Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32077 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – fixed wing runway, tkabbir tal-Port tal-Imġarr u l-faċilitajiet fix-Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema studji ġodda nbdew matul l-aħħar erba’ snin, għal dak li jikkonċerna fixed wing runway, f’Għawdex, it-tkabbir tal-port tal-Imġarr u t-titjib tal-faċilitajiet fix-Xlendi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa’ tennejt diversi drabi, f’dan l-istadju, il-prioritajiet għal dan il-Gvern huma fibre optic cable alternattiva bejn Malta u Għawdex, fast ferry service mill-Imġarr Għawdex għall-Belt Valletta u baga ġdida għall-cruise liners fl-entratura tal-port tax-Xlendi.

Marsaxlokk — Skola Primarja – tfal li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSAs

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja f’Marsaxlokk fis-sena akkademika preżenti li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvati mid-Dipartiment? Jista’ jgħid kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskola primarja tal-Marsaxlokk hemm ħmistax-il (15) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm għaxar (10) LSAs. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.

Ħal Għaxaq – Triq il-Belt Valletta – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din is-sena huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fuq Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq billi għandha bżonn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.

Ħal Għaxaq – Triq il-Gardell — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din is-sena humiex ser isiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex Triq il-Gardell f’Ħal Għaxaq tiġi asfaltata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li fi ħsiebu jdaħħal lil Triq il-Gardell fil-programm ta’ xogħlijiet ta’ toroq fis-snin li ġejjin skont il-finanzi u l-esiġenzi li jinqalgħu matul is-sena.

Bdil ta' post — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta' post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #32108 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' dawl — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata, l-każ ġie mistħarreġ, u ttieħdu l-provvedimenti meħtieġa biex il-każ jiġi solvut.

Sussidju ta’ kera – każ ta‘ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward sussidju ta’ kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-każ tal-persuna li qed issir referenza għaliha qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – sussidju fuq irranġar ta’ dar – każta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-Awtorità tad-Djar dwar każta’ sussidju fuq irranġar ta’ dar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Direttorat tal-Edukazzjoni – għalliema tal-Iskola Sekondarja tal-Ħamrun — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu min-naħa tad-Direttorati biex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni xejn faċli għall-għalliema fl-Iskola Sekondarja tal-Ħamrun?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) qiegħed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fl-iskola msemmija. Infurmat li ttieħdu dawn il-miżuri: · Saru laqgħat mal-MUT u wara wkoll mas- Senior Management Team (SMT) kif ukoll mal-istaff u l-Prinċipal tal-Kulleġġ biex inkomplu nassistu s-sitwazzjoni. · Ġiet organizzata aktar ir- reception area fejn qabel kien hemm messaġġier li jilqa’ n-nies imma issa ssaħħet b’persuna mħarrġa fuq sigurtà. · Biex nassistu lill-iskola, intbagħtu żewġ għalliema rġiel tal-PE biex jgħinu fir -replacements. · Kwistjonijiet żgħar ta’ natura amministrattiva bħal Class Lists ġew riżolti u ssetiljati. · Qiegħda ssir emfasi kbira biex l-uniformi tal-istudenti tinżamm kif suppost. Dan barra l-preżenza tal-SMT fil-kuriduri bejn il-lezzjonijiet. Sadanittant, id-Direttur Ġenerali, DES qiegħda ssegwi b’mod dirett din l-iskola flimkien mal-Prinċipal tal-Kulleġġ.
Leg 12 PQ #32134 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – complement tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien il-complement tal-ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Diċembru 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm hu mistenni li jiġu impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? F'liema kategorija ta’ impjieg mistennija jidħlu dawn il-persuni? X’proċedura qed tintuża għall-inġagg ta’ dawn il-persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-complement tal-ħaddiema fil-Korporazzjoni f’dawn l-aħħar snin kien : Sena Numru 2013 912 2014 975 2015 968 2016 987 Matul dawn l-aħħar erba’ snin il-Korporazzjoni tejbet is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tant li minn telf issa qed tagħmel profit. Din is-sena l-Korporazzjoni se tkun qed tiftaħ tliet impjanti ġodda ta’ produzzjoni ta’ new water li mistennija jiġġeneraw mas-7 miljun metru kubu ta’ ilma ġdid mid-drenaġġ. Minkejja li l-produzzjoni tal-ilma ser tiżdied b’terz permezz tan-new water, il-Korporazzjoni ser iżżomm l-istess livell ta’ impjiegi. Filfatt l-ingaġġ ta’ multi skilled fitters li qed isir se jindirizza dawk il-persuni li rtiraw mix-xogħol tagħhom f’dawn is-snin u l-ispiża tal-pagi ta’ dawn il-ħaddiema ser tkun cost neutral sal-2018. Il-proċedura li tintuża hi dik li normalment tintuża f’każi ta’ reklutaġġ, ċioe’ b’talba lil Jobs Plus.
Leg 12 PQ #32135 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ Kanċer

Question

Billi reċentement il-Ministru kien irrapportat li qal li madwar 2,000 każ ġdid ta’ kanċer jiġi reġistrat f Malta kull sena, jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm qed ikunu t-tipi differenti ta’ kanċer li jiġu reġistrati u kif dawn jitqabblu ma’ statistika ta’ pajjiżi oħra? Kif qed ikunu mifruxa lokalità b’lokalità dawn il-każijiet ta’ kanċer?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2010 u l-2015, fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, kien hemm reġistrati medja ta’ 1908 każ ġdid ta’ kanċer (medja ta’ 964 fin-nisa u 944 fl-irġiel). It-Tabella t’hawn taħt turi kif ir-rata tal-kanċer f’Malta tikkompara ma’ dik Ewropea. In-numri jirreferu għar-rata tal-kanċer għal kull mitt elf persuna (WASR –World adjusted standardised rate). Kif jidher fit-tabella, hemm ċerti tipi ta’ kanċer li r-rata tagħhom hija nqas minn dik Ewropea (eż. pulmun, multiple myeloma, għonq tal-uteru ) u hemm oħrajn li r-rata hija għola (eż. Uteru,frixa, tirojde). Sit tal-kanċer WASR (Nisa) Malta WASR (Nisa EU 28) WASR (Irġiel) Malta WASR (Irġiel EU 28) Pulmun 9.62 11.70 35.03 45.10 Musrana l-kbira 22.25 24.40 33.32 39.50 Uteru 16.71 12.70 0.00 0.00 Melanoma 9.31 10.60 7.20 8.70 Kliewi 6.08 5.80 9.55 12.40 Larinġi 0.83 0.70 4.94 5.90 Multiple Myeloma 1.77 2.50 2.81 3.70 Hodgkins 2.17 2.00 2.74 2.40 NHL 9.70 7.00 11.19 10.10 Frixa 6.19 5.90 8.93 8.20 Sider 80.01 80.30 0.00 0.00 Ovarji 10.91 9.40 0.00 0.00 Għonq tal-Uteru 3.85 6.10 0.00 0.00 Bużżieqa tal-U rina 3.11 4.00 13.56 19.10 Tirojde 11.06 8.40 3.77 2.90 Stonku 4.37 4.80 9.02 10.10 Prostata 0.00 0.00 46.08 47.20 Total 228.15 241.40 243.35 311.30 Ninfurmah ukoll illi l-iktar lokalitjiet li r-residenti tagħhom sofrew mil-kanċer kienu l-Mosta u Ħal Qormi filwaqt li l-inqas lokalita’ kienet Ħal Kirkop.
Leg 12 PQ #32136 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – persuni fi grad ta’ multi-skilled fitters

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu persuni fi grad ta’ multi-skilled fitter (MSF) mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wara l-aħħar sejħa li saret?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu mhux finalizzat.
Leg 12 PQ #32137 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (VELLA, GEORGE)

Nnforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Leg 12 PQ #32140 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu, ma hemmx Dipartimenti u Kumpaniji Parastatali.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.

Nisa – Pensjoni tar-Romol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn nisa li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm min dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tar-raġel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni (nisa) li jirċievu Pensjoni tar-Romol huwa ta’ 16,288 u minnhom 1,758 kien jaqblilhom li jirċievu l-pensjoni tar-raġel. Bis-saħħa tal-miżura tal-baġit li ddaħlet is-sena l-oħra, 1,758 mara bdew jirċievu ir-rata tal-pensjoni sħiħa ta’ żwieġhom, u mhux aktar 5/6 tal-pensjoni.

Unemployment assistance – rata fil-ġimgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata fil-ġimgħa titħallas persuna li mhux qed taħdem u qed tirċievi l-unemployment assistance? Jista’ jgħid kemm hija r-rata li titħallas biha persuna li titqies bħala kap tal-familja u persuna oħra li mhijiex kap tal-familja imma tgħix ma’ membri oħra tal-familja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ir-rata massima ta’ Unemployment Assistance għal persuna waħedha hija ta’ €103.21 fil-ġimgħa. Ma’ dan l-ammont jiżdied ukoll il-bonus addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa. Għal kull persuna addizzjonali r-rata tiżdied bi €8.15 fil-ġimgħa. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-każ ta’ persuna li hija singola u tgħix f’familja oħra, ir-rata massima hija ta’ €77.40 flimkien mal-bonus addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa. Minbarra L-Unemployment Assistance, dawn il-familji jirċievu wkoll L- Energy Benefit u Ic- Childrens’ Allowance . Il-benefiċċju tal-Enerġija ivarja skont il-konsum u l-household, u r-rata tac-Childrens’ Allowance tvarja skont kemm hemm tfal taħt is-sittax-il sena. Kull min ghandu tfal fuq is-16-il sena jew m’għandux tfal ikun intitolat għas-Supplimentari.