Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm mija u tmenin (180) membru tal-Protezzjoni Ċivili. Minn dawn il-persuni tlieta huma nisa.
Mal-Protezzjoni Ċivili bħalissa hemm tmienja u disgħin (98) voluntier u tmienja (8) minnhom huma nisa.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – droga/sustanza misjuba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum kemm-il darba nstabet droga/sustanza pprojbita ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid f’kull każ x’passi ttieħdu biex jiġi stabbilit kif din id-droga/sustanza pprojbita daħlet ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi ta’ xi forma jew oħra fil-konfront ta’ priġunieri li nstabu fil-pussess tal-istess droga/sustanza pprojbita? Jekk fl-affermattiv jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li ttieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum kien hemm 15-il sejba ta’ sustanza suspettuża li hija pprojbita u li nstabet ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew waqt li qiegħda tiddaħħal fil-Faċilità. Kull kaz ġie riferut lill-Pulizija għall-analizi tas-sustanza u fejn irriżulta li din kienet droga jew sustanza pprojbità, l-Pulizija tieħu l-passi dixxiplinari kontrihom skont il-kaz rispettiv.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq bini jew tiswijiet ta’ bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' April 1999 u u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Fondi allokati għall-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet relatati ma’ road maintenance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi allokati b’mod totali għall-Kunsilli Lokali, għal xogħlijiet relatati ma’ road maintenance mis-sena 2010 ‘l hawn, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm matul l-istess perjodu, fil-fatt kienet in-nefqa b’mod totali fuq road maintenance mill-Kunsilli Lokali, sena b’sena b’mod separat?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikultà biex il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea li hemm imberflin u mqatta’ quddiem il-Gozo Craft Village f'Ta' Dbiegi jinbidlu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru ikkoncernat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ fuq post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li wara li sar il-lift, il-kuntrattur ħalla xi xogħol nieqes u qed joħorġu ħafna ġrieden?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-lift fil-blokka msemmija minnu, kien ġie stallat mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2002; jiġifieri dan il-lift ingħata lill-Assoċjazzjoni tar-Residenti 14–il sena ilu. Skont il-ftehim u l-kundizzjonijiet tal-iskema, l-Assoċjazzjoni tar-Residenti kienet u għadha responsabbli biex tagħmel il-manutenzjoni meħtieġa fil-lift kif ukoll fil-partijiet komuni tal-blokka.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26340, 26341, 26342 u 26343 u fid-dawl tal-informazzjoni żvelata mill-gazzetta “The Sunday Times of Malta” tas-26 ta’ Ġunju 2016, ma jaħsibx il-Ministru li jkun iktar għaqli li jippubblika l-kuntratti u kull ftehim ieħor mill-aktar fis possibbli milli jistenna sa Novembru 2016 u b’hekk ikun qed iserraħ ras il-poplu u ma jkomplux jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet fuq dan il-ftehim?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26190, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-investitur għandux id-dritt li jagħżel jew le, jekk iġeddidx tali ftehim minn 30 sena għal 99 sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Services Concession Agreement huwa għall-perjodu ta’ 30 sena.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26339, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ħaddiema għadhom ma ngħatawx tali informazzjoni bil-miktub?
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26345, 26346, 26347 u 26348, ma jaħsibx il-Ministru li r-rwol ta’ CEO fl-Isptar Karin Grech immexxi mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se jkollu kunflitt ta’ interess meta jiddeċiedi liema pazjenti se jkunu jistgħu jiġu rilaxxati mill-Isptar Mater Dei biex imorru fl-Isptar Karin Grech u servizzi oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ pazjenti li se jkunu jistgħu jiġu rilaxxati mill-Isptar Mater Dei biex imorru fl-Isptar Karin Grech ħa jibqa kif inhu llum.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26344, jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim finanzjarju hemm bejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment u l-Gvern Malti biex is-servizz tal-physiotherapy pool jibqa b’xejn għall-pazjenti tal-Parkinson’s mill-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-hydrotherapy pool għall-pazjenti Maltin u Għawdxin se jkun mingħajr ħlas kif stabbilit fil-Health Services Delivery Agreement bejn il-Gvern u l-kumpanija msemmija minnha.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26200, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn konsulenti sabiex pazjenti jieħdu t-trattament bil-Mitomycin u mhux bil-BCG?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26200 filwaqt li ninfurmha ukoll li beda l-process biex il-Mitomycin jiżdied mal-mediċini disponibbli għat-trattament tal-kanċer.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se titkompla l-bankina fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur peress li x-xogħol li nbeda ftit tax-xhur ilu, issa ilu ġimgħat wieqaf u hemm periklu serju għal min juża din il-bankina?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet se jitkomplew din il-ġimgħa.
Bank Ċentrali ta’ Malta – investigazzjoni mill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, meta impjegat tal-Bank Ċentrali ta' Malta jkun investigat mill-Pulizija jew minn xi enti oħra, ikunx sospiż sakemm titlesta l-investigazzjoni? Dan ikun japplika sew għal minor staff kif ukoll għas-senior management?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onoreveoli Interpellant illi l-eventwalita’ imsemmija hija regolata għall-ħaddiema tal-Bank Ċentrali b’klawsola 24 tal-Ftehim Kollettiv li parti minnha tgħid hekk:
“…. An employee whose conduct appears to require investigation may be suspended from the service by an officer designated for this purpose by the Bank, and salary may be partly withheld during such suspension. Not more than half the employee’s salary shall be withheld and the suspension period shall not exceed six (6) months, unless otherwise agreed by both parties in the best interest of justice. Where criminal proceedings are initiated against an employee, the employee would be subject to suspension in the same way until the case is decided by the Law Courts….”
San Ġwann – residenti – informazzjoni dwar bdil fis-sistema tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti tat-toroq li ntlaqtu direttament bil-bidliet fis-sistemi tat-traffiku li saru fi tmiem il-ġimgħa f'San Ġwann, kenux ġew infurmati b’dawn il-bidliet? Meta ġew infurmati u kif ġew infurmati? Jekk le, meta se jkunu infurmati bil-bidliet li saru u bl-impatt tal-bidliet? Jista' jgħid jekk jemminx li tal-anqas għandha ssir laqgħa ma' dawn ir-residenti biex jekk il-Gvern ma jemminx f'konsultazzjoni fuq tali bidliet, tal-anqas jikkomuniku u jispjega lir-residenti x'qed isir, l-impatt tax-xogħol u x'mistennija jkunu r-riżultati?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
San Ġwann – użu ta’ toroq residenzjali għad-devjazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern u Transport Malta qed jagħżlu li jużaw toroq residenzjali biex jiddevjaw minnhom it-traffiku li s-soltu jgħaddi minn toroq arterjali bħalma ġara ftit tal-ġimgħat ilu f'Ta' Xbiex u issa qed jiġri l-istess f'San Ġwann?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
San Ġwann – impatt fuq il-kummerċ u l-komunità kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt fuq il-kummerċ u l-komunità kummerċjali f'San Ġwann bil-bidliet li saru fis-sistema tat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
San Ġwann – konsultazzjoni mal-operaturi kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx xi forma ta' konsultazzjoni jew tal-anqas ingħatat xi informazzjoni lill-operaturi kummerċjali f'San Ġwann dwar l-impatt tal-bidliet li sar fis-sistema tat-traffiku jew tal-anqas informazzjoni bażika ta' kif dawn il-bidliet se jseħħu biex ikunu informati huma u min-naħa tagħhom jagħrfu jinfurmaw u jiggwidaw lill-klijenti tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.