Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riċerka dwar tnaqqis ta’ light pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in vista ta' riċerka ppubblikata fil-journal ‘Science Advances’ teżistix policy intiża sabiex jitnaqqsu l-effetti tal-light pollution li kull entità tal-Gvern (inkluż iżda mhux limitati għal dipartimenti, aġenziji Transport Malta, kunsilli lokali eċċ.) jistallaw biss dawl li jkun (i) tat-tip full cutoff; u (ii) b'CCT mhux iżjed minn 3000K?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERA ser tkun qed tevalwa il-proposti li qed jiġu rreferuti f’din il-mistoqsija Parlamentari skond il-linji ta’ gwida li ha jittresqu mil-Kumitat Konsultattiv fuq dan is-suġġett, la darba jiġi konkluż ix-xogħol ta’ dan il-kumitat. Informazzjoni fuq dan il-kumitat ingħatat fir-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari 26618.

Amministrazzjoni tal-Iskema ta’ Community Work

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kumpanija li qed tamministra l-iskema tal-Community Work hijiex reġistrata fuq Fondazzjoni partikolari reġistrata l-Ħamrun? Jista’ jikkonferma li fi Frar 2016 kien hemm 600 ruħ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol li ġew effettivament trasferiti mal-Fondazzjoni? Jista’ jinforma lill-Kamra bil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn l-impjegati? Jista’ jqiegħed lista ta’ placements f’entitajiet speċifiċi tal-ħaddiema ingaġġati mill-Fondazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema kollha ġew ingaġġati. Rigward il-kumplament tal-informazzjoni mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 25228, 25274 u 25378.

Kunsill Lokali San Ġwann – konsultazzjoni ma’ Transport Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann u Transport Malta dwar it-tibdil fis-sistema tat-traffiku fil-junction ta' San Ġwann, bejn Vjal ir-Rihan, Triq Caruana Dingli u Triq Salvu Busuttil? Jista' jgħid fuq xiex kienu nfurmati, jekk kienx hemm xi tibdil li sar mingħajr l-għarfien tal-Kunsill u meta bdiet il-konsultazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab informat li l-proċess ta’ konsultazzjoni beda fil-11 ta’ Mejju bil-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann jaqbel mal-proposta globali tat-tqassim tat-traffiku qabel ma din ġiet implimentata fit-18 ta’ Ġunju. Minn mindu ġiet implimentat din is-sistema, inżammu żewġ laqgħat, fit-28 ta’ Ġunju u fil-11 ta’ Lulju, bl-għan illi jsiru xi aġustamenti ibbażżati fuq il-feedback tal-Kunsill Lokali u tal-GRTU wara l-ewwel esperjenzi tal-arranġamenti tat-traffiku l-ġodda.

San Ġwann u Kappara – traffic counts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-traffic counts li Transport Malta għamlet dwar iż-żona ta' San Ġwann u l-Kappara?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ma speċifikatx il-perjodu li għalih qed tirreferi, qed nassumi li l-mistoqsija tagħha hija relatata mal-proġett tal-Kappara. Għaldaqstant ninfurmaha li l-arranġamenti tat-traffiku kurrenti u li huma marbuta ma’ dan il-proġett mhumiex ibbażati fuq traffic counts attwali iżda ġew maħsuba b’tali mod li jakkomodaw il-volum ta’ traffiku li mistenni jiżdied f’din l-akwata meta x-xogħlijiet fuq dan il-proġett jintensifikaw.

Is-Swieqi, l-Ibraġġ u l-Madliena – traffic counts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-traffic counts li Transport Malta għamlet dwar iż-żona ta' tas-Swieqi, l-Ibraġġ u l-Madliena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26631.

Ta’ Xbiex – traffic counts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-traffic counts li Transport Malta għamlet dwar iż-żona ta' Ta’ Xbiex?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26631.
Leg 12 PQ #26645 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Inland Revenue – policy rigward penali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-policy tal-Inland Revenue rigward penali jew taxxi dovuti li jkunu preskritti? Jista’ jgħid jekk hux minnu li qed isir sforz biex dawn jerġgħu jinfetħu billi d-Dipartiment ma kkunsidrax maħfriet oħrajn jekk ma jerġax jinfetħu każijiet simili?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi penali jew taxxi li jkunu preskritti ma jfissirx li mhumiex dovuti. Ħafna ammonti meqjusin bħala preskritti mit-taxpayers fil-fatt mhumiex effettivament preskritti peress li l-preskrizzjoni ġiet estiża minħabba azzjoni meħuda mid-Dipartiment fi żmien opportun biex dawn jitħallsu. Meta d-Dipartiment, wara talbiet mit- taxpayers , jikkunsidra maħfriet ta’ multi u interessi dovuti, id-Dipartiment fid-diskrezzjoni tiegħu jipproponi kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa. It- taxpayer dejjem għandu l-għażla jekk jidħolx fil-ftehim propost jew le.
Leg 12 PQ #26646 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – penalijiet u mgħax – refunds tal-International Tax Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jinħaffru l-penalijiet u mgħax li qed jeħlu l-kumpaniji kawża tad-dewmien ta’ refunds tal-International Tax Unit li waslet għall-problemi ta’ cash flow kbar għal dawn il-kumpaniji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-taxxa li għandha tiġi mħallsa mill-kumpanniji għandha titħallas fiż-żmien stipulat fl-Att Dwar L-Amministrazzjoni tat-Taxxa. Il-fatt li azzjonisti ta’ dawn il-kumpanniji jagħmlu talba għal refund ta’ taxxa li tkun mħallsa tard mill-istess kumpanniji m’għandu jkollu l-ebda effett fuq il-penali u l-imgħax li jistgħu jeħlu dawn il-kumpanniji għar-raġuni li ħallsu t-taxxa tard.
Leg 12 PQ #26647 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Tax refund system — tibdil

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ħsieb li tinbidel it-Tax Refund System fil-futur qarib? Jekk le, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbidel il-Provisional Tax System biex tiffaċilità aktar it-tax refund system fis-sens li din tirrifletti l-vantaġġi tat-tax refund system u tiffaċilità aħjar il-cash flow tal-kumpaniji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Pjanijiet għas-settur tas-superyachts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex is-settur tas-superyachts f’Malta jiġi inċentivat dejjem aktar biex jikber, partikolarment fil-qasam tar-refit u/jew il-kostruzzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #26649 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Aviation Cosmetics – żvilupp ta' hangar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju qiegħed l-iżvilupp tal-hangar il-ġdid ta’ Aviation Cosmetics u jekk hux previst xi inkonvenjent fl-inħawi u l-madwar tal-hangar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-izvilupp tal-hangar il-ġdid ta’ Aviation Cosmetics qed isehh fuq art tal-Malta Industrial Parks u ghalhekk mhux taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għat-Turiżmu, qed nidderieġi lill-Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26650 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Niċeċ ta’ turiżmu — analiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju u/jew analiżi biex jiġu identifikati niċeċ ta’ turiżmu oħra li nistgħu nattiraw lejn pajjiżna partikolarment wara l-2018?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorati tal-Marketing u r-Ricerka fi hdan l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu, flimkien ma’ l-ufficini u agenziji barra l-pajjiz, kontinwament jevalvaw u jirricerkaw trends u zviluppi godda fl-industrija turistika internazzjonali. Fost in-nicec li mill-istudji taghna qeghdin naraw potenzjal gdid fihom kemm fil-prezent kif ukoll fil-futur lil hinn mill-2018 insibu City Breaks, LGBT, Luxury Holidays, Cultural & Events Tourism kif ukoll Active Tourism. Wiehed jista’ jghid li dawn huma nicec li ilhom maghna, pero l-fatturi godda li bidlu l-ambjent ta’ dawn in-nicec huwa l-fatt li t-turist tal-lum qieghed jaghmel l-arrangamenti tal-btala dirett u mhux ma’ operatur turistiku, kif ukoll qieghed dejjem izjed ifittex esperjenza awtentika u jaghzel li joqghod fil-qalba ta’ l-attivita fejn jista’ jesperjenza mill-qrib il-hajja ta’ poplu, il-kultura, in-nies, l-gastronomija, u l-polz ta’ pajjiz. L-Awtorita Maltija tat-Turizmu qeghda taghraf il-potenzjal gdid f’dawn l-oqsma u ghaldaqstant diga’ bdiet tibni l- marketing taghha madwar il-promozzjoni ta’ l-izviluppi godda ta’ akkomodazzjoni boutique , fil-Belt Valletta, fil-Kottonera u anke f’villaggi u bliet ohra madwar Malta u Ghawdex, il-kalendarju ta’ avvenimenti u l-esperjenza unikament Maltija. Sabiex qieghed jitwassal dan il-messagg, fi triqitna lejn l-avveniment tant importanti ta’ Valletta 2018, l-MTA qeghda tippromwovi l-kalendarju u prodott li qed jigi ppreparat ghal dan l-appuntament tant importanti pero’ mhix tieqaf hemm ghax l-esperjenza u prodott li qieghed jinholoq se jibqa jintuza wara 2018 u se jkun importanti ferm sabiex inkabbru l-attivita turistika f’livell gholi li kif semmejt qabel qeghda tfittex izjed u izjed l-esperjenza awtentika ta’ pajjiz.
Leg 12 PQ #26657 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Benefiċċji tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rimedji jeżistu għal dik il-familja li tinsab fil-faqar u m’għandhiex il-mezzi finanzjarji biex iddawwar il-meter tad-dawl minn fuq is-sid tal-post li jinsab mikri lilha sabiex tieħu l-benefiċċju tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata iktar tard
Leg 12 PQ #26664 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna r-roża u s-safra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qalbulhom il-pilloli mill-kartuna r-roża għall-kartuna s-safra meta kellhom il-kartuna r-roża permess tal-SLH 145 għax kienu diabetiċi sas-sena 2012, mis-sena 2012 sal lum? Jista’ jgħid jekk meta nqalbu l-pilloli mill-kartuna r-roża SLH 145 għall-kartuna s-safra din inqalbitx bil-kunsens tal-pazjent? Jekk iva, intużat karta ta’ kunsens? X’rimedju ser jieħu l-gvern għal dawk il-persuni li qed jilmentaw li nqalbet il-mediċina li kienu jieħdu fuq il-kartuna r-roża għas-safra mingħajr il-kunsenes tal-pazjent? Jekk il-pilloli li kienu jieħdu mill-kartuna r-roża ma nqalbietx bil-kunsens tal-pazjent, jista’ jerġa’ jieħu din il-kartuna r-roża għax kien diabetiku sas-sena 2012?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Marzu tal-2012 permezz tad-DPA Memo 01/2012, l-gvern precidenti kien hareg regoli godda dwar entitlement tal-pazjenti li jbatu mid-dijabete. Skond dawn ir-regoli mfassla mill-gvern precidenti, kull pazjent bi djanjosi gdida tad-dijabete wara s-27 ta’ Marzu 2012 kien intitolat biss ghall-kartuna s-safra, pazjenti bi djanjosi tad-dijabete qabel 27.03.2012 setghu jew izommu l-kartuna r-roza jew jaqilbu fuq il-kartuna s-safra. Pero dawn l-istess regoli tal-2012 kienu jghidu illi pazjenti li jaghzlu li jibqaw fuq il-kartuna r-roza ma jkollomx dritt jiehdu medicini godda tad-dijabete, insulina, kif ukoll glucose meter u sticks . Id-Dipartiment tas-Sahha flimkien mad-dipartiment tas-Sigurta Socjali qeghdin jirrevedu dawn ir-regolamenti biex dawk il-pazjenti li tilfu xi beneficcji minhabba l-Memo mahruga fi zmien gvern nazzjonalista jerga jkollhom access ghal dawn il-beneficcji.
Leg 12 PQ #26682 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Fondi kapitali għall-qasam tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus kull sena f’din il-leġiżlatura mill-fondi kapitali għall-qasam tas-saħħa mentali? Jista’ jagħti n-nefqa sena b’sena minn Marzu 2013 sa Ġunju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2014 intefqu €493,846.56 filwaqt li fis-sena 2015 intefqu €425,609.31 mill-fondi kapitali ghall-qasam tas-sahha mentali.
Leg 12 PQ #26683 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża kull sena, minn Marzu 2013 sa Ġunju 2016, f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, f’din il-Leġiżlatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa totali ghac-centri ta’ matul il-jum għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, ghas-sena minn Marzu sa Dicembru tal-2013 kienet €482,141.14, fis-sena 2014 kienet €761,896.00 filwaqt illi fis-sena 2015 kienet ta’ €840,534.00.
Leg 12 PQ #26684 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità tad-Djar – flats jew appartamenti allokati għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il flat jew appartament ġie allokat mill-Awtorità tad-Djar f’din il-Leġiżlatura (minn Marzu 2013 sa Ġunju 2016) lill-Isptar Monte Carmeli jew lil xi għaqda volontarja sabiex tintuza minn persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 12 PQ #26685 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – servizz tal-outreach

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-outreach tal-Isptar Monte Carmeli u jekk kull klijent li qed jagħmel użu minn dan is-servizz għandux care plan? Kemm hija l-waiting list biex jingħata dan is-servizz fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa it-tim ta’ l-outreach tal-isptar Monte Carmeli qed jagħti servizz lil 103 pazjenti. Kull service user għandu mfassal pjan ta’ kura għalih. Bħal issa hemm 9 pazjenti riferuti ġodda u li qedgħin jiġu assessjati biex jibdew jirċievu s-servizz.
Leg 12 PQ #26686 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Spetturi tas-Sanità (Environment Health Inspectors)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Spetturi tas-Sanità (Environment Health Inspectors) li gradwaw mill-Università ta’ Malta fl-2014 u l-2015 u għadhom ma ġewx impjegati biex jagħmlu xogħol mad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-sena 2013 u is-sena 2015 kien hemm 4 gradwati fil-BSc in Applied Food and Nutritional Sciences. F’dan il-perjodu gew ingaggati 6 persuni bhala Spetturi tas-Sanita’. Fiz-zmien li gej hu mistenni li tohrog sejha ohra skond il-htiega tad-dipartiment.
Leg 12 PQ #26687 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Dipartiment tad-Dentistrija — Dentisti li gradwaw jew se jiggradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti li gradwaw jew se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta u li għadhom ma’ ġewx impjegati u lanqas ma ġew avviċinati b’offerta ta’ impjieg biex jaħdmu fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-6 ta’ Gunju 2016 harget sejha ghall impjieg ta’ dentist fid-Dipartiment tad-Dentistrija . Din is-sejha ghalqet fl-20 ta’ Gunju 2016. Bhalissa qed isir l-process tal-ghazla.