Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kawżi pendenti quddiem Maġistrat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm hu veru li reċentement il-Prim Imħallef ordna li l-kawżi pendenti quddiem Maġistrat partikolari jiġu riassenjati lill-Maġistrati oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ma hux ċar għal liema “Magistrat partikolari” qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant, iżda huwa fatt li minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tal-aħjar ġestjoni tal-piż tax-xogħol ġudizzjarju, kif ukoll meta jkun hemm xi ħatra ta’ ġudikant ġdid, il-Prim Imħallef, fid-diskrezzjoni tiegħu, jordna r-ridistribuzzjoni tax-xogħol ġudizzjaru skont il-ħtieġa u dan jista’ jkun jirrikjedi, fost tibdil ieħor, ir-riassenjazzjoni ta’ kawżi, anki jekk parzjalment, minn ġudikant għall-ieħor. Dan l-aħħar sar eżerċizzju bħal dan li l-ħtieġa tiegħu skatta prinċipalment, iżda mhux biss, riżultat tal-ħatra ta' Magistrat gdid addizzjonali u bħala konsegwenza kien hemm ċaqlieq fid-doveri ta’ tliet maġistrati.

Qrati tal-Maġistrati – kawżi ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ċivili quddiem il-Qrati tal-Maġistrati u kif ġew distribwiti? Min huma l-Maġistrati li ġew assenjati dawn il-kawżi u kemm ħadu kull wieħed? Jista’ jgħid kemm hemm kawżi b’kollox fil-bidu ta’ Lulju 2016 jistennew għal sentenza u kemm hemm kawżi b’kollox li qed jiġu trattati quddiem il-Qrati tagħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kawżi ċivili (assenjati lill-Maġistrati) quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex ġew distribwiti skont kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Fl-istess tabella qed jiġi indikat min huma l-Maġistrati li ġew assenjati u kemm kull wieħed u waħda minnhom ħadu kawżi ċivili. S’intendi l-Maġistrati ma jagħmlux dan ix-xogħol biss iżda jagħmlu xogħol ieħor. Għalhekk biex wieħed jieħu stampa eżatta tad-distribuzzjoni tal-workload wieħed irid jitlob għad-distribuzzjoni tal-kawżi kollha. Assenjazzjoni ta' Kawżi Civili fost il-Maġistrati bejn l-2011 u l-2016 (Ġunju) 2011 QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI) Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA 106 162 FRANCESCO DEPASQUALE 62 308 GABRIELLA VELLA 106 284 GIOVANNI GRIXTI 6 30 JACQUELINE PADOVANI 3 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 104 345 SILVIO MELI 38 Total Malta 422 1132 ANTHONY ELLUL 5 JOSETTE DEMICOLI 16 22 PAUL COPPINI 12 75 Total Għawdex 33 97 Total Qorti 455 1,229 TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti GABRIELLA VELLA 279 342 Total Malta 279 342 DOREEN CLARKE 1 GABRIELLA VELLA 8 9 Total Ghawdex 9 9 Total Tribunal 288 351 BORD TA’ ARBITRAGG DWAR ARTIJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti GIOVANNI GRIXTI 31 204 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 4 Total Bord 0 208 BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TAR-RABA` Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 70 GIOVANNI GRIXTI 15 32 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 6 Total Malta 15 108 PAUL COPPINI 1 15 Total Ghawdex 1 15 Total Bord 16 123 BORD LI JIRREGOLA L-KERA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 13 GIOVANNI GRIXTI 137 441 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 13 Total Malta 137 467 JOSETTE DEMICOLI 1 PAUL COPPINI 3 19 Total Ghawdex 3 20 Total Bord 140 487 2012 QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI) Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA 126 150 FRANCESCO DEPASQUALE 141 301 GABRIELLA VELLA 36 244 GIOVANNI GRIXTI 2 20 JACQUELINE PADOVANI GRIMA JOSEPH A. APAP BOLOGNA 130 352 SILVIO MELI Total Malta 435 1067 JOSETTE DEMICOLI 18 21 PAUL COPPINI 24 63 Total Għawdex 42 84 Total Qorti 477 1,151 TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti DOREEN CLARKE 15 GABRIELLA VELLA 343 534 Total Malta 343 549 GABRIELLA VELLA 3 8 Total Ghawdex 3 8 Total Tribunal 346 557 BORD TA’ ARBITRAGG DWAR ARTIJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 3 GIOVANNI GRIXTI 36 177 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 4 Total Bord 36 184 BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TAR-RABA` Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 16 78 GIOVANNI GRIXTI 1 16 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 6 Total Malta 17 100 PAUL COPPINI 3 14 Total Ghawdex 3 14 Total Bord 20 114 BORD LI JIRREGOLA L-KERA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 18 GIOVANNI GRIXTI 109 419 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 6 Total Malta 109 443 JOSETTE DEMICOLI 1 PAUL COPPINI 6 17 Total Ghawdex 6 18 Total Bord 115 461 2013 QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI) Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA 126 144 FRANCESCO DEPASQUALE 141 283 GABRIELLA VELLA 8 193 GIOVANNI GRIXTI 2 20 JOSEPH A. APAP BOLOGNA 1 MARSEANN FARRUGIA 119 385 Total Malta 397 1025 JOSETTE DEMICOLI 27 37 PAUL COPPINI 17 53 Total Għawdex 44 90 Total Qorti 441 1,115 TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CHARMAINE GALEA 159 276 DOREEN CLARKE 15 GABRIELLA VELLA 170 451 Total Malta 329 742 CHARMAINE GALEA 1 11 GABRIELLA VELLA 7 Total Ghawdex 8 11 Total Tribunal 337 753 BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti GIOVANNI GRIXTI 11 135 Total Bord 11 135 BORD LI JIRREGOLA L-KIRI TAR-RABA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 18 73 GIOVANNI GRIXTI 8 JOSEPH A. APAP BOLOGNA Total Malta 18 81 PAUL COPPINI 2 13 Total Ghawdex 2 13 Total Bord 20 94 BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 9 GIOVANNI GRIXTI 128 432 Total Malta 128 441 JOSETTE DEMICOLI 1 PAUL COPPINI 6 14 Total Ghawdex 6 15 Total Bord 134 456 2014 QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI) Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CHARMAINE GALEA 9 4 CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA 134 144 FRANCESCO DEPASQUALE 141 267 GABRIELLA VELLA 9 171 GIOVANNI GRIXTI 6 19 JOSEPH A. APAP BOLOGNA MARSEANN FARRUGIA 130 416 Total Malta 429 1021 JOANNE VELLA CUSCHIERI 10 26 JOSETTE DEMICOLI 6 9 PAUL COPPINI 27 65 Total Għawdex 43 100 Total Qorti 472 1,121 TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CHARMAINE GALEA 59 254 DOREEN CLARKE 2 GABRIELLA VELLA 57 418 Total Malta 116 674 CHARMAINE GALEA 3 9 Total Ghawdex 3 9 Total Tribunal 119 683 BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti GIOVANNI GRIXTI 19 128 Total Bord 19 128 BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TA` RABA` Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 5 68 GIOVANNI GRIXTI 8 Total Malta 5 76 PAUL COPPINI 2 15 Total Ghawdex 2 15 Total Bord 7 91 BORD LI JIRREGOLA L-KIRJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 5 GIOVANNI GRIXTI 103 393 Total Malta 103 398 JOANNE VELLA CUSCHIERI 1 PAUL COPPINI 1 10 Total Ghawdex 1 11 Total Bord 104 409 2015 QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI) Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CHARMAINE GALEA 8 6 CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA 125 153 FRANCESCO DEPASQUALE 131 254 GABRIELLA VELLA 11 132 GIOVANNI GRIXTI 5 MARSEANN FARRUGIA 60 340 MONICA VELLA 54 66 Total Malta 394 951 JOANNE VELLA CUSCHIERI 26 39 JOSEPH MIFSUD 1 JOSETTE DEMICOLI PAUL COPPINI 22 72 Total Għawdex 49 111 Total Qorti 443 1,062 TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CHARMAINE GALEA 30 53 DOREEN CLARKE 1 GABRIELLA VELLA 42 358 Total Malta 72 412 CHARMAINE GALEA 3 6 Total Ghawdex 3 6 Total Tribunal 75 418 BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 12 117 GIOVANNI GRIXTI 8 Total Bord 20 117 BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TA` RABA` Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 15 65 Total Malta 15 65 PAUL COPPINI 13 Total Ghawdex 13 Total Bord 15 78 BORD LI JIRREGOLA L-KIRJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 5 GIOVANNI GRIXTI 48 MONICA VELLA 78 408 Total Malta 126 413 JOANNE VELLA CUSCHIERI 1 PAUL COPPINI 6 9 Total Ghawdex 6 10 Total Bord 132 423 Sal-aħħar ta' Ġunju 2016 QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI) Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti CAROLINE FARRUGIA FRENDO 8 8 CHARMAINE GALEA 4 CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA 70 162 FRANCESCO DEPASQUALE 48 224 GABRIELLA VELLA 3 114 MARSEANN FARRUGIA 9 301 MONICA VELLA 25 73 Total Malta 163 886 JOANNE VELLA CUSCHIERI 11 25 JOSETTE DEMICOLI PAUL COPPINI 8 57 Total Għawdex 19 82 Total Qorti 182 968 TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti Mhux Assenjati 6 6 CHARMAINE GALEA 17 43 DOREEN CLARKE 1 GABRIELLA VELLA 19 358 Total Malta 42 408 CHARMAINE GALEA 1 6 Total Ghawdex 1 6 Total Tribunal 43 414 BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 6 63 Total Bord 6 63 BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TA` RABA` Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 5 61 Total Malta 5 61 PAUL COPPINI 1 11 Total Ghawdex 1 11 Total Bord 6 72 ORD LI JIRREGOLA L-KIRJIET Introdotti Total ta’ Kawzi Pendenti FRANCESCO DEPASQUALE 4 MONICA VELLA 76 413 Total Malta 76 417 JOANNE VELLA CUSCHIERI 1 PAUL COPPINI 3 8 Total Ghawdex 3 9 Total Bord 79 426
Leg 12 PQ #26385 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Borża ta’ Malta – ħatra ta’ General Manager

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kariga ta' General Manager fil-Borża ta' Malta hijiex okkupata? Jekk fl-affermattiv, min qiegħed jokkupa din il-kariga? Xi kwalifiċi għandu/għandha din il-persuna? Jista' jgħid meta nħatret din il-persuna fil-kapaċità ta' General Manager u minn meta l-ħatra f'din il-kariga se tkun effettiva?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-kariga ta’ General Manager għadha vakanti, iżda l-General Manager ġdid ġie maħtur mil-Bord waqt il-laqgħa li saret fil- 4 ta’ April 2016. Din il-kariga tiġi fis-seħħ mill-1 ta’ Settembru 2016. Dan il-persuna ilu impjegat mal-Borża għall-18 il-sena. Għamel żmien twil fl-IT u imexxi s-Central Securities Depository w ilu jokkupa l-post ta’ kap ta’ l-uffiċċju responsabbli għal Human Resources & Corporate Services għal dawn l-aħħar 9 snin. Huwa kkwalifikat fil-Human Resources. Dan sar minħabba li l-operat tal-Borża sar kumpless ħafna, iżjed minn qatt qabel. Fix-xhur li ġejjin, sejrin jiġu mplementati direttivi tal –UE ġodda bħal MiFID 2 u CSDR li jirrikjedu bdil sostanzjali fl-operat, proċeduri w teknologija. Barra minn hekk għadu kif ġie mniedi Prospects, suq ġdid immirat għal SMEs li wkoll jinvolvi responsabbilitajiet kbar u operat ġdid, kif ukoll il-Borża qiegħda timplementa servizzi u prodotti oħra ġodda. Għalhekk ġie deċiż li il-pożizzjoni ta’ General Manager terġgħa tiġi ntroddotta wara li ilha vakanti għal dawn l-aħħar snin biex l-individwu maħtur ikun jistgħa jgħin il-Kap Eżekuttiv fit-dmirijiet tiegħu. Il-General Manager sejjer ikun responsabbli għar-riżorsi umani, għal faċilitajiet kollha tal-Borża inkluż il-premises, il- procurement, safar, training, w customer services.
Leg 12 PQ #26386 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Borża ta’ Malta – General Manager u Chief Executive Officer — job description

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-job description ta' General Manager tal-Borża ta' Malta u x'inhi l-job description ta' Chief Executive Officer fl-istess entità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-General Manager sejjer ikun responsabbli għar-riżorsi umani, għal faċilitajiet kollha tal-Borża inkluż il-premises, il-procurement, safar, training, w customer services. Ic-Chief Executive huwa responsabbli għall-operat kollu tal-Borża nkluż ir-regulation, il-finanżi, it-teknoloġija, is-suq l-ġdid li jissejjah Prospects, u business development.

Ta’ Xbiex Junction – nuqqas ta’ Floor Markings

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentri 25971 rigward nuqqas ta’ road markings u sinjali tat-traffiku f’Ta’ Xbiex, jista’ l-Ministru jwieġeb b’referenza għal Triq ix-Xatt, Triq Sir Augustus Bartolo, Triq l-Ambaxxati u Triq Sir Ugo Mifsud li jenħtieġu floor markings u sinjali tat-traffiku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar l-implementazzjoni tal-aħħar fażi tal-arranġamenti tat-traffiku hekk kif ser jibdew id-devjazzjonijiet marbuta mal-proġett tal-Kappara. Għalhekk, Transport Malta se tkun qed tara x’sinjali jew road markings se tkun qed tagħmel fit-toroq imsemmija ladarba jiffurmaw parti mid-devjazzjonijiet indikati.

Kappara Junction --sistema tat-traffiku San Ġwann

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-sistema tat-traffiku li ġiet implimentata f’San Ġwann Junction hijiex se tkun permanenti jew temporanja u sakemm jitlesta l-proġett tal-Kappara Junction?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tat-traffiku li qiegħda titħaddem bħalissa hija marbuta mal-proġett tal-Kappara. Din is-sistema tat-traffiku qed isirilha monitoraġġ kontinwu u kwalunkwe titjib li jista’ jsir qiegħed isir. Il-monitoraġġ tas-sistema tat-traffiku se jibqa’ għaddej tul il-proġett kollu.

San Ġwann – Il-Kappara – Triq Birkirkara – tiswija ta’ bankina

Question

Jista' l- Ministru jara li jsir dik il-manutenzjoni li hemm meħtieġ fuq il-bankina fi Triq Birkirkara, il-Kappara, San Ġwann peress li partijiet sostanzjali minnha tkissru waqt ix-xogħol estensiv li kien sar fit-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet għandhom isiru skont ir-responsabbiltajiet, il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akkwist.

San Ġwann – Il-Kappara – Triq Birkirkara – Bus Stop — road markings neċessarji

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru r-road markings neċessarji fuq il-bus stop fi Triq Birkirkara, il-Kappara, San Ġwann?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet se jitwettqu skont il-prioritajiet u ċ-ċirkostanzi tas-sit.
Leg 12 PQ #26557 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-artroskopija – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25456 u jgħid kemm hemm nies jistennew fuq il-waiting list biex jagħmlu operazzjoni tal-artroskopija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant peress illi z-zmien ta' stennija ghall-MRI nizel minn sentejn li kien fi zmien Gvern Nazzjonalista ghal anqas minn 6 xhur illum, numru ta' pazjenti li issa sarilhom MRI m’ghadx fadlilhom bzonn ta' artroskopija. Ghaldaqstant in-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list ghal artroskopija qieghed jigi vverifikat. La darba din l-informazzjoni tkun verifikata, tkun tista' tinghata f'seduta ohra.
Leg 12 PQ #26558 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Magħtab – Toroq — dwal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li fit-toroq kollha tal-Magħtab ikun hemm dawl adegwat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li Enemalta plc ma ntalbitx tapprova jew tagħti l-provvista lil bozoz ġodda fit-toroq imsemmija. L-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi oħrajn m’hijiex responsabilità ta’Enemalta plc, peress li xi snin ilu dawn is-servizzi iżda għaddew f’idejn il-kunsilli lokali u għadd ta’entitajiet governattivi oħrajn. Meta dawn l-entitajiet jiddeċiedu li jwaħħlu bozoz ġodda f’postijiet pubbliċi skont it-termini tekniċi u r-regolamenti applikabbli, Enemalta plc tircievi l-Applikazzjoni STL mingħand l-istess entitajiet biex it-tekniċi tagħha jqabbdu dawn l-installazzjonijiet mas-sistema nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-elettriku dedikata għad-dwal tat-toroq.

Il-Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq – Rotta 103

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26205, jista’ l-Ministru jgħid meta r-rotta 103 ġiet estiża jew se tiġi estiża għall-Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 103 hi mistennija li tiġi estiża fis-17 ta’ Lulju li ġej.

Baħar iċ-Ċagħaq – Xatt il-Palm — parkeġġ

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26203 u 26204, jista’ l-Ministru jgħid meta ujagħti data, se jiġu ffinalizzati l-pjanijiet għat-tisbiħ taż-żona ta’ Xatt il-Palm f’Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tippjana li tippreżenta il-proposta tagħha rigward din iż-żona lill-Awtorita’ tal-Ippjanar sal-aħħar ta’ Lulju.

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25751, 25570, 25171, 24740, 24006, 20542 u 20222 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21431. Irrid ngħid li bejn Ottubru 2015 u Lulju 2016 inħargu nħargu 46-il visa għar-raġunijiet mediċi li fil-maġġoranza assoluta tagħhom inħarġu lill-persuni ta’ nazzjonalita’ Libjana.

Ilma ħamrani fis-Salini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari li għaliha l-ilma li hemm fis-Salini, limiti ta' San Pawl il-Baħar, qed jieħu kulur li mhux naturali, kultant kważi ħamrani? Kien hemm xi raġuni partikulari għaliex dan seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun konċentrat fil-melħ, l-ilma baħar jsir salmura u wara l-evaporazzjoni, l-melħ jikkristalizza u jifforma saff fuq l-art. Fl-għadajjar il-kulur karatteristiku roża huwa kkawżat minn mikro-organiżmu msejjaħ halophyte, li jgħix fis-salmura b’salinità għolja. Dan il-mikro-organiżmu ma jħalli ebda effett fuq il-kwalità tal-melħ. Il-membrani taċ-ċelloli ta’ dan il-mikro-organiżmu fihom pigmenti karotenojdi li jagħtu l-kristalli tal-melħ l-kulur roża fl-aħmar. Il-kulur skur iżid l-assorbiment tad-dawl tax-xemx li jżid it-temperatura li mbagħad żżid l-evaporazzjoni u l-produzzjoni tal-melħ. (Korrezzjoni: Ara dokumenti PL 7529 li tpoġġiet f'Seduta 417 nhar l-Erbgħa, 13 ta' Lulju 2016)

Dawra tas-Salini – mollijiet — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq il-mollijiet li hemm fid-dawra tas-Salini, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar/Naxxar? Billi madwar dawn il-mollijiet saru u għad fadal li jsiru xogħlijiet marbutin mat-taħmil tas-sukkors ta’ madwar l-istess Salini, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-mollijiet kenux inklużi fix-xogħol ta’ restawr li sar fil-madwar tas-Salini, għaliex dawn l-istess mollijiet kienu jiffurmaw parti mill-istruttura tas-Salini, kif jidher mill-istess ġebel li intuża biex jifforma l-mollijiet u li f’bosta nħawi jinsab maqlugħ?

Response (MIZZI, JOE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-mollijiet it-tul kollu tas-Sukkursi (is-Sukkurs id-dejjaq ta’ maġenb id-daħla tas-Salt-pans u s-Sukkurs il-wiesgħa in-naħa tal-Qawra), jien infurmat li dawn ma jiffurmawx parti mill-istrutturi tas-Salina (s-Salina ttiffunzjona mingħajrhom) u qatt ma kienu parti mill-proġett ta’ restawr li sar fil-madwar tas-Salini. Fiċ-ċirkostanzi, jien ser nitlob lid-Dipartiment konċernat jibgħat perit ħalli jħejji rapport fuq il-kundizzjoni ta’ l-imsemmija strutturi.

Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ appartamenti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25989, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fl-istess domanda? Billi mir-rispota jirriżulta li l-periti li ser ikunu responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet ser ikunu periti privati, jista' jagħti tagħrif dwar min huma l-periti li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol għal kull proġett individwali, u kif intgħażlu l-istess periti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-periti li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol jinsabu fil-lista t’hawn taħt. Ħafna minn dawn il-proġetti diġa’ kellhom perit assenjat, li kien ġie magħżul wara li l-Awtorita’ tad-Djar kienet ħarġet Expression of Interest fl-amministrazzjoni preċedenti. Aktar kmieni din is-sena, l-Awtorita’ tad-Djar f’isem il-kumpanija l-ġdida HPMU Co Ltd li ser tieħu ħsieb dawn il-proġetti, reġgħet ħarġet Expression of Interest oħra, fejn intuża l-istess proċess li kien intuża fl-Expression of Interest ta’ qabel mill-istess Awtorita’ taħt l-amministrazzjoni preċedenti, sabiex ġew magħżula l-periti għal dawk il-proġetti li ma kellhomx perit privat assenjat għalihom. RaħalPerit li kiseb il-permess tal-bini AttardAlison Zammit BirguAlison Zammit BirkirkaraWallace Farrugia BormlaAlison Zammit BurmarradAlison Zammit FguraRobert Sant Kirkop 1Joe Cassar Kirkop 2Joe Cassar Kirkop 3Joe Cassar Kirkop 4Joe Cassar Kirkop 6Christopher Mintoff Luqa 1Alison Zammit Luqa 2TBA Periti Luqa 3Catherine Galea Marsaskala 1Alison Zammit Marsaskala 2Alison Zammit Marsaskala 3Sarabelle D’Amato MellieħaAlison Zammit Msida 1 Alison Zammit Msida 2 Alison Zammit Naxxar Alison Zammit Paola Alison Zammit Qormi Alison Zammit Qrendi 1 Alison Zammit Qrendi 2 Alison Zammit Qrendi 3 Alison Zammit Qrendi 4 Alison Zammit Qrendi 5 Alison Zammit Qrendi 6 Alison Zammit Qrendi 7Claude Mallia RabatAlison Zammit Siġġiewi 1Architecture Project Siġġiewi 2Alison Zammit Siġġiewi 3Bencini & Associates Siġġiewi 4 Alison Zammit Valletta Alison Zammit ŻabbarMangion, Mangion & Partners ŻabbarValerio Schembri Żebbuġ 1 Alison Zammit Żebbuġ 2 Alison Zammit Żebbuġ 3 Alison Zammit Żebbuġ 4 Alison Zammit Żebbuġ 5Mangion, Mangion & Partners Żejtun Alison Zammit Żurrieq 1 Alison Zammit Żurrieq 2 Alison Zammit Żurrieq 3 Alison Zammit Żurrieq 4 Alison Zammit Żurrieq 5 Alison Zammit

Buġibba – Direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar – traffic lights

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25988, li kienet tagħmel referenza għad-domanda 25628, billi r-rispota tibqa tirreferi għall-fatt li llum hemm Stop sign, mentri d-domanda tagħmel referenza għall-fatt li fil-post imsemmi kien hemm lights li jikkontrollaw it-traffiku, u dan sa qabel inqalgħu waqt ix-xogħol li sar bħala parti mill-Coast Road, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-traffic lights li kien hemm fuq il-post jerġgħu jitwaħħlu? Minbarra hekk, meta hu mistenni li l-arbli ġodda li fuqhom għad m'għandhomx dawn, fl-istess inħawi fil-fatt ikollhom id-dawl imwaħħal fuqhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet li diġa ngħataw fuq dan is-suġġett.
Leg 12 PQ #26572 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Water Services Corporation – konnessjoni tad-drenaġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26245, billi fir-risposta hemm referenza għal disa’ postijiet li fihom saret il-koordinazzjoni neċessarja mal-Water Services Corporation (WSC), jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk allura dan ifissirx li fil-postijiet l-oħra fejn saru konnessjonijiet tad-drenaġġ, fil-fatt il-WSC ma kenitx infurmata li ser isir ix-xogħol, u għalhekk min għamel ix-xogħol ma kkordinax mal-WSC? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar kif il-WSC tkun taf li f'xi post partikulari jkun ser isir xogħol ta' konnessjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel paragrafu tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26446 (sitta u għoxrin elf, erba’ mija, sitta u erbgħin).
Leg 12 PQ #26573 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Water Services Corporation – xogħlijiet biex tinfirex is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet li mistennija jsiru mill-Water Services Corporation biex il-korporazzjoni “tifrex is-sistema ta' distribuzzjoni ta' dan l-ilma”? Fejn mistenni li jinfirex dan l-ilma u fiex waslu l-preparamenti biex jinkisbu finanzi mill-Unjoni Ewropea?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet ippjanati huma fil-lokalitajiet li ġejjin: Għawdex - Networks fis-Sannat, fil-limiti tax-Xagħra u limiti ta’ Kerċem North - Networks fil-Miżieb, fil-Pwales u parti minn Binġemma South - L-istess firxa li qegħdha tiġi servuta bil-kanali preżenti. Rigward il-possibilità ta’ użu ta’ fondi Ewropej, bħalissa qed tiġi ppreparata d-dokumentazzjoni neċessarja relatata mal-applikazzjoni għal dawn il-fondi.

Unjoni Ewropea — fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid minn meta Malta ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea, kemm ġew kontributi flus lill-Unjoni Ewropea? Kemm ħadet lura fondi (flus) mill-Unjoni Ewropea fis-snin ta’ Gvern Nazzjonalista? Fl-aħħar tliet snin u nofs ta’ Gvern Laburista, kemm ikkontribwixxiet flus Malta lill-Unjoni Ewropea u kemm ħadet fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista’ l-Ministru ġentilment jagħti dan it-tagħrif sena b’sena?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.