Priġunieri li kkunsmaw drogi jew sustanzi pprojbiti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fit-30 ta’ Ġunju 2016 kien hemm żewġ każijiet oħra ta’ priġunieri li kkunsmaw droga jew sustanza pprojbità ġewwa l-ħabs bil-konsegwenza li dawn kellhom jingħataw attenzjoni medika? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'passi ttieħdu biex jiġi determinat kif daħlet din is-sustanza fil-ħabs, jekk ġewx infurmati l-pulizija u l-maġistrat tal-għassa u jekk ġewx sospiżi jew ittieħdux passi dixxiplinari kontra xi ħadd wara li seħħ dan il-każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nhar it-30 ta’ Gunju 2016 filgħaxija ġie rraportat li ¿ewġ priġunieri kienu jidru li ma kienux f’sikithom. Huma nagħtaw l-attenzjoni medika kif kien meħtieġ. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li wieħed mill-priġunieri instab possitiv għall-użu tad-droga. Dan huwa ksur tad-dixxiplina tal-Faċilità u għalekk ser jittiħdu passi dixiplinarji kontra il-priġunier. Ma hiex prassi li meta priġunieri jistabu possitivi għal użu tad-drogi jiġu nformati l-Pulizija jew il-Maġistrat tal-Għassa. Dan issir f’każijiet ta’ sejbiet ta’ droga fejn ikun hemm evidenza biex tiġi priservata. Ma jirriżultax li kien hemm lok li jiġu sospiżi xi persuni, iżda passi dixxiplinarji kontra l-priġunier għal ksur tar-Regolamenti tal-Ħabs qed jittieħdu.
l-Awtoritajiet tal-Faċilità Korretiva qed jagħmlu ħidma kontinwa sabiex tiġi indirizata l-problema ta’ sustanzi projbiti ġewwa l-Faċilita’. Qed jittieħdu diversi miżuri sabiex tiġi indirizzata din il-problema li ila teżisti għal snin sħaħ.
Konkatidral ta’ San Ġwann — ħwienet - post alternattiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn erba’ ħwienet fil-Belt li jinsabu fil-binja li tagħmel parti mill-Konkatidral ta' San Ġwann u li ntbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament, ma ngħatawx post alternattiv fil-Belt? Jista' jgħid jekk kellux laqgħat mal-erba’ sidien ta’dawn il-ħwienet li jagħmlu parti mill-binja tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex tinstab soluzzjoni għall-post alternattiv?
Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – għażla ta’ Kap Eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għall-għażla ta' Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi? Jekk iva, kemm-il kandidat applika għal tali sejħa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet sejħa pubblika għall-għażla ta’ Kap Eżekuttiv għall-istess Awtorita’. Din is-sejħa għalqet fl-4 ta’ April 2016, u applikaw ghoxrin kandidat.
Konkatidral ta’ San Ġwann — ħwienet - post alternattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn erba’ ħwienet tal-Belt li jinsabu fil-binja li tagħmel parti mill-Konkatidral ta' San Ġwann u li ntbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament, ma ngħatawx post alternattiv fil-Belt? Jista' jgħid jekk kellux laqgħat mal-erba’ sidien ta’ dawn il-ħwienet li jagħmlu parti mill-binja tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex tinstab soluzzjoni għall-post alternattiv?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet - ħwienet - laqgħat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa hu, jew is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Artijiet jew xi uffiċjal mid-Dipartiment tal-Artijiet kellu mas-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom issa ntemmet mid-Dipartiment tal-Artijiet? Meta saru dawn il-laqgħat? X'kien l-eżitu ta' dawn il-laqgħat?
Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet - temm ta’ kirja
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data meta ttieħdet id-deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Artijiet li jtemm il-kirjiet tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann?
Konkatidral ta’ San Ġwann – Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema alternattivi ġew proposti mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li issa l-kirja tagħhom ġiet terminata? Meta ġew ikkomunikati lilhom dawn l-alternattivi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu compliance orders taħt il-L.S. 330.07 (Regolamenti dwar Distance Selling (Retail Financial Services)) mill-2005 sal-lum, sena b’sena? Jekk inħarġu, kemm minnhom ġew kontestati sena b’sena u x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma nħarġu ebda compliance orders taħt il-L.S. 330.07 (Regolamenti dwar Distance Selling (Retail Financial Services)) mill-2005 sal-lum.
Injuctions for the Protection of the Interest of Consumer – complaince orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu compliance orders taħt l-L.S. 409.17 (Regolamenti dwar Inġuzjonijiet għall-Ħarsien tal-Interessi tal-Konsumaturi (Pakkett tal-Ivvjaġġar u Protezzjoni ta’ Xerrejja f’Kuntratti ta’ Time Sharing fi Proprjetà Immobbli) mill-2006 s’issa, sena b’sena? Jekk inħarġu, kemm minnhom kienu fir-rigward ta’ Timeshare u kemm kienu fir-rigward ta’ Package Travel? Kemm ġew ikkontestati sena b’sena u x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ma ħarġet l-ebda compliance orders taħt il-L.S. 409.17 (Regolamenti dwar Inġunzjonijiet għall-Ħarsien tal-Interessi tal-Konsumaturi, Pakkett tal-Ivvjaġġar u Protezzjoni ta’ Xerrejja f’Kuntratti ta’ Time Sharing fi Propjeta’ Immobbli) mill-2006 s’issa.
Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivjaġġar, pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours – miżuri regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu miżuri regolatorji minħabba xi ksur tal-L.S. 409.01 (Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours) mill-2000 sal-lum? Kemm-il każ ġie ikkontestat u x’kien l-eżitu tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mis-sena 2000 sal-lum, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA) ħadet miżura regolatorja waħda, propju fl-2007, fuq ksur tal-provedimenti tal-L.S. 409.01 (Regolamenti dwar Pakkett tal-Ivvjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours). L-MTA kienet ressqet lill-operatur quddiem il-Qorti għall-Ġustizzja fejn dan kien ħareġ liberat.
Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur – miżuri regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu miżuri regolatorji minħabba xi ksur ta’ Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Kuntratti ta’ Timeshare, Kuntratti dwar Prodotti ta’ Btala għal Perjodu fit-Tul, Kuntratti ta’ Bejgħ mill-Ġdid u Kuntratti ta’ Skambju) (L.S. 409.02) mill-2011 sal-lum? Kemm-il każ ġie kkontestat u x’kien l-eżitu tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2011 sal-lum, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA) ħadet żewg miżuri regolatorji kontra żewġ operaturi turistiċi bi ksur tal-provedimenti tal-L.S.409.02, Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Kuntratti ta’ Timeshare, Kuntratti dwar Prodotti ta’ Btala għal Perjodu fit-Tul, Kuntratti ta’ Bejgħ mill-Ġdid u Kuntratti ta’ Skambju).
Il-miżuri li ħadet l-MTA kienu billi ressqu liż-żewġ operaturi (fl-2009 u fl-2014) quddiem il-Qorti għall-Ġustizzja fejn l-eżitu tal-każijiet kien kif muri hawn isfel:
1. Fil-każ li ressqet l-MTA fl-2009, l-imputat kien ħareġ liberat minħabba li l-każ kien ġie preskritt;
2. Fil-każ li kien tressaq fl-2014, l-MTA kienet waqqgħet il-każ minħabba l-fatt li kien hemm ftehim bejn l-operatur u l-konsumatur barra l-Qorti. Dan minħabba l-fatt li l-konsumaturi kienu ġew moghtija l-flus kollha li kienu ħallsu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li fi żmien qasir isir l-aħħar pagament lill-kredituri tal-BICAL bank?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi pagament aħħari dovut lill-kredituri ma jistax isir minħabba li l-fondi tal-BICAL preżentament jinsabu ibblokkati b’sekwestru li sar.
Sakemm ma jkunx hemm ir-revoka tas-sekwestru, il-kontrollur ma jkunx f’pożizzjoni li jagħmel dan l-aħħar pagament.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-ġemelaġġ Douselage ma’ diversi pajjiżi oħra mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn? Kemm kienet l-ispiża tal-Kunsill Lokali kull sena biex jieħu sehem f’dan il-ġemelaġġ? X’benefiċċji qiegħda tħalli din l-inizjattiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Marsaskala ilha msieħba ma’ diversi Kunsilli Lokali tad-Douzelage f’proġetti tal-EU li permezz tagħhom saru diversi proġetti u attivitajiet sa mill-2009. Il-Kunsill tella diversi żgħażagħ fuq proġetti tal-EU u kien ukoll project leader ta’ żewġ proġetti tal-EU fejn ksibna l-fondi tal-EU biex saru żewġ attivitajiet f’Malta. Il-Kunsill irnexxielu wkoll iġib xi ħaddiema barranin biex jaħdmu fi stabbilimenti f’Marsaskala fuq skemi Leonardo Da Vinci. Għal bosta snin, il-Kunsill kien jokkupa l-Viċi Presidenza tad-Douzelage.
L-ispiża tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala kull sena fir-rigward ta’ dan il-ġemelaġġ, tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
2009
€1621.23
2010
€2972.50
2011
€5904.06
2012
€3401.67
2013
€2536.30
2014
€2061.44
2015
€1515.00
2016
€1318.65
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18331, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li l-Gvern jara li l-bereġ ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura jkunu devoluti biex f’dawn il-bereġ jiġu introdotti aktar servizzi fostom il-Lifestyle Clinics?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-devoluzzjoni tal-Bereg ssir b’diskussjoni mal-kunsilli lokali nvoluti u bi qbil mal-kunsilliera tal-lokalita’. Fil-berga ta' Marsaskala ghadu kemm sar xoghol ta' manutenzjoni u tisbieh u qieghed issir ezercizzju sabiex din il-berga tinfetah f'aktar granet. Fil-Fgura hemm diskussjonijiet mal-Kunsill dwar il-possibilita’ ta' rilokazzjoni. Ninfurmah ukoll li f’dawn is-sentejn gew rinovati 11 il-berga, filwaqt illi fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena gew rinovati l-bereg ta’ Santa Lucija, l-Birgu, Hal-Safi u aktar bereg ser ikomplu jigu rinovati fix-xhur li gejjin.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18453, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ħadu sehem jew qed jieħdu sehem fl-iskema tal-Life Long Learning f’din il-leġiżlatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta – Kunsill ta’ Wied il-Għajn – proġetti u inizjattivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi saru mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta u mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala biex tissaħħaħ l-attività turistika f’din il-lokalità?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Kunsill Konsulltattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta jaħdem mill-qrib mal-Kunsill Lokali ta’ Marsascala fir-rigward ta proġetti nazzjonali bhal ma huma il-Park Nazzjonali ta’ l-Nwadar kif ukoll l-American University of Malta. Dawn huma żewg proġetti li għall-ewwel darba dawn l-inħawi qegħdin iggawdu min niċċeċ ġodda li joffru turizmu ta kwalita’ fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna.
Dwar proġetti u inizzjattivi fuq skala lokali li qiegħed jippjana jew implimenta l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala notlob l-Onor. Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġiet meħuda fil-laqgħa Drop Out Prevention Programme li saret fil-Lussemburgu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aġenda tal-konferenza li pparteċipajt fiha kellha t-titlu ta’ “European Partners against early leaving school” bit-tema ‘Recognize, Remedy, Re-Engage’.
Il-pożizzjoni li ttieħdet hija dik kif elaborata fl-istrateġija tal-early school leaving li l-Ministeru ppubblika: “A Strategic Plan for the Prevention of Early School Leaving 2014”.
CITES — membri tal-Ġudikatura li attendew korsijiet ta' liġijiet ambjentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm membri tal-Ġudikatura attendew korsijiet li jirrigwardaw il-liġijiet ambjentali, b'mod partikolari s-CITES bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Numru konsiderevoli ta' Ġudikanti attendew diversi seminars u konferenzi fir-rigward ta' liġijiet ambjentali, inklużi seminars organizzati mill-ERA u EIPA, pero' mir-records ma jidhirx li attendew seminars jew konferenzi fuq CITES.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward liċezja ta' security depot? .
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-individwu li ddetalji tiegħu ingħataw separatament kellu tlett liċenzji, li skadew f’Mejju 2016. Dawn kienu ta’ gwardjan privat, ta’ gwardjan privat għal xoghol f’postijiet ta’ divertiment u oħra ta’ gwardjan speċjalizzat tas-sewqan. L-istess individwu diġa produċa ċertifikat ta’ refresher course rigward liċenzja ta’ gwardjan privat peró għadu ma produċiex iċ-ċertifikati għaż-żewġ katergoriji l-oħra. Malli jipproduċi iċ-ċertifikati ta’ refresher course ta’ gwardjan privat għal xogħol f’postijiet ta’ divertiment u oħra ta’ gwardjan speċjalizzat tas-sewqan ukoll, il-liċenzja li tkopri il-kategoriji inidkati tkun tista toħroġ, wara li jsir il-proċess kollu, kif diġa spjegat lilu.