Skart mormi f’għalqa biswit residenza – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba li qiegħed jintrema skart f'għalqa biswit ir-residenza tagħha u li qegħda toħloq problemi ta’ saħħa u sigurtà?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċerant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet għall-post ta’ kuntistabbli? Kemm hu previst in-numru ta’ vakanzi għal dan il-post? Jista’ jgħid jekk saritx l-għażla finali? U finalment, meta huwa previst li jibda l-kors għal dawk magħżula?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta' applikanti għall-post ta' kuntistabbli, kien ta' mitejn u wieħed u ħamsin (251). L-għażla finali saret u minn dawn mija u tmienja u għoxrin (128) rekluta intagħżlu. Il-kors tal-istess rekluti beda nhar il-Ħamis, 14 ta' Lulju 2016.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26656 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali humiex obbligati li fil-konfini tal-lokalità tagħhom ikollhom bring-in sites? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' bring-in-sites li kull lokalità f'Malta u Għawdex għandu jkollha u x'inhuma l-kriterji biex ġie stabbilit dan in-numru għal kull lokalità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda provvediment fil-liġi li jobbliga kemm għandu jkun hemm bring-in sites f’kull lokalità f'Malta u Għawdex u għaldaqstant ma hemm l-ebda kriterji legali kif jiġi stabbilit in-numru ta’ bring-in sites għal kull lokalità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26655 li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi disponibbli permezz tal-Environment Initiative Partnership Programme (EIPP) tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta’ Mejju kien hemm €1,896,463.27 disponibbli fil-Fond tal-Environment Initiative Partnership Programme (EIPP).
Jista’ l-Ministru jara fiex wasal il-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jara li l-Awtorità tad-Djar tibgħat għall-familja applikata peress li ilhom żmien twil ħafna ma jkellimhom xi ħadd mill-Awtorità tad-Djar dwar dan il-każ pjetuż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-każ imsemmi minnu huwa magħluq.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jitneħħa l-abbuż u l-periklu li hemm għall-baħħara fil-bajja tax-Xemxija hekk kif indikat fir-ritratti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tieħu l-passi neċessarji biex kull periklu jitneħħa mill-aktar fis possibli.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ Income Tax?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26649 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju qiegħed l-iżvilupp tal-hangar il-ġdid ta’ Aviation Cosmetics u jekk hux previst xi inkonvenjent fl-inħawi u l-madwar tal-hangar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-hangar il-ġdid tal-Aviation Cosmetics sejjer ikun lest sa Ottubru 2016 u mhux previst l-ebda inkonvenjent fl-inħawi u l-madwar tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26648 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex is-settur tas-superyachts f’Malta jiġi inċentivat dejjem aktar biex jikber, partikolarment fil-qasam tar-refit u/jew il-kostruzzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Pre¿entament, Il-Gvern qed jesplora possibilitajiet u opportunitajiet li s-settur tas-superyachts jista joffri għal Malta. Bla dubbju ta’ xejn il-Gvern iħares lejn dan is-settur bħala suq li jista jikber u jifjorixxi. Il-Gvern jemmen li Malta għandha qagħda startegika eċċellenti fuq xhiex tista tibni il-komepttivita tagħha f’dan is-settur. Tajjeb insemmu li l-Gvern qed jespolora possibiltajiet biex tittejjeb l-infrastruttura ħalli pajjizna ikun jista jgawdi minn opportunijiet li is-settur joffri, dejjem b’mod sostennibli.
Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi huwa responsabbli mill-promozzjoni tas-settur Marittimu u għalhekk f’kas li d-domanda tal-interpellant tikkonċerna fost affarijiet oħra l-infrastuttura din ghanda issir lill-Minstru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26657 u jgħid x'rimedji jeżistu għal dik il-familja li tinsab fil-faqar u m’għandhiex il-mezzi finanzjarji biex iddawwar il-meter tad-dawl minn fuq is-sid tal-post li jinsab mikri lilha sabiex tieħu l-benefiċċju tad-dawl u l-ilma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. li l-benefiċċju msemmi huwa amministrat mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.
Fl-istess waqt deċiżjoni li ħa dan il-Gvern se twassal biex persuni li jgħixu fi propjeta’ mikrija mhux se jkollhom bżonn aktar il-kunsens tas-sid biex jibbenefikaw minn rati residenzjali, u b’hekk minn rati orħos tal-enerġija.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta beda s-servizz privat ta' taxis mill-Isptar Mater Dei? Kien hemm sejħa jew tender għal dan is-servizz jew kien direct order? Liema kumpanija ħadet it-tmexxija ta' dan is-servizz u x'inhu l-valur ta' dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex toffri izjed servizzi lil min juza l-isptar Mater Dei, l-amministrazzjoni tal-isptar lahqet ftehim tal-Malta Public Transport biex tincentiva haddiema u qraba li jkollhom pazjenti fit-tul f'Mater Dei biex juzaw it-trasport pubbliku. Bhalissa ghaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-White Taxi Association sabiex ikun hemm post iddedikat ghat-taxis f'Mater Dei. Mater Dei qieghed ukoll jahdem ma' kumpaniji privati sabiex ikun hemm servizz ta' trasport specjalizzat lejn u lil hinn mill-isptar.
Mellieħa – Triq il-Kbira – inċidenti rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti li seħħew fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa bejn Jannar 2014 u Ġunju 2016 u li kienu irrapportati lill-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta' inċidenti tat-traffiku li seħħew fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa u rraportati lill-Pulizija fil-perjodu indikat kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
Sena
Ammont
2014
8
2015
6
2016 (sa Ġunju)
6
Mellieħa – Triq il-Kbira – inċidenti li fihom kien jinħtieġ l-intervent tal-Gwardjani Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti li seħħew fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa bejn Jannar 2014 u Ġunju 2016 u li fihom kien jinħtieġ l-intervent tal-Gwardjani Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u l-mistoqsija tiġi mwieġba f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26481 u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Birkirkara, l-Imsida , Gżira , San Ġiljan, iż-Żurrieq, il-Kalkara, Ħal Luqa, Qormi u iż-Żejtun b'mod separat bejn l-1 ta' Novembru 2015 u l-20 ta' Ġunju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26676 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jindika fejn fl-avviż legali dwar ħlasijiet dovuti lil Transport Malta għat-twaħħil ta' tabelli hemm imniżżel li l-għaqdiet sportivi huma eżenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont Artiklu 5(1) (L) tal-Avviż Legali 103 tal-2016 (Regolamenti tal-2016 dwar Billboards u Reklami), istituzzjonijiet rikreattivi, li jinkludu għaqdiet sportivi, huma eżentati minn ħlasijiet dovuti lil Transport Malta.
Awtorità tal-Ippjanar – organizzazzjonijiet sportivi – rati preferenzjali għal permessi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk organizzazzjonijiet sportivi jgawdux minn rati preferenzjali meta japplikaw għall-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini li fuqhom tali rati huma komputati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt informat mill-Awtorita tal-Ippjanar,li strutturi ta’ faċilitajiet sportivi jew strutturi anċillari, eskluż l-użu ta’ Klassi 4C u 4D, li ma jkunux parti minn żvilupp kummerċjali, u fejn l-applikant ikun il-Kunsill Malti għall-iSport jew entità reġistrata mal-Kunsill Malti għall-iSport jaqgħu fil- kategorija ta’ soċjali/kulturali/sportiva/edukattiva/ċaqlieq meħtieġ skont Avviż Legali Numru 356 tal-2010.
Annessa tinsab tabella li tagħti ir-rati ta’ din il-kategorija.
DPF
Drenaġġ
Triq
Ħlas Ambjentali
Massimu
Rata (€)
Rata (€)
Rata (€)
Rata (€)
Rata (€)
Żvilupp
Kull m ²
Kull m ²
Kull m ²
Kull m ²
DPF
Ħlas Ambjentali
Soċjali/Kulturali/ Sport/Edukattiv/ ċaqlieq meħtieġ
4.00
2.20
1.20
0.12
35,000
2,000
Ħal Safi – Aviation Park – proġett ta’ espansjoni u tkabbir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-proġetti (mingħajr ma jagħti l-ismijiet għal raġunijiet kummerċjali) ta’ espansjoni u tkabbir tal-Aviation Park f’Ħal Safi? Jista’ jindika liema huma s-siti li se jintużaw għal dawn il-proġetti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-pjan tal-Gvern għall-espansjoni tal-industrija tal-avjazzjoni sar tkabbir fil-Park tal-Avjazzjoni f'Ħal Safi.
Il-Proġetti jinkludu s-segwenti:
Kostruzzjoni ta' faċilita' għall-isprejjar tal-ajruplani, Kostruzzjoni ta' ħangar ġdid għall-manutenzjoni tal-ajruplani għal kumpanija li diġa qiegħda topera fil-park, Kostruzzjoni ta' faċilita' għall-manutenzjoni, tiswija u 'overhaul' ta' ajuruplani (Code B).
Is-siti li ser jintużaw għal dawn il-proġetti huma dawk li jaqgħu taħt żoni amministrati mill-Malta Industrial Parks Limited.
Jista’ l-Ministru jgħid huwiex minnu li bħalissa mhemmx kopji stampati tar-reġistru elettorali li normalment jinbiegħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) lill-pubbliku? Jista' jgħid jekk il-kopji li kienu diġa' stampati u għall-bejgħ ġewx irtirati hekk kif ġew żvelati sensiela ta' nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' diversi persuni li isimhom ġie nkluż fir-reġistru elettorali ppublikat f'April 2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-verżjoni stampata din kienet giet sospiża biss temporanjament u dan sakemm saret verifika li tirrigwarda l-ispiża ta’ l-istampar. Dan sar f’qasir żmien u ninsab informat li r-Registru Elettorali fil-verżjoni stampata ilu li reġa jinsab għall-bejgħ. Il-bejgħ tal-verżjoni CD tar-Registru Elettorali qatt ma’ ġiet sospiża u l-bejgħ baqa’ għaddej.