Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Il-Magħluq - tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li ħaddiema jnaddfu il-Magħluq f'Wied il-Għajn peress li qed ikun hemm ħafna ilmenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab informat li madwar il-Magħluq tal-Baħar ta’ Marsaskala jsir ‘litter picking’ mill-inqas darba fil-ġimgħa mid-Direttorat tat-Tindif fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura. Dan l-ilment twassal lis-Sezzjoni Marittima fi ħdan l-istess Dipartiment sabiex jitnaddaf l-iskart li nġema’ fil-bur salmastru fil-Magħluq.
Leg 12 PQ #26614 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Studenti li joqogħdu mal-familji Maltin

Question

Peress li infurmat li m'hemm l-ebda pajjiż ieħor fl-Ewropa li jiġbor eko kontribuzzjoni meta studenti u/jew barranin joqogħdu ġo familja Maltija (jiġifieri host families) bħala btala u bħala parti minn xi vaganza ta' studju, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26445?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, m’hemm l-ebda konnessjoni bejn x’jaghmlu pajjizi ohrajn fl-Ewropa u host families Maltin. Madanakollu, id-definizzjoni ta’ turist hekk kif inhi stabbilita mill-UNWTO, ma tiddistingwix student minn tip ta’ turisti ohra. Kieku kien hekk, kien ikun hemm bzonn li dawn jigu ezentati anke meta jaghzlu li joqghodu go stabbilimenti li m’humiex host families bhal hostels, guests houses, ecc. Jekk studenti li joqoghdu ma’ familji jigu ezentati mill-eko kontribuzzjoni, inkunu qed naghmlu diskriminazzjoni ma’ dawk l-istudenti li ma joqghodux ma’ familja. Ghaldaqstant, tali ezenzjonijiet joholqu konfuzjoni u unlevel playing field fis-suq. Wiehed irid ukoll jikkonsidra li fi zmien qarib, kif gie imhabbar fl-abbozz tal-legislazzjoni l-gdida dwar it-turizmu, ser jigi introdott il-licenzjar ta’ BB Residences fejn sidien ta’ residenzi ser jkunu licenzjati biex jospitaw turisti, fosthom studenti varji u mhux biss dawk li jigu biex jistudjaw l-Ingliz. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-persentagg ta’ studenti ta’ 18-il sena u li jaghzlu li joqghodu ma’ host families huwa biss 28% filwaqt illi persuni taht it-18-il sena huma ezentati mill-gbir tal-eko kontribuzzjoni – kemm jekk izuru pajjizna ghal btala kif ukoll biex jistudjaw.
Leg 12 PQ #26629 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kanna tal-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ ta’ kanna tal-ilma ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li nvestigat il-każ. Is-servizz tal-ilma mgħoddi f’din it-trejqa huwa esklussivament għall-propjetà msemmija. Main ġdid tal-ilma normalment jiġi nstallat biex iservi triq sħiħa.
Leg 12 PQ #26636 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – refund – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward refund mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-persuna msemmija m’għandha tieħu l-ebda refund mill-istess korporazzjoni.
Leg 12 PQ #26639 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Sistema tal-IRD – tnaqqis ta’ burokrazija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex tiġi mnaqqsa l-burokrazija fejn jidħlu ħaddiema mhux Maltin biex jiġu reġistrati fis-sistema tal-IRD peress li bħalissa jimlew expatriates form, FS4, wara li jiġu reġistrati mal-ETC, ID Office u kif ukoll is-Social Security Contributions? Peress li jidher li l-IRD qed ikun tassattiv ħafna imma fl-istess ħin idumu ma jwieġbu u dan qed iwassal għal ċirkostanzi fejn l-IRD jirrifjuta l-FS3s tal-impjegati ta’ kumpanija sħiħa minħabba xi impjegat temporanju u l-kumplikazzjoni tikber meta l-impjegat konċernat ma jkunx għadu Malta, jista’ jgħid jekk hux se ssir distinzjoni bejn impjegati minn pajjiżi ewropej u dawk li huma third country nationals?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26640 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

IRD – diskriminazzjoni ta’ informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif se tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ diskriminazzjoni ta’ informazzjoni rikjesta mill-IRD bejn ewropej differenti ossia bejn Maltin u Ewropej oħra fejn jidħlu kopji miżżewġin? L-IRD qed titlob evidenza li l-partner ikun jgħix Malta biex japplikaw il-married rates?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għall-finijiet tal-liġijiet tat-taxxa biex persuna tibbenefika mill-married rates apparti li trid tkun miżżewġa jew f’unjoni ċivili ż-żewġ persuni jridu jkunu t-tnejn qed jgħixu flimkien Malta. Għal din ir-raġuni d-Dipartiment jitlob evidenza li ż-żewġ persuni qed jgħixu flimkien Malta. Mill-2014 ġiet introdotta emenda fil-liġi li permezz tagħha persuna (ċittadin ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea) tista’ tibbenefika mill- married rates anke jekk il-konjuġi ma jkunx qed jgħix hawn Malta jekk għall-inqas 90% tad-dħul globali tal-koppja joriġina minn Malta.

Fish farms – livell ta’ inkwinament fil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir moniteraġġ tal-livell ta’ inkwinament fil-baħar f’żoni fejn hemm il-fish farms? Jista’ jgħid meta sar l-aħħar moniteraġġ f’kull żona u x’kienu r-riżultati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fish farms huma obbligati li jipprovdu regolarment analiżi li ssir minn entitajiet indipendenti dwar l-inkwinament lill-Awtorità tal-Ippjanar. Ninsab informat li d-Direttorat tal-Akkwakultura jagħmel moniteraġġ ta’ operatur wieħed u fuq is-South East Aquaculture Zone. L-aħħar riżultati tal-moniteraġġi li saru juru illi ma kienx hemm qbiż fil-livell tat-tniġġis imkejjel.

Titjib fiċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed jiġu diskussi pjanijiet biex ikun hemm titjieb fiċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-ħinijiet magħrufa bħala peak fi¿-¿oni tal-ajruport, ta’ Ħal Tarxien u l-madwar u madwar il-Mina ta’ Hompesch?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati x-xogħlijiet kif ġej: 1. Ġiet disinjata mill-ġdid Triq Hompesch minn k/m Triq il-Foss sa k/m Triq Villabate, Ħaż-Żabbar. Ġie mplimentat tqassim ġdid tat-triq fejn żdiedet flare twila fid-direzzjoni tal-Mina ta’ Hompesch u flare twila oħra fid-direzzjoni tal-inkroċju kkontrollat bis-sinjaletika elettronika k/m Triq Villabate. B’dawn it-tibdiliet, żdiedet il-kapaċita’ ta’ dawn iż-żewġ inkroċji. Ukoll ġew projbiti xi manuvri tas-sewqan li kien qed jikkawżaw numru sostanzjali ta’ inċidenti biex b’hekk tjiebet is-sigurta’ f’dan it-triq. 2. Ġiet disinjata u mplimentata flare twila fit-triq li ġejja mill-Mini ta’ Ħal- Kirkop fid-direzzjoni lejn Vjal l-Avjazzjoni biex b’hekk tjiebet l-effiċċjenza tat-traffiku f’dan l-inkroċju. Transport Malta tagħmel ukoll moniteraġġ kontinwu biex tiżgura li l-arranġamenti li jsiru jkomplu jgħinu sabiex kemm jista’ jkun titjieb l-effiċjenza tas-sistema u ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-ħinijiet peak tal-ġurnata.

NCFHE – akkreditazzjoni ta’ korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-NCFHE hux qed issib diffikultà li takkredita korsijiet li: a. parzjalment jew kompletament huma distance learning ; b. jsiru online ; u c. jinkludu suġġetti li lokalment ftit hawn esperti fuqhom? Jekk iva, x’qed tippjana l-NCFHE biex issolvi din iċ-ċirkustanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-NCFHE regolarment takkredita blended learning courses jew korsijiet li għandhom element ta’ distance learning. L-NCFHE tirrikonoxxi li għandha esperjenza limitata fejn tidħol l-akkreditazzoni ta’ korsijiet online jew distance learning courses . Bħalissa qed twettaq proġett pilota biex toħloq standards u linji gwida sabiex tkun tista’ taċċetta iktar applikazzjonijiet għall-akkreditazzjoni ta’ dawn il-korsijiet. F’numru ta’ okkażjonijiet l-NCFHE esperjenzat diffikultajiet sabiex issib esperti lokali li jkunu jistgħu jevalwaw korsijiet speċifiċi. Din id-diffikultà ġiet esperjenzata f’każijiet ta’ korsijiet speċjalizzati ħafna, uniċi jew ġodda. Sabiex tiġi indirizzata din l-isfida l-NCFHE tikkuntattja b’mod regolari esperti barranin f’oqsma partikolari, sabiex jgħinuha fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-korsijiet. Barra minn hekk, matul din is-sena, l-NCFHE ħarġet ukoll sejħa pubblika għall- evaluators bl-għan li jinħoloq grupp iktar wiesa ta’ evaluators li jkunu jistgħu jassistu fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-korsijiet. L-NCFHE bdiet toffri wkoll serje ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ lil dawn l- evaluators sabiex twassal messaġġ aktar ċar dwar x’inhu mistenni minnhom u jiġi assigurat li dawn jinżammu aġġornati mal-istandards u l-linji gwida li jirregolaw l-akkreditazzjoni kif spjegat fir- R eferencing Report 2016 .
Leg 12 PQ #26644 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Accountancy Boards — kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji li bihom qed jimxi l-Accountancy Board biex jakkredita jew jaċċetta korsijiet tat-taxxa u tal-liġi Maltija li ġeneralment ikollhom bżonnhom accountants li għandhom kwalifiki barranin? Jista’ jgħid kemm-il temporary warrant ta’ accountants ħareġ mill-aħħar ħames snin? Għal kemm żmien ħarġu? X’nazzjonalitajiet kienu involuti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterja użata mill-Accountancy Board hija dik ta’ ekwivalenza mal-qwalifiċi kif stipulati fl-artikolu 3(2)(c) u (d) tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy KAP 281, u li f’dawn l-aħħar ħames snin ma kien hemm l-ebda applikazzjoni għal- temporary warrant ta’ accountants.

Università – campus health clinic

Question

Minħabba li l-popolazzjoni tal-istudenti tal-università hija kbira daqs villaġġ tipiku Malti, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx campus health clinic jew servizz mediku bi klinika fil-kampus tal-Università biex jaqdi l-bżonnijiet mediċi tal-istudenti, inkluż dawk ta’ pariri dwar ħajja sana, dieta tajba, kontraċezzjoni u prevenzjoni ta’ tixrid ta’ mard trasmess sesswalment eċċ.?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Università għandha żewġ defibrillators fuq il-Kampus u xi erbgħin impjegat li jafu jużawhom. Qiegħda wkoll fil-proċess li jinxtraw tmien defibrillators oħra. L-Università għandha korp ta’ madwar mitejn impjegat imħarrġin fil-first aid u għandha wkoll servizz ta’ Counselling iddedikat għall-istudenti u l-istaff. Is-servizzi mediċi tal-isptar Mater Dei jinsabu fil-viċinanzi tal-Kampus, u l-Università ma tħossx il-bżonn li titwaqqaf Health Clinic fuq il-Kampus.
Leg 12 PQ #26655 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — Environment Initiative Partnership Programme

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi disponibbli permezz tal-Environment Initiative Partnership Programme (EIPP) tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .

Kunsilli Lokali – Bring-in sites

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali humiex obbligati li fil-konfini tal-lokalità tagħhom ikollhom bring-in sites? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' bring-in-sites li kull lokalità f'Malta u Għawdex għandu jkollha u x'inhuma l-kriterji biex ġie stabbilit dan in-numru għal kull lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26658 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Bejgħ ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mi-numru ta' proprjetajiet li nbiegħu matul is-sena 2015, kemm minnhom kienu appartamenti, maisonettes/mezzanin/terran/terraced house/villel/bungalous kull kategorija separatament? Kemm minn dawn il-proprjetajiet inbiegħet lill-barranin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija f’PQ’s 23914, 23917 u 23918.

Stallazzjoni ta' lift — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar installazzjoni ta' lift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Kuntratt tax-xogħol — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tiġdid ta' kuntratt fuq il-post tax-xogħol tagħha minn xahar għal xahar?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija tressaq għal l-attenzjoni meħtieġa tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER).

Maħfra Presidenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26519 u jgħid kemm-il Maħfra Presidenzjali ngħatat minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna inkwistjoni f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-2010 sal-bidu ta’ Lulju 2016 ġew aċċettati 43-il petizzjoni għal maħfra presidenzjali minn total ta’ 414 petizzjoni li ġiet ippreżentata, kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: YEAR OPENED CLOSED ACCEPTED/PARTLY ACCEPTED 2010 58 64 3 2011 71 43 11 2012 96 109 8 2013 76 104 6 2014 47 60 6 2015 57 50 3 2016 (up to 11/07/2016) 9 29 6 Informazzjoni ulterjuri qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kappara Junction – tibdil fis-sistema tat-traffiku f’Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta’ Tas-Sliema b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.

Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex – konsultazzjoni dwar bidliet fis-sistema tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ta’ Xbiex hux se jagħmel konsultazzjoni pubblika mar-residenti tal-lokal wara li sarulu diversi talbiet dwar il-bidliet fis-sistema tat-traffiku f'Ta' Xbiex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex li iva ser jagħmel konsultazzjoni hekk kif dejjem għamel fil-passat.
Leg 12 PQ #26351 Sitting 414 2016-07-06 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġwann – Triq JF Marks – leak tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jieħu azzjoni sabiex isir xogħol fuq leak tad-drenaġġ li issa ilu għaddej fi Triq JF Marks, San Ġwann?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandhiex informazzjoni dwar xi leak pendenti fit-triq imsemmija. Iktar informazzjoni hija mitluba sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa.