ fertilizzant, biex ma nsemmux ix-xogħol ta’ manteniment kontinwu speċjalment f’żoni tant frekwentati. L-ilma tal-ġibjun li għalih qed issir referenza m’huwiex tajjeb għat-tisqija tat-
turf
minħabba l-kwalità inferjuri peress li huwa ilma li jinġabar mit-triq, iżda dan xorta waħda jintuża għat-tisqija tas-siġar kollha li hemm ġewwa dan il-park, speċjalment dawk li jkunu għadhom fl-ewwel snin ta’ żvilupp. Tali xogħol isir minn ħaddiema tal-PARKS.
Billi fi Triq it-Tamar, kantuniera ma’ Triq Carmelo de Lucca, San Pawl il-Baħar, hemm ilma li ħiereġ kontinwament għal nofs it-triq, liema ilma, skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux ilma tagħha, jista’ l-Ministru jara li d-dipartiment responsabbli, jittestja dan l-ilma, biex jiġi stabbilit minn fejn hu ġej, ħalli jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi neċessarji fil-konfront ta' min qed iħalli dan l-ilma fit-triq? Wara li jsiru t-testijiet neċessarji, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati li jkun hemm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qegħdin fil-preżent jinvestigaw ilmenti li daħlu dwar ħruġ ta’ ilma bis-sapun fit-triq indikata.
Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li l-problema ġejja minn komunikazzjonijiet ta’ magni għall-ħasil tal-ħwejjeġ li ġew mqabbda mas-sistema tal-ilma tax-xita minflok mas-sistema tad-drenagg ġo blokka ta’ sbatax-l appartament. Wara li saru xi testijiet u rriżultaw pożittivi nħarġu avviżi bil-miktub lill-inkwilini li joqogħdu ġo din il-blokka sabiex jirrimedjaw dawn is-sistemi u f’Mejju dawn ġew ikkonfermati li l-ħsara kienet ġie rimedjata. L-investigazzjoni ser titkompla peress li hemm xi inkwilini li ma nstabux u li jista` jkun li għandhom l-istess problema.
Saret spezzjoni oħra fl-24 ta’ Gunju fl-istess Triq fejn ġie kkonfermat li bħalissa ma hemm l-ebda ħruġ t’ ilma mill-blokka msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux ser ikun qed jagħmel xi investiment partikulari fuq il-faċilitajiet ta' sports tal-baħar, matul din is-sena, jew is-sena d-dieħla? F'liema faċilitajiet hu mistenni li jsir investiment, u x'tip ta' xogħol hu mistenni li jsir? Meta, f'kull każ, ser jinbeda x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena ser tkun tlestiet il-pixxina flimkien mal-Clubhouse ta’ Birżebbuġa għall-użu ta’ Birżebbuġa ASC.
Fil-preżent qed isiru l-preparamenti sabiex mis-sena li ġejja jibdew ix-xogħlijiet fuq pixxina ġdida f’Wied il-Għajn u rinnovar ġenerali fuq il-pixxina li jagħmlu użu minnha l-klabb ta’ Sirens.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25982, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba, matul l-aħħar sentejn, saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar (u qabel minn dawk tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar), biex jispezzjonaw plots kif deskritti fil-mistoqsija u fir-risposta għaliha? Kemm, wara d-dħul fis-seħħ tal-artiklu tal-liġi ċitat fir-risposta, saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar, kemm instabu siti li mhux denji li jibqgħu kif inhuma, u kemm ittieħdu passi s'issa biex dawn l-istess siti jingħalqu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar illi bejn l-4 ta' April 2014 u t-3 ta' April 2016 saru 233 spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità fuq 133 każ differenti.
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-artiklu 99(1) tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp saru 27 spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq 21 każ differenti. Minn dawn il-21 każ instab illi 6 każijiet ma jaqgħux fil-parametri ta' dan l-artiklu tal-liġi, filwaqt li f'7 każijiet is-sid tal-art neħħa l-kawża li kienet qed tikkaġuna ħsara minħabba l-kundizzjoni tal-art. F'każ ieħor, l-Awtorità kellha toħroġ avviż ta' infurzar peress illi sid l-art ma ottemperax ruħu ma' dak mitlub mill-Awtorità. 7 każijiet oħra għadhom pendenti investigazzjoni ulterjuri mill-Awtorità.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif li ntalab fil-mistoqsija parlamentari 25985 u ċjoè jgħid liema mix-xogħol indikat fit-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 25505, 25506 u 25507 fil-fatt jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-kunsilli lokali rispettivi u mhux taħt il-Gvern Ċentrali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista mpoġġija mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25985 huma xogħlijiet li jinsabu f’ dawk li jitqiesu bħala konfini tal-Kunsilli Lokali rispettivi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25986 li kienet tagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 25556, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu l-Ministru li suppost hu responsabbli mill-PPP f'diversi oqsma u dan b'referenza speċifika għall-fatt li l-Gvern ibbaża l-proġetti fuq il-kunċetti ta' PPP? Liema huma l-prinċipji li f'kull każ japplikaw fil-proġetti ta' PPP?
Response (GRECH, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Onor. Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika jekk iridx ukoll l-istess informazzjoni għad-Dipartimenti.
Tista’ l-Ministru tgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma kienx jezisti fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi – Kuntratti ta’ Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26225 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Qrendi bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – Kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26224 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26223 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali Qala Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Qala.
Kunsill Lokali tax-Xagħra – kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26222 u jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif provduta mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq, u Ħaż-Żabbar– Xogħlijiet — Kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26221 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali ta' Kalkara, Ħad-Dingli, Xgħajra, Qrendi, Żurrieq u Ħaż-Żabbar kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jilqa’ r-rakkomandazzjoni li saret fi studju kummissjonat mill-Gozo Tourism Association biex f’Għawdex jitwaqqaf Tourism Council li jkun responsabbli mill-qasam tat-Turiżmu f’Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi jiena kont preżenti għal dan l-istudju li ġie kkumissjonat b’ mod tajjeb mill-Gozo Tourism Association.
Jiena ninvolvi kemm jista’ jkun lill-Gozo Tourism Association f’kull proċess ta’ deċizjoni li jirrigwardja t-turiżmu f’Għawdex għaliex hija entita’ non-governattiva li tagħti s-sehem tagħha għas-settur b’mod proattiv.
Dwar il-proposta tal-Gozo Tourism Council, din qegħda tiġi studjata minni flimkien mal-Ministru t’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-baga tax-Xlendi biex magħha jorbtu cruise liners u li kien imsemmi fl-aħħar budget? Jista’ jgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex f’Għawdex ikun hemm Cruise Liner Terminal?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi wara li s-sena l-oħra ġie konkluz l-ewwel studju ta' taħt il-baħar fuq il-baga ġdida tax-Xlendi, matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena gie ffinalizzat u ffirmat il-kuntratt mal-entita li ġiet kkumissjonata biex tagħmel it-tieni studju. Ix-xogħol fuq dan l-istudju ġa beda. Għar-rigward tat-tieni domanda ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern irċieva proposta waħda. L-eżitu tal-proċess jitħabbar mill-Gvern meta l-kompiti kollha neċessarji relatati ma’ dan ir-Request for Proposals ikunu ġew imwettqa b’mod metikoluż.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi bidla għal dak li jikkonċerna l-policy marbuta ma' ħruġ ta' permessi ġodda għall-ispiżeriji (pharmacies) fil-lokalitajiet, f'Malta u Għawdex? Kemm-il applikazzjoni hemm pendenti f'kull lokalita? Kemm minn dawn hu mistenni li jingħataw permess biex joperaw? Meta? X'sar minnha t-talba għal spiżerija f'Burmarrad?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda bidla li tikkonċerna l-policy marbuta ma' ħruġ ta' permessi ġodda għall-ispi¿eriji (pharmacies) fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex.F’Malta u f’Ghawdex bhalissa hawn 330 applikazzjoni pendenti ghall-permessi ta’ ftuh ta’ spizeriji godda. Rigward l-ewwel applikazzjoni pendenti f'Burmarrad ninsab infurmat li hemm kas il-qorti, liema kas għadu għaddej.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument Nru PL 7452 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 28 ta' Ġunju 2016, f'Seduta 411.)
Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi — estensjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Consumer Claims Tribunal) tiġi estiża minn €3,500 kif inhi bħalissa għall-€5,000 bħalma ġara ftit ilu fil-każ tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Small Claims Tribunal)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fid-diskussjonijiet għall-emendi tal-Att dwar l-awtorita’ għal kompetizzjoni u affarijiet tal-konsumatur qed jiġu kunsidrati emendi li jolqtu dan it-tribunal fosthom l-estensjoni li qed tissemma’ mill-Onor. Interpellant.