Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – uffiċjali li rtiraw jew irriżenjaw

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25883, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni ta’ sess femminili u maskili mit-331 membru tal-Korp li waqfu jservu? Jista’ jindika kemm minnhom spiċċaw bl-età u kemm wara 25 sena servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Community Work Scheme – assenjazzjoni ta’ ħaddiema mal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema sistema qed jiġu assenjati l-ħaddiema tal-Fondazzjoni li qed tħaddem il-Community Work Scheme mal-kunsilli lokali u x’inhuma l-kriterji uffiċjali biex dan isir? Jista’ jindika kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-kunsilli lokali u ma’ liema? Jista’ jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-mod ta’ kif jiġu assenjati l-ħaddiema mal-Kunsilli Lokali. L-assenjazzjoni tal-parteċipanti kemm meta kienu fil-Community Work Scheme u kemm issa taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni, hija fid-deskrizzjoni ta’ Jobsplus. Rigward il-kumplament tal-informazzjoni mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 25228 u 25378.

Forzi Armati ta’ Malta – uffiċjali u membri li rriżenjaw/irtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri u uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2016 irtiraw jew irriżenjaw mill-Korp?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li li fil-perijodu msemmi irtiraw jew irriżenjaw mill-Forzi Armati ta’ Malta 22 Ufficjal u 254 suldat regulari.
Leg 12 PQ #26624 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn –żvilupp tas-sit tal-ex Jerma Palace Hotel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25884 u jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-permess li ġie sottomess oriġinarjament mal-MEPA sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-ex Jerma Palace Hotel, f’Wied il-Għajn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni 'Outline' PA3836/08 u mhux permess kif ntqal fil-mistoqsija tiegħu, fejn qed jintalab twaqqigħ sħiħ tal-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn u bini mill-ġdid ta' lukanda kif ukoll numru ta' residenzi li jagħmlu parti minn pjan ta' proġett sħiħ. Din l-applikazzjoni giet sottomessa fit- 2 ta' Awwissu 2008 u giet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika fit- 3 ta' Settembru 2008 għal-terminu ta' 21 ġurnata. Bejn it-22 ta' Ottubru 2008 u t-23 ta' Marzu 2009, l-istess applikazzjoni għaddiet mill-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan l-Awtorita' tal-Ippjanar fejn ġie stabbilit illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal-Development Brief kif gie stabilit fil-Pjan Lokali ta’ Marsaskala. L-applikant gie informat, permezz ta' ittra uffiċjali datata 23 ta' Marzu 2009, illi jekk jagħżel li jkompli bl-iproċessar tal-applikazzjoni, id-Direttorat tal-Ippjanar ikollu jipproċedi billi japplika l-Planning Policies tal-Pjan Lokali preżenti, cioe' jipproċedi b'rakkomandazzjoni negattiva għal-deċizjoni quddiem il-Bord tal-Ippjanar. Għalhekk din l-applikazzjoni tinsab sospi¿a tistenna sottomissjonijiet mill-applikant wara li l-Awtorità informatu illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal- Development Brief kif mitlub mill-Pjan Lokali taż-żona.

Jobsplus — Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’korsijiet qed isiru bħalissa mill-Jobsplus marbuta ma’ xogħol fl-injam, xjenza elettronika, plastering, tile laying u welding? Jista’ jindika minn min qed isiru dawn il-korsijiet, kemm ġew outsourced u kemm ġew ingaġġati b’direct order? Jista’ jagħti lista sħiħa tal-kumpaniji li ġew outsourced għal dawn il-korsijiet u fuq kemm-il sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li Jobsplus tikkonferma illi l-ebda mill-korsijiet tagħha, inklużi dawk indikati mill-Onor. Interpellant, ma ġew outsourced lil xi kumpanija. Id-dettalji dwar il-korsijiet imsemmija huma kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Kors Numru ta’ korsijiet pjanati Numru ta’ korsijiet li tkomplew Numru ta’ korsijiet li ġew kanċellati Numru ta’ korsijiet li għadhom ma tlestewx Electrician’s Assistant 2 1 1 0 Electrical Domestic Licence A 4 1 1 2 Tile Laying 1 0 1 0 Plastering 1 0 1 0 Carpentry & Joinery 0 0 0 0 Welding 0 0 0 0 Il-korsijiet offruti minn Jobsplus huma kollha mgħallma minn trainers ingaġġati ma’ Jobsplus fuq bażi part-time casual.

Jobsplus — persuni li jirreġistraw għax-xogħol ingaġġati fis-servizz ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ġew effettivament ingaġġati fis-servizz ta’ sigurtà assenjati ma’ Jobsplus? Jista’ jindika meta nħarġu l-liċenzji tas-sigurtà tagħhom? Jista’ jindika jekk huwiex għaddej b’refresher courses għal dawk il-persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’April ta’ din is-sena ġew ingaġġati żewġ persuni fis-servizz ta’ sigurtà. Infurmat minn Jobsplus li t-tnejn li huma għandhom liċenzja valida. Bħalissa mhuwiex għaddej refresher course għal dawn il-persuni.

L-Imsida – traffic counts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-traffic counts li Transport Malta għamlet dwar iż-żona tal-Imsida?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26631.

San Ġwann – Triq Salvu Busuttil – stallazzjoni ta’ speed camera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jikkonsidra li jistalla speed camera fi Triq Salvu Busuttil, San Ġwann, peress li din issa ġiet triq arterjali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandha l-ebda talba biex tiġi stallata speed camera f’din l-akwata.
Leg 12 PQ #26637 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prezzijiet tal-Elettriku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi d-differenza fil-prezz li l-klijenti jkollhom iħallsu tal-elettriku, skont il-kategorija ta' servizz li jkollhom? X'inhuma l-kriterji li jwasslu biex klijent iħallas skont kategorija, minflok oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Avviż Legali Nru. 108 tal-2014 dwar it-tariffi tal-elettriku għar-residenzi u Avviż Legali Nru. 107 tal-2015 dwar it-tariffi non-residenzjali.
Leg 12 PQ #26651 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li min ikollu bżonn operazzjoni barra minn Malta qed jittieħed l-Ingilterra u fl-ebda pajjiż Ewropej ieħor? Jista’ jgħid jekk hemmx diskussjonijiet ma’ pajjiżi oħra sabiex il-pazjenti jkollhom għażla?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghalkemm permezz tal-cross border directive pazjenti Maltin jistghu jitolbu ghal pre-authorisation biex jiehdu kura f'kull pajjiz tal-Unjoni Ewropeja, l-maggoranza ta' pazjenti li jkollhom bzonn kura barra minn Malta jintbaghtu r-Renju Unit. Dan minhabba arrangament reciproku li jezisti bejn Malta u r-Renju Unit. Hemm arrangamenti ohra ma’ centri f’Milan u Palermo biex pazjenti jkunu jistghu jintbaghtu ghall-trattamenti partikulari f'dawn l-ibliet. Jintbaghtu ukoll pazjenti f'centru specjalizzat fil-Germanja sabiex ikunu jistaw jiehdu trattament partikolari kontra l-kancer.

Wied iż-Żurrieq – ċirkolazzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk biex tiġi mtejba ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku kif ukoll il-parkeġġ f’Wied iż-Żurrieq u fl-inħawi filwaqt li jagħmel attrazzjoni oħra, hux qed jiġi inċentivat b’xi mod li ssir cable car li tagħqad Wied iż-Żurrieq man-naħa magħrufa tal-Ġibjun?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, m’hemm l-ebda pjanijiet f’dan ir-rigward.

Żieda fl-Impjiegi – ħaddiema barranin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19515 fejn juri ċ-ċifra ta' żieda fl-impjiegi full-time u part-time separatament fost il-ħaddiema b'nazzjonalità mhux Maltija, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn huma minn pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea u kemm minn dawn mhumiex mill-Unjoni Ewropea? Jista' għaż-żewġ kategoriji jelenka l-aktar ħames nazzjonalitajiet fl-Unjoni Ewropea fejn kien hemm l-akbar żieda fl-impjiegi f'pajjiżna, u l-aktar ħames nazzjonalitajiet li mhumiex fl-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #26666 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Madliena – Ta’ Stronka — proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jbigħ proprjetà jew partijiet mill-proprjetà fl-inħawi Ta’ Stronka fil-Madliena fejn hemm il-Medical Stores?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li qed issir konsultazzjoni dwar revi¿joni parzjali tal-pjan lokali dwar din iż-żona mill-Awtorità tal-Ippjanar ,id-Dipartiment tal-Artijiet qed jistenna l-eżitu ta’ din il-konsultazzjoni qabel ma jikkonsidra bejgħ ta’ propjetà fl-inħawi Ta’ Stronka fil-Madliena.
Leg 12 PQ #26667 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Madliena – Ta’ Stronka — proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sal-lum qattx ħarġet sejħa għall-offerti biex din il-proprjeta' Ta’ Stronka fil-Madliena jew inkella partijiet minn din il-proprjetà jew artijiet fl-inħawi jinbiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu offerti u jekk intlaħqux l-offerti minimi li stabbilixxa l-Gvern għal din l-offerta? Jekk le, il-Gvern huwa beħsiebu jerġa’ joħroġ din l-offerta? Jekk iva, jista’ l-Ministru jindika jekk il-parametri tas-sejħa għall-offerti hux se jkunu l-istess jew inkella humiex se jinbidlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Settembru 2013 kienet ħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta’ ħdax-il sit individwali fiz-zona ta’ Stronka l-Madliena izda l-ebda waħda minn dawn is-siti ma nbiegħu. F’din is-sejħa intefgħet offerta waħda għal sit wieħed u offerta oħra għal sit ieħor. Għalkemm iz-zewġ offerti kienu ftit ogħla mill-valur minimu li stabbilixxa l-Gvern, dawn iz-zewġ offerti ma ġewx milqugħa. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26666.
Leg 12 PQ #26668 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Madliena – Ta’ Stronka – pjan ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk għaż-żona Ta’ Stronka fil-Madliena hux qed ikun ippjanat tibdil fil-Pjan ta’ Żvilupp għal din iż-żona? Jekk fl-affermattiv, x’tip ta’ tibdil qed ikun ippjanat għal din iż-żona? It-tibdil li qed ikun ikkunsidrat jinkludi tibdil fil-height limitations u tibdil fit-tip ta’ żvilupp fuq dak li jista’ jsir s’issa fiż-żona Ta’ Stronka? Jekk iva, x’tip ta’ żvilupp qed ikun ikkunsidrat? Qed ikun ikkunsidrat li jista’ jsir żvilupp li mhumiex villel? Qed ikun ikkunsidrat li jsiru xi forma ta’ appartamenti bit-tibdil li qed ikun ikkunsidrat fil-pjan ta’ żvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-avviż tal-istess Awtorita, jindika biċ-ċar li ser ikun hemm tibdil fil-Pjan ta’ Żvilupp għaż-żona ta’ Stronka. It-tibdil huwa maħsub biex jipproteġi l-wirt storiku li hemm fuq dan is-sit, liema wirt kien ippjanat li jinqered taħt il-pjan attwali approvat fl-2006. Id-direzzjoni tal-Gvern kienet tindika li l-ambjent residenzjali għandu jiġi mħares u għalhekk mhux se jkun propost l-ebda żvilupp li jkun imur kontra din id-direzzjoni. Il-proposta dettaljata għada qed tiġi ppreparata mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u wara tkun ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika.
Leg 12 PQ #26675 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet sportivi – twaħħil ta’ tabelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-għaqdiet sportivi humiex eżenti mill-ħlasijiet ta' Transport Malta biex iwaħħlu tabelli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #26676 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet sportivi – twaħħil ta’ tabelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika fejn fl-avviż legali dwar ħlasijiet dovuti lil Transport Malta għat-twaħħil ta' tabelli hemm imniżżel li l-għaqdiet sportivi huma eżenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #26688 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Total knee replacement implant

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, il-Gvern kemm xtara total knee replacement implants?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taht din l-amministrazzjoni ddahlet sistema ta' pay-per-use ghat-total knee implants. Ghaldaqstant il-gvern jixtri biss skond kemm ikollu bzonn fuq bazi ta' 24 siegha.
Leg 12 PQ #26689 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Total hip replacement implant

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm saru total hip replacement implants?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' total hip replacements li saru mis-sena 2013 sal-2015 kien ta' 568.
Leg 12 PQ #26690 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Revision total knee replcement

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm saru revision total knee replacement?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2014 u l-2015 saru medja ta' 24 revision total knee replacement kull sena.