Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26389 u 26211 u jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tal-Qala, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Qala.
Malta Film Studio – proċess ta’ request for proposals – bini, rinovar, manutenzjoni u tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitkompla l-proċess ta’ request for proposals wara li ġew sottomessi l-espressjoni ta’ interessi fil-bini, rinovar, manutenzjoni u tmexxija tal-Malta Film Studio?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess kompettitiv għadu għaddej. Id-dokument tal-RFP (Request for Proposals) mistenni li jkun finalizzat fil-ġimgħat li ġejjin. Dawk il-kumpaniji li ħadu sehem fl-EOI, u huma eliġibbli, se jingħataw numru definit ta’ xhur sabiex jippreżentaw il-proposta finali tagħhom lill-Gvern.
Annimali mħarsa bil-konvenjoni msejħa CITES maqbuda mill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speċi ta’ annimali mħarsa bil-konvenzjoni CITES inqabdu mill-Pulizija bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016? X'tip ta' annimali kienu? X'valur kellhom fis-suq? Fejn ġew interċettati mill-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħata lill-membri tal-ALE fuq liġijiet u investigazzjonijiet in konnessjoni mas-CITES bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016.
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħatax taħriġ lill-membri tal-ALE fuq liġijiet u investigazzjonijiet in konnessjoni mas-CITES fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jgħid kemm-il speċi ta' annimali mħarsa bil-konvenzjoni CITES inqabdu mill-Pulizija bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016? X'tip ta' annimali kienu? X'valur kellhom fis-suq? U fejn ġew interċettat mill-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward LSA għal tifla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tifla diġà dehret quddiem il-Bord tal-iStatementing Moderating Panel u bħalissa qegħda tibbenefika minn shared LSA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata jew ingħatat kuntratt ta’ xogħol mal-Aġenzija għal-Libreriji minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, f’liema data ġiet impjegata jew ingħatat kuntratt ta’ xogħol kull persuna? F’kull każ kien hemm sejħa nterna u eventwalment saret sejħa pubblika? Jekk iva, meta kienet is-sejħa u għal liema pożizzjoni kienet? X’kienu l-kwalifiki mitluba għal kull sejħa? X’kienu l-kwalifiki li kull persuna li ġiet impjegata jew ingħatat kuntratt ta’ xogħol kellha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 26506 - Libreriji Maltin - impjegati.xls
Jista' l-Ministru jara li jinżamm l-upkeep ta' Ġnien Wied il-Għasel, il-Mosta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat u bħala l-Ministru responsabbli mill-ambjent ser insegwi l-ilment mal-Ministeru kkonċernat.
Dar tal-Anzjani l-Imtarfa – ikla fl-okkażjoni tal-festa tal-Imnarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ikla li kienet issir fl-okkażjoni tal-festa tal-Imnarja fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa, għall-anzjani kollha tad-djar residenzjali tal-Gvern m’għadhiex issir?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ta' kull sena, tiġi organizzata attivita' għall-Imnarja b'kontenut li jkunu jixtiequ r-residenti, fejn ukoll jiġi servut l-ikel. Din is-sena kien hemm ukoll kunċert b'siltiet minn opri u biċċiet oħra tal-mużika li huma popolari fost ir-residenti
Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm residenti anzjani fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani jgħixu f’kull Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ residenti li hemm fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern huwa ta’ 2007; liema ammont jinkludi wkoll l-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule. Statistika dettaljata qiegħda tiġi provduta fit-tabella t’hawn taħt:
Bormla
133
Mosta
68
Msida
64
Floriana
46
Mtarfa
123
Zammit Clapp
129
Mellieħa
180
Żejtun
203
Residenza San Vinċenz de Paule
1061
Djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jidħlu fid-djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern illum? Jista’ jelenka n-numru ta’ applikanti li qed jistennew biex jidħlu f’kull dar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani jistennew sabiex jidħlu fid-djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern, fil-preżent, huwa ta’ 1386. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx lista’ ta’ stennija għal kull dar.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellent li l-lista ta’ stennija preżenti naqset minn żmien preċedenti, hekk kif bejn l-2011 u l-2015, il-lista ta’ stennija kienet kif ġej:
2011 – 1935
2012 – 1915
2013 – 2085
2014 – 2084
2015 – 1405
Refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw lura flus s’issa permezz tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-karozzi u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw s’issa mir-refund tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi għall-2014, l-2015, u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Kemm huwa mistenni li jingħataw flus lura sakemm tiġi eżawrita din l-iskema? Kemm huwa mistenni li jibbenefikaw persuni sakemm tiġi eżawrita din l-iskema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fis-sena 2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ Ewro 110 jew ta’ Ewro 55 bħala refund ex-gratia ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ammont totali li ingħata lura fi flus s’issa permezz tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-vetturi kien ta’ Ewro 3,274,480.00 fis-sena 2014 filwaqt li fis-sena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala refund ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u l-aħħar ta’ Diċembru 2004. Dawn ingħataw l-ammont ta’ Ewro 2,315,847.57
Transport Malta għandha wkoll allokat baġit ta' €4.3 miljun għall-għotjiet li ser jitħallsu fil-2016 għal sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fil-2005. Bħalissa l-Awtorita’ qiegħda tilqa’ l-applikazzjonjiet għal dawk is-sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fl-2005
L-ammont ta’ persuni li mistennija jibbenefikaw minn din l-iskema jkun magħruf fis-sena 2019 meta jiġu eżawriti l-iskemi kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imposti multi mill-Qorti tal-Appell Kriminali minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm minnhom tħallsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti tal-Appell Kriminali, Malta minn Marzu 2013 sallum ġew imposti is-segwenti multi:
1/3/2013 – 31/12/2013 kien hemm 191 multi imposti li minnhom tħallsu 168
Matul is-sena 2014 kien hemm 199 multi imposti li minnhom tħallsu 152
Matul is-sena 2015 kien hemm 133 multi impost li minnhom tħallsu 65
1/1/2016 – 30/6/2016 kien hemm 102 multi imposti li minnhom tħallsu 27
Fil-Qorti tal-Appell Kriminali (Inferjuri) Għawdex minn Marzu 2013 sallum ġew imposti is-segwenti multi:
1/3/2013 – 31/12/2013 kien hemm 7 multi imposti li minnhom tħallsu 6
Matul is-sena 2014 kien hemm 21 multi imposti li minnhom tħallsu 16
Matul is-sena 2015 kien hemm 14 multi impost li minnhom tħallsu 10
1/1/2016 – 30/6/2016 kien hemm 3 multi imposti li minnhom tħallset 1
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru (separatament) ta’ persuni li d-dħul tagħhom ma kienx jaqbeż l-€10,000, l-€20,000, it-€30,000 u aktar minn €40,000 fis-sena bażi 2012 (sena stima 2013)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ individwi li għas-sena bażi 2012 (sena ta’ stima 2013) ddikjaraw dħul skont il-faxxa indikata huma kif murija fit-tabella hawn taħt. Din l-istatistika hija bbażata fuq is-suppożizzjonijiet segwenti:
· Individwi li huma miżżewġa huma murija separatament.
· Individwili li kienu mitluba jibgħatu l-formula u għadhom ma bagħtuhiex mhux inklużi.
· Individwi li ma kellhom l-ebda dħul minn emolumenti u negozju mhux inklużi.
· Dħul li huwa suġġett għall-taxxa finali bħal impjieg part-time, part-time xogħol għall-rasek, interessi, dividendi u kirjiet residenzjali mhux inkluż.
· F’każ ta’ koppja miżżewġa kull dħul ieħor oltre dhul minn emolumenti u negozju huwa miżjud mal-individwu bl-akbar dħul.
Dħul
Numru ta' Individwi
€1 - €10,000
109,518
€10,001 - €20,000
106,044
€20,001 - €30,000
37,244
€30,001 - €40,000
10,340
Aktar minn €40,000
9,013
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ ta’ nisa fil-Forzi Armati ta’ Malta meta kkumparat mal-membri kollha tal-Forzi Armati bħalissa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persentaġġ ta’ nisa fil-Forzi Armati ta’ Malta meta kkumparat mal-membri kollha tal-Forzi Armati bħalissa, huwa ta 5%.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm gwardjani tal-ħabs? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-gwardjani tal-ħabs huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Gunju 2016, kien hemm total ta’ 225 gwardjan fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Minn dawn 192 huma rġiel u 33 huma nisa.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq bini jew tiswijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.