Legislature:
Category:
Reset
Active:

Housing – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ housing ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Housing – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ xebba li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna msemmija m’għandiex applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti mal-Awtorità tad-Djar. Għaldaqshekk hija mħeġġa tirrikorri fis-sezzjoni tal-Customer Care tal-Awtorità sabiex temenda l-applikazzjoni tagħha mill-post preżenti.

Il-Mellieħa – Triq il-Qortin – xogħlijiet ta’ tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta’ għoti tat-tarmak fi Triq il-Qortin fil-Mellieħa liema xogħol kien tpoġġa fost it-toroq li kellhom jingħataw prijorità mill-amministrazzjoni preċedenti tant li fl-2012 kien diġà nbeda l-proċess għat-tenders?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22157.

Il-Mellieħa – Triq Għar u Casa – xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jinbeda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid u ta’ għoti tat-tarmak fi Triq Għar u Casa fil-Mellieħa, liema triq kienet diġà tpoġġiet fuq il-lista tat-toroq prijorità li kienet ħarġet Transport Malta fl-2012?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21209.

Il-Mellieħa – Triq Louis Wettinger u Triq ta’ Masrija — inkonvenjent

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat imqar temporanjament l-inkonvenjent li qed isofru minnu numru ta' residenti li jgħixu fi trejqa (mingħajr isem) li tinsab bejn Triq Louis Wettinger u Triq ta' Masrija fil-Mellieħa billi jekk mhux possibbli li tingħata wiċċ bit-tarmak f'dan l-istadju, tal-inqas jingħata ftit jardi konkos b'mod temporanju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkonferma jekk hux qed jirreferi għal Triq ir-Riħan. Jekk fl-affermattiv, ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi taghhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist. Jekk din mhiex it-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant nitolbuh jippreżenta site plan ħalli nkunu ċerti dwar liema triq qiegħed jirreferi.

Il-Mellieħa – Triq il-Kbira – Rumble Strips

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-rumble strips li saru fl-aħħar ġimgħat fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa sarux bl-approvazzjoni ta' Transport Malta? Jista’ jgħid jekk Transport Malta hijiex konxja mill-periklu li qed jesperjenzaw is-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn din it-triq traffikuża minħabba l-istess rumble strips?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Kbira fil-Mellieħa għandha limitu ta’ veloċita’ ta’ 35km/h. Minħabba li dan il-limitu ta’ veloċità ma kienx qed jiġi rispettat u anki seħħew diversi inċidenti f’din it-triq, il-Kunsill Lokali talab li jsiru rumble strips li ġew approvati minn Transport Malta. L-Awtorità hija nfurmata li dawn l-istess rumble strips saru skont l-istandards applikabli.

Iċ-Ċirkewwa – sinjali tat-traffiku — modifikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew jew jiġu modifikati numru ta' sinjali tat-traffiku kontradittorji li jinsabu fiċ-Ċirkewwa fil-parti fejn hemm il-parkeġġ biswit it-terminal tal-Gozo Channel, liema sinjali qed jisgwidaw lis-sewwieqa li jkunu se jagħmlu użu minn spazju suppost riservat għall-parkeġġ (No Entry fuq barra u ġewwa l-art indikata bi spazji sabiex jiġi pparkjati l-karozzi)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ parkeġġi ħdejn it-terminal taċ-Ċirkewwa. L-ewwel parkeġġ huwa ndikat bħala No Entry ħlief għal vetturi tat-trasport pubbliku u vetturi tal-blue badge holders. Għaldaqsant, il-kaxxi tal-parkeġġ li hemm f’din iż-żona huma ta’ daqs partikolari u adattati għall-karozzi tal-linja, coaches, mini buses u vetturi tal-blue badge holders. Hija ċara li vetturi oħra m’għandhomx jidħlu f’din iż-żona. It-tieni parkeġġ biswit it-terminal huwa wieħed pubbliku u dak prinċipali. L-entratura għal dan il-parkeġġ huwa mit-triq fuq ix-xellug fid-daħla tal-port (qrib il-lukanda) kif indikat mit-tabelli. Il-ħruġ minn dan il-parkeġġ għandu wkoll tabella No Entry fuq barra. Għaldaqstant, min irid jidħol iċ-Ċirkewwa biex jipparkja għandu jieħu din it-triq fuq ix-xellug għax m’hemmx aċċess ieħor għal dan il-parkeġġ. Meta wieħed jidħol minn hawn, għandu wkoll aċċess għal partijiet l-oħra tat-terminal, fosthom iż-żewġ parkeġġi sekondarji, dik ta’ ħdejn l-għassa tal-pulizija u dik ta’ ħdejn il-moll ta’ Kemmuna. Is-sewwieqa għandhom jobdu is-sinjali kif indikati mit-tabelli.
Leg 12 PQ #26482 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Annimali mħarsa bil-Konvenzjoni CITES

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speċi ta’ annimali mħarsa bil-Konvenzjoni CITES inqabdu mid-Dwana bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-1 ta’ Mejju 2016? X’tip ta’ annimali kienu? X’valur kellhom fis-suq? U fejn ġew interċettati mid-Dwana u x’nazzjonalità kellhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #26483 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Membri tad-Dwana – taħriġ dwar liġijiet u investigazzjonijiet mas-CITES

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħata lill-membri tad-Dwana dwar liġijiet u investigazzjonijiet in konnessjoni mal-Konvenzjoni CITES bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-1 ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċjali tal-Ambjent imħarrġa fuq il-konvenzjoni CITES

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-Ambjent imħarrġa fuq il-konvenzjoni CITES, sena b’sena mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-1 ta’ Mejju 2016? X’taħriġ ingħataw kull sena u x’investiment sar f’dan it-taħriġ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella A u Tabella B bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinkludu l-uffiċjali li kienu mħarrġa fuq is-suġġett. Taħriġ ieħor ingħata primarjament lill-uffiċjali, speċjalment lil dawk ġodda, minn kollegi b’iktar esperjenza b’mod kontinwu wkoll. Lejn l-aħħar tal-2015, kienet reklutata wkoll uffiċjal b’Masters Degree speċifikament fuq il-konvenzjoni CITES.

MCCAA – żieda fit-tariffi għat-trasport tat-tfal tal-iskola

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26159 u peress li kien hemm numru mhux ħażin ta’ ġenituri li lmentaw dwar iż-żieda qawwija fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tgħid meta se tiġi konkluża l-investigazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Informata li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għaddej bl-investigazzjoni dwar il-każ. Filwaqt li l-Uffiċċju qiegħed jagħti prijorità lil din l-investigazzjoni, f’dan l-istadju ma tistax tingħata data definittiva meta l-investigazzjonijiet se jiġu konklużi.

PBS — trasmissjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26161 jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xandir tal-Isports Forum fuq TVM 2 kienx kopert bħal Public Service Obligation? Peress li l-Ministru wieġeb li dan l-avveniment kien kopert minn ftehim kummerċjali, jista’ l-Ministru jispjega aħjar x’kien hemm kummerċjali fix-xandir ta’ trasmissjoni ta’ diskussjoni pubblika bħal din?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tekniċi marbuta mal-filming ta’ dan l-avveniment li sar fuq jumejn, ġew koperti minn Sport Malta.

Każ ta’ housing – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija m’għandux applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti mal-Awtorità tad-Djar. Għaldaqshekk, huwa mħeġġeġ jirrikorri fis-sezzjoni tal-Customer Care sabiex ikun jista’ japplika mil-ġdid jekk huwa konformi mal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
Leg 12 PQ #26488 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26048, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li abbażi tagħhom ingħataw il-konsulenzi msemmija?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26048, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li abbażi tagħhom ingħataw il-konsulenzi msemmija?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26490 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta – EU Information Centre – ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26050, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li saru fil-gazzetti f'kull każ? Jista' jgħid kemm applikaw nies fil-każ ta' kull sejħa?

Response (VELLA, GEORGE)

Tingħata risposta f'seduta oħra.

Malta – EU Information Centre – ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26050, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li saru fil-gazzetti f'kull każ? Tista' tgħid kemm applikaw nies fil-każ ta' kull sejħa?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ċittadinanza — Każ ta' Persuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26353 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ ċittadinanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. Għaldaqstant l-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.

Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26391 u 26213 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.