Kappara Junction – tibdil fis-sistema tat-traffiku f’San Ġiljan
Question
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta’ San Ġiljan b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Tista’ l-Ministru tgħid preżentement x’qed isir fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid? Tista’ tgħid għalfejn dan il-proġett jinsab wieqaf bħalissa?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-proġett ta’ Raħal l-Gdid mhux wieqaf u għaddej kif ippjanat. Il-progett tar-rigenerazzjoni Piazza Antoine De Paule imfassal fi tlett stadji.
L-ewwel stadju fejn inqalgħu ammont ta’ sigar taħt supervizjoni sħiħa bi qbil mal-NGO’s u Ambjentalisti tlesta f’Jannar li għadda.
Bħalissa għaddej ix-xogħol preparattiv relatat mat-tieni u t-tielet stadju li għandu jara t-twettiq ta’ dan il-proġett għal benefiċċju tar-residenti ta’ Raħal l-Ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il seduta nżammet s’issa mit-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna jew kumpanija tressqu quddiem dan it-Tribunal u kemm minnhom ġew blacklisted? Min huma dawn il-persuni jew kumpaniji li ġew blacklisted?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Tribunal għas-Sanzjonijiet żamm għaxar seduti minn mindu ġie appuntat fil-31 ta Mejju 2015.
S’issa ma ġie mressaq ebda każ quddiem dan it-Tribunal.
Jista’ l-Ministru jindika x’inhi l-politika preżenti fis-settur pubbliku fir-rigward ta’ ħaddiema li jagħżlu li jagħmlu perjodu ta’ żmien fuq servizz fil-volontarjat barra minn Malta? Jista’ jindika billi possibbilment jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-referenza speċifika? Jista’ jindika kemm kienu l-applikanti għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 u f’liema pajjiż marru kif ukoll jgħid kemm-il applikazzjoni ġew rifjutati għas-snin imsemmija u fuq liema bażi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il razzett liċenzjat għat-trobbija tal-baqar hawn f’dawn l-gżejjer li preżentement qegħdin fl-abitat? Jista’ jindika kemm-il-wieħed se jiġi mċaqlaq mill-abitat? Jista’ jindika wkoll kemm-il razzett hemm ġewwa l-Fgura, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal-Għaxaq, Wied il-Għajn u ż-Żejtun?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ rziezet liċenzjati għat-trobbija tal-baqar, li preżentament jinsabu fl-abitat (jew fil-viċin tal-abitat) u li għandhom il-ħtieġa li jiġu rilokati huma 4. Dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Tarxien, Birgu, Għaxaq u Msida. Hemm razzett ieħor, li jinsab ġewwa l-Fortizza f’Ħaż-Żabbar (mhux fl-abitat), li hemm bżonn li jiġi rilokat ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex diġà, jew għandhiex il-ħsieb li tixtri clamping devices biex tkun tista’ tikklampja karozzi li ma jkunux ipparkjati sew? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk illum Transport Malta għandhiex spazji fejn tpoġġi karozzi li jinġabru? Fejn jinsabu dawn l-ispazji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda fil-proċess biex takkwista clamping devices kif ukoll qiegħda taġġorna avviż legali sabiex l-uffiċjali tal-infurzar ikunu jistgħu jagħmlu dan l-eżerċizzju tant bżonnjuż.
L-Awtorita’ qiegħda fil-mument tuża s-sit tagħha f'Pembroke sabiex iżżomm vetturi li jkunu ġew maqbuda filwaqt li nħarġet ukoll sejħa għall-offerti biex takkwista sit magħluq li jkun sorveljat anke minn CCTV.
Jista’ l-Prim Ministru jinvestiga jekk fis-26 ta’ Ġunju, kienx hemm ħruġ ta' drenaġġ taħt il-pjazza ta' Buġibba li mar fil-baħar? Jekk iva, minn fejn oriġina u x'passi ttieħdu biex ma jibqax niżel?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korprazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li ma rċeviet l-ebda rapport li l-Ħadd 26 ta’ Ġunju ħareġ id-drenaġġ fil-pjazza ta’ Buġibba. Il-Korporazzjoni tieħu ħsieb li regolarment kull nhar ta’ Ħadd tmur tiċċekkja u tnaddaf is-sistema tad-drenaġġ fil-pjazza biex jiġi evitat xi blockage mix-xaħmijiet li jistgħu jiġu mormija ġos-sistema.
San Pawl il-Baħar – Kennedy Drive – mewt ta’ siġar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jittieħdu sabiex jiġi evitat il-mewt ta’ iktar siġar fl-inħawi ta’ Kennedy Drive San Pawl il-Baħar, u b'mod partikulari fi Triq il-Qawra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sit li qed issir referenza għalih (Kennedy Drive) m’hemmx siġar mejtin. Siġar taċ-ċipress (leylandi) li kienu mietu f’lokażjonijiet oħrajn ġewwa l-Park tas-Salina kienu ġew imneħħija. Dawk li kienu mardu kienu ġew imbexxa b’bexx li kien rakkomandat mid-Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti. Fil-fatt konna bexxejna lis-siġar (leylandi) kollha. Fil-post ta’ dawk is-siġar li mietu ħawwilna siġar tac-ċipress (Cupressus sempervirens). Mietu ¿ewġ siġriet fi Triq il-Qawra li, kif rakkomandat ukoll mid-Direttorat imsemmi qabel, ser jiġu maqlugħa u maħruqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' tarmak sar f'toroq fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar b'mod separat minn Transport Malta bejn Jannar 2014 u Mejju 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq Taraġ il-Landieri fil-Mellieħa, liema xogħol jaqa' taħt ir-responsabiltà ta' Transport Malta tant li anke fl-2012 uffiċjali tal-istess awtorità kienu għamlu spezzjoni fuq il-post? Jaf il-Ministru li bin-nuqqas ta' dan it-taraġ qed jikkawża inkonvenjent għal numru ta' residenti li jgħixu fil-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Taraġ il-Landiera tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Birkirkara, l-Imsida , Gżira , San Ġiljan, iż-Żurrieq, il-Kalkara, Ħal Luqa, Qormi u iż-Żejtun b'mod separat bejn l-1 ta' Novembru 2015 u l-20 ta' Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Il-Mellieħa – Pont tal-Mistra u telgħa ta’ Selmun – lampi/bozoz maqtugħin
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26400 rigward lampi/bozoz maqtugħin bejn il-Pont tal-Mistra u t-Telgħa ta' Selmun, peress li fis-26 ta' Ġunju ġew innutati tal-inqas sitt lampi/bozoz mitfija fit-triq indikata, jista' l-Prim Ministru jagħti struzzjonijiet ċari lill-Enemalta PLC li tagħmel xogħolha u tagħmel it-tiswijiet meħtieġa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta ngħatat it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 26400, hekk kif indikat f’din l-istess tweġiba, Enemalta plc kienet għadha kif irċeviet talba għal tiswijiet ta’ uħud minn dawn l-bozoz. It-tiswijiet fuq il-bozoz irrapurtati saru fl-10 ta’ Ġunju. Wara li ngħatat din it-tweġiba, u qabel ma waslet din il-Mistoqsija Parlamentari (26492), il-Kumpanija rċeviet rapporti oħrajn ta’ xi lampi oħrajn f’din l-istess triq li ma kienux qed jixgħelu. Fit-28 u fit-30 ta’ Ġunju it-tekniċi tal-Kumpanija kienu fuq il-post biex isiru t-tiswijiet mill-ġdid.
Wara dawn it-tiswijiet, il-Kumpanija wettqet spezzjoni tat-triq kollha kemm hi fil-lejl tal-1 ta’ Lulju 2016 biex jiġi żgurat li d-dwal qed jixgħelu kif meħtieġ. Fil-jiem li ġejjin ser isir aktar xogħol ta’ tisħiħ u manutenzjoni biex ikompli jitnaqqas ir-riskju ta’ ħsarat fis-sistema tad-dwal f’din it-triq.
Enemalta plc tixtieq tiċċara li s-sistema tad-dwal tat-triq imsemmija, minħabba li ilha installata snin twal, hija aktar vulnerabbli għall-ħsarat naturali minn kemm normalment tkun sistema ta’ dan it-tip.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25848, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu rigward bdil ta’ post peress li għadu mingħajr risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sallum, l-Awtorita’ tad-Djar għadha ma identifikatx tibdil adegwat għan-neċessitajiet tal-persuni li d-dettalji dwarhom qegħdin jingħataw separatament.
San Pawl il-Baħar – inħawi tal-Veċċja – ħruġ ta’ rwejjaħ tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi investigat il-ħruġ ta' rwejjaħ tad drenaġġ li qed ikun hemm fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, u jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn jitwaqqfu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa fl-inħawi msemmija. Fil-każ li jirriżultaw xi rwejjaħ, il-manholes jiġu ssiġillati minnufih.
Transport Malta — clearances/permessi/go aheads/no objections - estensjonijiet ta' bankini
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux qed tagħti clearance/permessi/go ahead, no objection, jew xi forma oħra ta' indikazzjoni li l-istess Transport Malta mhix kontra li jsiru estensjonijiet tal-bankini biex fuqhom ikunu jistgħu jitqiegħdu siġġijiet u mwejjed, u dan skont xi policy li għandha l-istess Transport Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt Transport Malta biddlitx il-policy li kienet qed tapplika, f'każijiet bħal dawn? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt Transport Malta hux qed tagħti dawn il-konċessjonijiet mingħajr ma tikkonsulta mal-kunsilli lokali rispettivi? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tali konċessjonijiet li ħarġu, lokalità b'lokalità, f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar rispettivament, matul l-aħħar 12-il xahar, u wara li nbidlet il-policy dwar dan is-suġġett, jekk fil-fatt il-policy inbidlet? F'liema toroq jinsabu, f'kull każ fejn Transport Malta ma sabitx oġġezzjoni għal tali estensjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma toħroġx permessi għal talbiet ta’ mwejjed u siġġijiet. Tranport Malta toħroġ biss no objection għal dawn it-talbiet b’mod uffiċjali fuq is-sistema tal-Eapps tal-Planning Authority. Transport Malta tieħu id- deċiżjonijiet tagħha skont shared policy li ġiet mħabbra fil-media fit-13 ta’ Ġunju 2016 u timxi strettament mal-istess policy fejn jidħlu konsulenzi esterni. Għaldaqstant, għall-aħħar parti ta’ din il-mistoqsija, fejn qed jiġi mitlub kemm attwalment hawn permessi ta’ estensjonijiet ta’ mwejjed u siġġijiet u platforms, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26395, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-siti indikati fir-risposta li ġew spezzjonati skont l-artiklu tal-Liġi msemmi? F’liema każi ttieħdu l-passi neċessarji biex is-siti jiġu rranġati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmajt mill-Awtorità tal-Ippjanar illi uffiċjali tal-istess Awtorita spezzjonaw is-siti, hekk kif rikjest mill-artikolu 99 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (2016), u ttieħdu l-passi neċessarji skont it-tabella segwenti:
SITI LI ĠEW SPEZZJONATI SKONT L-ARTIKOLU 99 TAL-ATT DWAR L-IPPJANAR TAL-I¯VILUPP (2016)
Siti li ma kienx hemm ħtieġa ta' azzjoni skont l-Artikolu 99
CM/02646/15
Site at Triq is-Sagra Familja, Ħal Għaxaq
CM/01061/16
Site at Triq l-Iskal, Marsaskala
CM/00916/16
Site at Triq S. Mizzi, Birkirkara
CM/00750/16
Site at Triq Carmelo Sciberras, Mosta
CM/00985/16
Site at Triq il-Kappar, Mosta
CM/00918/16
Site at Triq Ħal Qormi, Birkirkara
Siti li kien hemm b¿onn tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 99 u nħar
eġ
avviż ta' infurzar
CM/01011/16
49, Triq il-Kbira, Mosta
Siti li kien hemm b¿onn tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 99 u sid l-art neħħa l-kawża tal-ħsara mingħajr ma kien hemm il-ħtieġa li joħroġ avviż ta' infurzar
CM/01244/16
Site at Triq G. Pullicino, Ħaż-Żebbuġ
CM/00696/16
21, Triq l-Aħwa Hyzler, Birkirkara
CM/00995/16
Plot 15, Triq il-Farkizzan, Industrial Estate, Mosta.
CM/01059/16
Site at Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar
CM/01050/16
Site at Triq it-Tamar, Qawra
CM/01363/16
Site at Triq il-Ġifen, San Pawl il-Baħar
CM/00386/16
Site at Triq Sant'Antnin Abbati, Mosta
Siti fejn l-Awtorità għadha qed tinvestiga
CM/00454/16
Site at Triq il-Gardiel, Marsaskala
CM/01103/16
Site at Triq Pietru Felice, Qormi
CM/01141/16
Site at Triq il-Labour/Ħal Ġwann, Żejtun
CM/00254/16
11, Triq it-Turretta, Kalkara
CM/01391/16
Site at Triq il-Madliena/Triq il-Majjistral, Madliena
CM/01425/16
Site at Triq il-Karità, Baħrija
CM/01207/16
Site at Triq il-Kappar/Triq il-Farkizzan, Mosta
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Maħfra Presidenzjali ngħatat minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna in kwistjoni f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.