Ta’ Xbiex – rotot tat-trasport pubbliku affettwati bit-tibdil tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-bidliet fis-sistema tat-traffiku f'Ta' Xbiex kenux affettwati xi rotot tat-trasport pubbliku? Liema kienu dawn ir-rotot u kif kienu affettwati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-tibdil temporanju li sar fis-sistema tat-traffiku f’Ta’ Xbiex ġiet affettwata r-rotta 15 direzzjoni lejn tas-Sliema. Infurmat ukoll li din ir-rotta minflok qed tgħaddi minn Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex issa qed tgħaddi minn Triq Abate Rigord. Dan it-tibdil sar wara konsultazzjoni, fosthom mal-Kunsill Lokali.
Kappara Junction – tibdil fis-sistemi tat-traffiku fiż-żona ta’ Ħal Għargħur
Question
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta' Ħal Għargħur b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25865, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn ir-reati huma rrapportati li twettqu fuq anzjani?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-każi ta’ serq msemmija 1, 595 każ ġew irreġistrati persuni b’età ta’ sittin sena jew aktar bħala vittma. Infurmat illi dan ma jfissirx li dawn il-persuni kienu kollha fil-mira diretta ta’ l-aggressur, peress li whud mir-rapporti rreġistrati kienu jinkludu aktar vittmi ta’ persuni b’etajiet diversi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena humiex se jerġgħu jiġu organizzati lezzjonijiet tal-privat b’xejn matul is-sajf, għar-resits fuq is-suġġetti ta’ O’Levels tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Fiżika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena se jerġgħu jiġu organizzati lezzjonijiet tal-privat b’xejn matul is-sajf, għar-resits fuq is-suġġetti ta’ O’Levels tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Fiżika.
Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 25915.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li f’din il-leġiżlatura tilfu l-impjieg tagħhom għax twaqqfu mix-xogħol jew għaliex l-entità li magħha kienu jaħdmu għalqet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta mitluba ma tagħtix stampa ċara tas-sitwazzjoni tal-impjiegi f’pajjiżna. Filfatt infurmat li, għalkemm minn Marzu 2013 sal-lum in-numru ta’ persuni li l-impjieg tagħhom jew twaqqaf jew għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq huwa ta’ 11,941 persuna, sa Novembru 2015 meta mqabbel ma’ Diċembru 2013 kien hemm żieda ta’ 14,071 impjieg full-time u 3,533 impjieg part-time. Dan kif muri fl-istatistika li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19515.
Persuni neqsin mid-dawl – tibdil fil-votazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk kemm-il darba huwiex previst li jiġu mressqa tibdiliet legali u amministrattivi sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali u lokali b’metodi iktar moderni milli għandhom preżentement?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21766, jista’ l-Ministru jara jekk rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Ambjent jistgħux jmorru fuq il-post sabiex jikkonstataw is-sitwazzjoni tas-siġar li hemm fil-bidu ta’ Vjal Sir Paul Boffa Raħal Ġdid billi jidher li dawn kibru ħafna u jistgħu jiġu miżbura aħjar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21766. Inżid ngħid li l-Ministeru ħa nota ta’ din il-Mistoqsija u bħala l-Ministru responsabbli mill-ambjent, ser insegwi l-ilment mal-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26184, jista' l-Ministru jaċċerta li tinstab soluzzjoni immedjata għall-problema ta' klieb li qed jitħallew fil-garaxx tal-Catamaran (l-isem tal-operatur qed jingħata separatament) li jaħdem bejn Malta u Sqallija, minħabba l-fatt li aktar kemm tisħon il-klima, aktar qed jikber ir-riskju tal-klieb li qed jiġu ordnati b'mod abbużiv li jibqgħu fil-karozzi fil-garaxx b'riskju ta' heat stroke li tista' tkun fatali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Kap 439 tal-Liġijiet ta’ Malta dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali jimponi lill-operatur sabiex jevita kull forma ta’ periklu li jista’ b’xi mod joħloq tbatija bla bżonn lill-annimal. Il-liġi tgħid ċar ukoll, li sidien li jkunu qed iġorru magħhom pets huma wkoll responsabbli li jaċċertaw li l-annimali tagħhom huma b’saħħithom biżżejjed biex jivjaġġaw u li jekk dawn jitħallew ġol-karozza għandhom jiżguraw li għandhom ċirkolazzjoni tal-arja. Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja qiegħed jissuġġerixxi modi sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tat-trasport fil-waqt li jevalwa u jinvestiga każijiet fejn dan ma’ jseħx għad-detriment tal-annimali.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li fadal isir fit-telgħa tal-Wardija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, jitkompla, għaliex minkejja li tneħħa parti mill-periklu, xorta għad fadal bosta diffikultajiet għal dawk li jgħaddu minn dawn l-inħawi? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol indikat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda fil-preparazzjoni biex tlesti l-parti tat-triq li ntervjeniet fuqha. Nfakkar lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26228, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma, s’issa, f'Malta u f'Għawdex, iż-żoni li l-Kummissarju tal-Pulizija, s’issa indika bħala clamping zones, skont Avviż Legali 65.13?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn naħa tal-Pulizija ma kienx hemm avviżi maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija li kienu jindikaw xi postijiet bħala clamping zones, skont Avviż Legali 65.13.
Water Services Corporation – konnessjoni tad-drenaġġ
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26245, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ifissirx li xogħlijiet oħra li saru fuq is-sistema ta’ house connections ta’ drenaġġ, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, u li mhumiex fil-lista indikata, fil-fatt jekk sarux mingħajr ma kienet infurmata l-Water Services Corporation? Billi fir-risposta jingħad li x-xogħol indikat sar skont il-proċeduri, jista’ jitlob li jerġgħu isiru spezzjonijiet fuq il-post biex jiġi aċċertat li x-xogħol għadu kif suppost?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-lista msemmija turi dawk it-taqbidiet li saru għal drainage house connections ġo San Pawl il-Baħar u li għalihom intalab permess minn Transport Malta. F’dawn ix-xogħlijiet ġew osservati l-proċeduri kollha, l-ispezzjonijiet ġew esegwiti u taqbidiet ġew mirduma. Jekk hemm xi taqbidiet oħra li saru mingħajr il-permess, il-Korporazzjoni m’hijiex infurmata dwarhom.
L-ispezzjonijiet mitluba jistgħu jinvolvu l-qlugħ tal-wiċċ tat-toroq. Għalhekk, nitob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu informazzjoni speċifika fejn ix-xogħlijiet setgħu ma leħqux il-livell meħtieġa, nitolbu jgħaddilna l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa jiġu stallati faċilitajiet ta’ Wi-Fi, b’mod partikolari biex l-anzjani residenti f’dan il-post ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu? Jekk tali possibbilità ġiet studjata, jista’ jagħti tagħrif dwar liema huma d-djar oħra tal-anzjani li għandhom faċilitajiet ta’ Wi-Fi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità diġà ħa l-passi meħtieġa biex fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa jiġu nstallati faċilitajiet ta’ Wi-Fi, b’mod partikolari biex l-anzjani residenti f’dan il-post ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu.
Id-djar l-oħra tal-anzjani tal-gvern li fihom ġew nstallati faċilitajiet ta’ Wi-Fi huma dawk tal-Mosta, Msida, Floriana, Bormla, Żejtun, Mtarfa u l-Isptar Residenzjali Zammit Clapp.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-kampanja (f'żoni rurali) saru mill-Ministeru (permezz ta' Transport Malta), matul l-aħħar tnax-il xahar? Kemm swew dawn it-toroq, lokalità lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista ta’ toroq rurali li tlestew minn Transport Malta f’dawn l-aħħar tnax- il xahar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika — rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ministeru wettaq mir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-aħħar rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn naħa tal-Pulizija ir-rakkomandazzjonijiet li sarulhom mill-aħħar rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ġew mwettaqa. Infurmat illi f’dawn l-aħħar xhur membri tal-korp mid-diversi distretti u sezzjonijiet bdew jingħataw taħriġ speċjalizzat fl-akkademja tal-pulizija bl-iskop li jtejbu id-doveri tagħhom lejn il-vittmi ta’ vjolenza domestika kif ukoll iċ-ċittadin in ġenerali. Dan it-taħriġ ser jitkompla fix-xhur li ġejjin. Barra minn dan il-pulizija tejbet il-kooperazzjoni tagħha mal-Aġenziji li xogħolhom hu li jagħtu servizz ulterjuri lil dawn il-vittmi. Saru wkoll arranġamenti ta’ skorta’ għal dawn il-vittmi, skond il-ħtieġa, b’arranġamenti mal-Aġenzija Appoġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm telefonati tal-Helpline 179 għall-għajnuna s-sena l-oħra u kemm minn dawn it-telefonati kienu dwar problemi ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2015, is-servizz ta' Supportline 179 ircieva 13,541 telefonata, li minnhom kien hemm 10,262 li kienu telefonati ġenwini. Minn dawn it-telefonati ġenwini kien hemm 902-il telefonata rigward problemi ta' saħħa mentali u 193- il telefonata relatati ma persuni ili jbatu minn dipressjoni. Kien hemm ukoll 1233–il telefonata ta’ persuni li jbatu minnsolitudni, li fil-maġġoranza tagħhom huma wkoll persuni illi jbatu minn problemi ta' saħħa mentali, li jċemplu fuq Supportline 179 sabiex isibu wens matul l-ġurnata tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta’ separazzjonijiet reġistrata kuljum f’pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-medja ta’ separazzjonijiet reġistrati kuljum f’pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin huwa ta’ żewġ separazzonijiet kuljum. Qed jigi hawn taħt riprodotta l-istatistika ta’ separazzjonijiet awtorizzati mill-Qorti Ċivili -Malta (Sezzjoni tal-Familja):
Sena
2011
2012
2013
2014
2015
Numru ta’ separazzjonijiet li ingħalqu bonarjament
617
663
727
777
860
Numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni deċiżi
87
50
63
56
51
Total
704
713
790
833
911
Medja ta’ separazzjonijiet reġistrati kuljum
2
2
2
2
2
Qorti ta’ Għawdex
Sena
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016 (sat-30 ta’ Ġunju)
Numru ta’ separazzjonijiet li ingħalqu bonarjament
90
55
55
56
59
63
27
Numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni deċiżi
7
10
2
0
1
1
2
Total
97
65
57
56
60
64
29
Medja ta’ separazzjonijiet reġistrati KULL XAHAR*
8
5
5
5
5
5
5
*il-medja qed tiġi ikkalkulata fuq perjodu ta’ xahar u b’figura arrotondata. Altrimenti biex tinħadem skont kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari kien se jiġi frazzjoni li allura ma tagħmilx sens.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet aġġudikata t-tender tas-sistema IBGL fil-Bank Ċentrali ta’ Malta? Meta kienet ħarġet is-sejħa u kemm kien hemm offerti jew espressjoni ta’ interess? Jista’ jgħid x’inhu l-iskop ta’ din is-sistema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender ta’ l-IBGL gie ppublikat f’Novembru, 2012 u l-Bank Ċentrali kien irċieva 13-il offerta. Fl-2013, erba’ offerti kienu ġew short-listed u dawn l-offerenti ġew mitluba sabiex jagħtu aktar dettalji dwar l-offerti li ssottomettew, inkluż walkthrough tas-sistemi li kienu qegħdin joffru. It-tender ġie aġġudikat f’Jannar, 2016 u l-kuntratt finalizzat f’Mejju, 2016.
L-iskop tat-tender huwa sabiex il-Bank Ċentrali jimplementa sistema informatika integrata li tkopri r-
Retail Banking and Payments, Investments, Treasury, Portfolio Management, General Ledger u Accounting.
Sptar Mater Dei – pazjenti bid-dijabete — retinal photography
Question
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn pazjenti li jattendu fil-klinika ta’ dijabete tal-Isptar Mater Dei, ma ssirilhomx retinal photography filwaqt li meta jattendu fil-Health Centres issirilhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-facilitajiet tar-retinal photography jinsabu għall-użu kliniku kemm f’numru ta’ Ċentri tas-Saħħa kif ukoll fl-Isptar Mater Dei.
Kap 409 tal-Liġijiet ta’ Malta – Artiklu 31 — implimentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta għandu l-intenzjoni li jġib fis-seħħ is-subartikoli (2) u (3) tal-Artiklu 31 tal-Kap 409 tal-Liġijiet ta' Malta biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili għal dak li kellna ftit taż-żmien ilu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din l-aħħar sena, il-Ministeru hadem flimkien mal-FATTA, li tirrappreżenta s-settur ta’ agenti tal-ivvjaġġar relevanti, biex jitfassal qafas biex jigi stabbilit Insolvency fund mill-organizzaturi ta’ package travel, kif definit mid-direttiva rispettiva tal-Unjoni Ewropea.
L-avviż legali għat-twettieq ta’ dan il-fond għandu jigi ppubblikat f’Lulju li ġej. Dan l-
insolvency fund
se jipprovdi sigurtà għar-rifużjoni tal-ħlasijiet kollha magħmula minn jew f'isem vjaġġaturi, għall-vjaġġar jew servizzi bbukjati bil-quddiem, f’każ ta’ falliment tal-organizzatur, kif ukoll se jagħmel tajjeb għar-ripatrijazzjoni ta’ dawk il-vjaġġaturi li jinqabdu barra f’ċirkustanzi bħal dawn.
Nixtieq nigbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant, li it-tnedija ta’ dan il-fond ilu pendenti minn ta’ lanqas għaxar snin, minn amministrazzjonijiet precedenti.