Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani – għotja ta’ €300

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għotja ta’ €300 li tingħata lill-anzjani li jibqgħu jgħixu d-dar wara li jagħlqu l-75 sena, hijiex taxxabbli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Għotja tal-Anzjani ta’ €300 li tingħata lil dawk li jagħlqu l-età ta’ 75 sena u li jibqgħu jgħixu ġewwa darhom mhix taxxabbli.

Anzjani – għotja ta’ €300

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li jirċievu l-għotja ta’ €300 li tingħata lil kull min għadu jgħix id-dar? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani li jirċievu din l-għotja f’dawn il-kategoriji: a) bejn 75 u 77 sena; b) bejn 78 u 80 sena; c) bejn 81 u 84 sena; d) bejn 85 u 89 sena; u e) minn 90 sena ‘l fuq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ anzjani li s’issa rċevew l-Għotja tal-Anzjani ta’ €300 huwa skont kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Età Irġiel Nisa Total 75 - 77 3,323 4,005 7,328 78 - 80 3,294 4,251 7,545 81 - 84 2,881 4,198 7,079 85 - 89 1,615 2,706 4,321 90 ’l fuq 544 990 1,534 Total 11,657 16,150 27,807

Pensjoni tal-Età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sal-lum persuni li qed jirċievu il-pensjoni tal-età? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm hija n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Pensjoni tal-Età huwa ta’ 4770. Minn dawn, 3642 huma nisa filwaqt li 1128 huma rġiel. In-nefqa tal-Gvern fuq il-Pensjoni tal-Età matul is-sena 2016 kienet ta’ €21,695,333.44.

Pensjoni Minima Nazzjonali – rata għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja ta’ miżżewġin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali għal persuna miżżewġa li għandha medja sħiħa ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa tas-Sigurtà Soċjali hija ta’ €147.23 fil-ġimgħa.
Leg 12 PQ #32161 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati turisti li waslu Malta fix xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b’xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni disponibbli illi għandu l-Ministeru għat-Turiżmu, iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) juru illi f’Novembru wasslu 142,711 turist, f’Diċembru 2016 wasslu 96,395 turist u f’Jannar 2017 wasslu 104,069 turist. Iċ-ċifra ta’ Frar 2017 għandha ma ġietx ippublikata mill-NSO. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li ż-żieda medja fin-numru tat-turisti fit-3 xhur imsemmija meta mqabbel ma l-istess xhur tas-sena ta’ qabel kienet ta’ aktar minn 26%. Aktar minn hekk, it-tkabbir medju meta mqabbel ma l-istess xhur ta’ gvern preċedenti, fl-2012, kien ta’ 58%. Ta’ min wieħed jinnota wkoll li għall-ewwel darba inqabbżet iċ-ċifra ta’ l fuq minn mitt elf turist li wasslu f’pajjiżna fix-xahar ta’ Jannar.
Leg 12 PQ #32162 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti Filippini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti Filippini li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-responsabilità politika tal-Ministru għall-Finanzi, din id-domanda parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32163 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti Serbi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mis-Serbja li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-responsabilità politika tal-Ministru għall-Finanzi, din id-domanda parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32164 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti Bulgari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mill-Bulgarija li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-responsabilità politika tal-Ministru għall-Finanzi, din id-domanda parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32165 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti Kroati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mill-Kroazja li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-responsabilità politika tal-Ministru għall-Finanzi, din id-domanda parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32166 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti Żvediżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mill-Iżvezja li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-responsabilità politika tal-Ministru għall-Finanzi, din id-domanda parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.

Fostering – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' fostering?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) għaddieli rapport tat-tagħrif meħtieġ dwar dan il-każ miġbur mill-professjonisti tal-Aġenzija Appoġġ. Il-professjonisti qed jagħmlu dak kollu li huwa meħtieġ biex jgħinu lil kull min hu involut f’dan il-każ. Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-natura tal-każ ma tippermettix li niżvela dettalji bħala tweġiba parlamentari.

Għajnuna ta’ ikel mill-Unjoni Ewropea — programm

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-programm il-ġdid ta' għajnuna li l-Gvern se joħroġ għal dawk li qabel kienu jikkwalifikaw għal għajnuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea imma peress li l-kriterji nbidlu min-naħa tal-Unjoni Ewropea ma baqgħux jirċievu din l-għajnuna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li ġie ffirmat il-kuntratt mal-kumpanija li rebħet it-tender, din il-ġimgħa ser jibda l-ippakkjar ta’ dawn il-pakketti tal-ikel. Dawn ser jitqassmu lil dawk il-familji li: 1. Jirċievu benefiċċju mhux kontributorju u li għandhom wild wieħed taħt is-16-il sena; 2. Persuni waħedhom li jirċievu pensjoni tal-eta mhux kontributorja li hija ‘means tested’; 3. Familji li jirċievu l-‘Energy Benefit’: - B’wild wieħed taħt is-16-il sena; - B’żewġ ulied taħt is-16-il sena; - Bl-ulied kollha l-fuq 16-il sena; - Mingħajr ulied; 4. Familji li jirċievu pensjoni tad-diżabilita’ u li ma jaħdmux Huwa stmat li t-tqassim jibda lejn it-tielet ġimgħa ta’ April minn numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #32177 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18530, jista' l-Prim Ministru jindika x'inhi l-possibbiltà li tittieħed azzjoni diretta permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar peress li dan l-abbuż qiegħed jibqa' għaddej minħabba burokrazija u proċeduri legali oħra li ilhom pendenti għal numru ta' snin għad-detriment tas-saħħa tan-nies u tal-ambjent tal-madwar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill l-Awtorità li l-istess Awtorita diġa wettqet Direct Action fuq is-sit inkwistjoni fejn gie imbattal id-demel li kellu il barra mid-demmila u ordnat lis sid sabiex jibni il-ġwiebi reqwisiti fil permess biex jigi evitat ħruġ ta’ dranagg fil-madwar. L-Awtorità ordnat ukoll sabiex jattempera ruhu mall-permess billi fost affarijiet ohra idahhal Waste Management Plan. Huwa fl-obbligu tas-sid li l-ġwiebi ma jkunux imfawwra bil-materjal. Fin nuqqas ta’ dan l-Awtorità mhux teskludi li tiskala l-azzjonijiet fil-konfront tas-sit inkwistjoni. L-Awtorità hija nfurmata li għaddejjin diversi kazijiet legali minn Awtoritajiet/Dipartimenti kontra sid ir-razzett u għaldaqstant kull tip ta’ azzjoni li tittiehed għandha tkun konġunta.
Leg 12 PQ #32178 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ – Triq Dun Salv Ciappara – ċint madwar għalqa

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22501, 24977 u 27162, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni neċessarja peress li ma kien hemm l-ebda żviluppi dwar is-sitwazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita wettqet spezzjoni fuq is-sit li huwa suggett ghall ECF 14/09 fejn irrizulta li is-sit huwa diga mdawwar b’cint baxx li jindika dimarkazzjoni ta’ l-art. Intant ser jigu organizzati laqgħat mall-Kunsill Lokali ta’ Haż-Żebbuġ sabiex jintlahaq ftehim dwar ix-xogħolijiet meħtiega ghar-rigward ta’ kostruzzjoni ta’ ċint li qed jigi riferut għalih.
Leg 12 PQ #32179 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Hearing Aids – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward għajnuna fuq hearingaids?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Ħal Qormi – Triq in-Nassab – one way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talba mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex Triq in-Nassab issir one way?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm talba mill-Kunsill Lokali biex parti minn Triq in-Nassab issir One-Way iżda kif kien propost mill-Kunsill Lokali kien ser jiżdied it-traffiku fi Triq Ħal-Qormi u fis-Slip Road li tagħti għall-Ħamrun/Marsa By Pass. Għalhekk din il-proposta ma’ ġietx milqugħa mill-Kumitat responsabbli mill-Immaniġġjar tat-Traffiku.

Il-Mosta — Triq id-Durumblat - Ċimiterju tal-Mosta - zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi meħtieġa sabiex f'Triq Durumblat, il-Mosta, quddiem iċ-Ċimiterju tal-Mosta, jara li ssir zebra crossing għal min jkun qed jaqsam it-triq min-naħa taċ-Ċimiterju għan-naħa l-oħra tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tagħmel studju ta’ traffic u speed counts biex jiġi determinat l-ammont ta’ traffiku li jgħaddi minn din it-triq. Hekk l-Awtorita’ tkun f’pożizzjoni sabiex tara liema tip ta’ crossing ikun l-iktar addattat.

Kumpanija — ħlas lill-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga permezz ta' dipartimenti rispettivi għaliex ħaddiema mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandhom kuntratt fl-Isptar Mater Dei għandu ħaddiema reġistrati bħala security parkers, paystation, clampers li jaħdmu barra qed jitħallsu bil-€4.55 kull siegħa filwaqt li s-security tal-istess kumpanija li qed jaħdmu ġewwa fl-Isptar Mater Dei qed jitħallsu bis-€6 kull siegħa?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi bħalissa għaddej bl-investigazzjonijiet fir-rigward dan il-każ.

Raħal il-Ġdid — persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali f’Raħal il-Ġdid tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi ngħataw? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni jaħdmu hemm?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal il-Ġdid tul is-sena 2016 kien ta’ 38,367. Is-servizzi li jingħataw minn kull distrett jinkludu, informazzjoni fuq il-benefiċċji kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll mili ta’ applikazzjonijiet. F’dan id-distrett jaħdmu 3 skrivani u district manager .

Fgura- persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fil-Fgura tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi ngħataw? Kif ukoll, jista’ jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu hemm?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, i n-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-Uffiċċju Distettwali tal-Fgura tul is-sena 2016 kien ta’ 19,053. Is-servizzi li jingħataw minn kull distrett jinkudi, informazzjoni fuq il-benefiċċji kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll mili ta’ applikazzjonijiet. F’dan id-distrett jaħdmu 2 skrivani u f’ċerti ġranet ikun hemm regional co-ordinator .