Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq xiri ta’ concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.

Dar tal-Anzjani f’Bormla — inċident

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’wassal biex anzjana taqa’ sular fid-Dar tal-Anzjani f’Bormla? Jista’ jgħid jekk kienx hemm rapporti simili qabel l-inċident tad-29 ta’ Ġunju li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddejin l-investigazzjonijiet neċċesarji biex jiġu aċċertati l-fatti kollha. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ma kienx hemm rapporti simili qabel l-inċident tad-29 ta’ Ġunju li għadda.

Dar tal-Anzjani f’Bormla — inċident

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jinvestigaw l-inċident li seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2016 fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin 2 investigazzjonijiet mill-entitajiet kollha kkonċernati.

Dar tal-Anzjani f’Bormla — inċident

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet temporanji ta’ sigurtà ttieħdu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla sakemm jiġu konklużi l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar l-inċident li seħħ fid-29 ta’ Ġunju li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellantlli, bħala miżura ta’ prekawzjoni, l-aċċess għall-post fejn seħħ l-aċċident ġie temporanjament magħluq.

No. 1 Dock – pumping station u overhead cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat? X'passi qegħdin jittieħdu minn Heritage Malta sabiex dan il-wirt storiku industrijali ma jintilefx?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #26535 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

No. 1 Dock – pumping station u overhead cranes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġu protetti l-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Twaqqif ta’ mużew industrijali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern għandux il-ħsieb ikompli fuq ix-xogħol li nbeda mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex Heritage Malta twaqqaf Mużew Industrijali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta tieħu kull opportunità li jkollha sabiex tiġbor apparat u makkinarju industrijali ieħor, sakemm jifilħu l-kapaċitajiet tagħha, sabiex jiġu salvati u preżervati.

Boiler Shop fit-Tarzna — makkinarju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ingħatatx ordni sabiex il-makkinarju antik li jinsab fil-post li ntgħażel bħala Mużew Industrijali, u ċjoè l-Boiler Shop fit-Tarzna, jinġabar? Jekk iva, fejn ser jitpoġġa' dan il-makkinarju?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Mużew għall-Makkinarju Industrijali Antik — kumitat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar minnu l-kumitat li kien inħatar mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex jitwaqqaf Mużew għall-Makkinarju Industrijali Antik?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mir-rekords ma jirriżulta ebda l-kumitat uffiċjali skont kif saqsa l-Onor Interpellant. Ghandi nifhem li l-Onor Interpellant qed jirreferi għal kumitat informali.

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – sistema ta’ sinjali tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li s-sistema ta’ sinjali li saret, marbuta mal-bidliet li daħlu fis-seħħ fis-sistema tat-traffiku f'San Ġwann fil-junction ta' bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli mhux qed tinforma lis-sewwieqa minn kmieni, imma s-sewwieqa qed isibu ma' wiċċhom dawn is-sinjali tas-sistema l-ġdida tard wisq u meta jkunu ħadu d-direzzjoni l-ħażina?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – kampanja informattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li għandha ssir kampanja informattiva biex is-sewwieqa jkollhom aċċess faċli għall-bidliet li saru fis-sistema tat-traffiku fil-junction ta' bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli f’San Ġwann sabiex jilħqu jagħżlu r-rotta li se jgħaddu minnha, qabel jaqbdu t-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.

Kappara Junction – Sistemi tat-traffiku — kampanja informattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra kampanja informattiva fid-djar u fuq il-media dwar bidliet li se jsiru fis-sistemi tat-traffiku fiż-żona madwar il-Kappara Junction biex minn issa jibdew jindraw is-sistemi ġodda ta' rotot?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.

San Ġwann – sistema tat-traffiku – rotot tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-bidliet fis-sistema tat-traffiku f'San Ġwann kenux affettwati xi rotot tat-trasport pubbliku? Liema kienu dawn ir-rotot u kif kienu affettwati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba t-tibdil li kien hemm fis-sistema tat-traffiku f’San Ġwann, ir-rotot 22, 24, 35, 120, 202 u 203 kellhom ir-rotta modifikata. Minkejja din il-modifika, il-bus stops kollha baqgħu jiġu servuti hekk kif kienu jiġu servuti qabel dan it-tibdil.

San Ġwann – bidliet fis-sistema tat-traffiku – rotot tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li topera s-sistema tat-trasport pubbliku kenitx infurmata bil-bidliet fis-sistema tat-traffiku f'San Ġwann? Jekk fl-affermattiv, meta kienet infurmata l-kumpanija u jekk is-sewwieqa li joperaw il-karrozzi tal-linja fiż-żona kenux infurmati b'tali bidliet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċedura addottata minn Transport Malta hija li l-operatur tat-trasport pubbliku jiġi nfurmat fl-eventwalita’ ta’ tibdil ta’ sistemi jew immaniġġjar tat-traffiku.

San Ġwann u l-Kappara – bidliet fis-sistemi tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta' San Ġwann u Kappara b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiġu jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.
Leg 12 PQ #26328 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax – Rifużjonijiet – ammont ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq Income Tax sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi d-Dipartiment għadu ma ħallasx rifużjonijiet fuq l-Income Tax dovuti sal-aħħar ta’ Mejju 2016 prinċipalment minħabba problemi tekniċi fis-sistema tal-IT. Id-dipartiment qed jagħmel l-almu tiegħu biex dawn il-problemi jiġu solvuti u r-rifużonijiet jitħallsu mill-aktar fis possibbli.
Leg 12 PQ #26329 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

VAT – Rifużjonijiet – ammont ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq VAT sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ rifużjonijiet fuq VAT dovuti sa l-aħħar ta’ Mejju 2016 ser jitħallsu hekk kif stipulat u tipprovdi l-istess Liġi tal-Att tal-VAT.

Raħal Ġdid u Ħal Tarxien – requisitions orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal requisition orders li għadhom pendenti? Jista’ jindika kemm għad fadal requisition orders fuq proprjetajiet f’Raħal Ġdid u Ħal Tarxien?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 170–il requisition order, li għadhom pendenti, u li minnhom 9 huma fuq proprjetajiet f’Raħal Ġdid filwaqt li 3 huma fuq proprjetajiet f’Ħal Tarxien.

Il-Fgura – Triq San Tumas – servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jiġi estiż is-servizz tat-Trasport Pubbliku sabiex tgħaddi karozza tal-linja mill-Fgura sa Ħal Tarxien mill-parti ta’ fuq ta’ Triq San Tumas Fgura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li Triq San Tumas ġewwa l-Fgura hija kemm xejn twila, liema triq taqsam il-lokalita’ minn tarf għal-ieħor, nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku għal-liema parti ta’ Triq San Tumas qed jirreferi għaliha.