Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32820 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — Ġnien tas-Salib

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn 1 ta' April 2013 u l-6 ta' April 2017 qattx saret talba mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa lill-awtoritajiet (inkluż lid-Dipartiment tal-Artijiet) sabiex parti jew il-ġnien kollu (Ġnien tas-Salib) li jinsab bejn Triq il-Kbira u Triq tas-Salib fil-Mellieħa jingħatax għal użu ta' terzi persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Persuni involuti fl-isport — rapporti

Question

Billi minn żmien għall-ieħor ikun hemm rapporti ta' problemi marbutin ma' irregolaritajiet minn persuni involuti fl-isports, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet li qed jiġu investigati mill-pulizija, dwar allegat xiri, jew tbagħbis ieħor fl-isports? X'tip ta' kollaborazzjoni hemm bejn il-pulizija u d-diversi assoċjazzjonjiet sportivi li għandna f'Malta u Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

intrapriżi privati — ingaġġ ta' Persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm intrapriżi privati li mhux qed jilħqu l-perċentwali stabilità mil-liġi għal dak li jikkonċerna t-tħaddim ta' persuni b'diżabilità? X'passi qed jittieħdu biex dak stabilit mil-liġi fil-fatt jiġi assigurat? F'dawk il-każijiet meta dak stabilit ma jintlaħaqx, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm qed jitħallsu flus minn dawk li mhux qed jimxu mal-liġi? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk hemmx entitajiet governattivi (korporazzjonijiet, awtoritajiet, jew entitajiet oħra), li wkoll qed jiġu mġegħla jħallsu, għaliex ma jilħqux il-kriterjai stabilit mil-liġi? Jekk iva liema huma dawn l-istess entitajiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Marzu 2017 kien hemm 665 intrapriża privata li ma kenitx qed tilħaq il-perċentwali stabbilita mil-liġi għal dak li jikkonċerna t-tħaddim ta' persuni b'diżabilità. Il-Lino Spiteri Foundation li llum hija l-entità responsabbli li tipprovdi għajnuna lill-intrapriżi biex jidentifikaw persuni b'diżabilità addattati għax-xogħol mitlub minnhom, qed tipprovdi kull assistenza meħtieġa għal dan il-għan. Dawk l-intrapriżi li ma laħqux il-perċentwali ġew mitluba jħallsu l-kontribuzzjoni kif stabbilit fil-liġi. Il-ħlas dovut f’każijiet fejn il-perċentwali hekk kif stabbilita mil-liġi ma ntlaħqitx kienu kif jidhru hawn taħt: · Fl-2015 il-kontribuzzjoni kienet ta’ €800 għal kull persuna b'diżabilità inqas fl-impjieg. · Fl-2016 il-kontribuzzjoni kienet ta’ €1,600 għal kull persuna b'diżabilità inqas fl-impjieg. · Fl-2017 il-kontribuzzjoni ser tkun €2,400 għal kull persuna b'diżabilità inqas fl-impjieg. L-ammont ta’ kontribuzzjoni għal kull intrapriża jasal sa massimu ta’ €10,000 fis-sena. L-ebda entità governattiva (korporazzjonijiet, awtoritajiet jew entitajiet oħra) ma ġiet mġegħla tħallas il-kontribuzzjoni għaliex is-settur pubbliku fit-totalità tiegħu jissodisfa l-kwota ta’ tnejn fil-mija stabbilita fil-liġi.

Ta' Qali — Pitkalija - xogħlijiet fuq l-infrastruttura

Question

Billi jidher li skont risposti parlamentari preċedenti fil-Pitkalija intefqet is-somma, ta' madwar €6,000, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu x-xogħlijet kollha li saru matul l-aħħar erba' snin għal dak li jikkonċerna infrastruttura fl-istess pitkalija f'Ta' Qali, u x'kienu x-xogħlijiet li saru b'dawn in-nefqiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figura ta’ €6000 li qed jagħmel referenza għaliha, kienet tkopri biss tender waħda li ġiet aġġudikata u li, kif kien staqsa l-Onor. Interpellant, ix xogħol għadu ma bediex, kif infurmajtu fir-risposta tiegħi għad-domanda Parlamentari 32073. Għar-rigward ta’ xogħlijiet oħra li saru fil-Pitkalija matul dawn l-aħħar erba snin, jien infurmat li n-nefqa totali kienet ta’ €569,680.40. Dan it-total jinkludi xogħol estensiv fil-faċilità fejn jinħaslu l-kaxxi; manutenzjoni ta’ waterproofing fuq soqfa; manutenzjoni fuq il-magna tal-ħasil b’ċertifikazzjoni ta’ Health and Safety; installazzjoni ta’ goods lift sabiex jintuża għat-tqassim tal-kaxxi; xiri ta’ sistema ġdida ta’ cameras; installazzjoni ta’ speedbumps; patchwork ta’ tarmac; kif ukoll xogħol ta’ installazzjoni ġdida għall-provvista tal-ilma fl-istess proġett ta’ ristrutturar ta’ toroq u tqegħid ta’ tarmak ġdid madwar u fil-Pitkalija li qed isir preżentament.

Barrieri — tfigħ ta' materjal ta' kostruzzjoni

Question

Billi riċentement, f'risposta parlamentari riċenti ngħadd l-informazzjoni li kien hemm 16-il-barriera li kienu qed jintużaw biex fihom jintefa materjal ta' kostruzzjoni, imbagħad ftit jiem wara ħarġet l-aħbar li lanqas il-proġetti tal-housing ma jistgħu jinbdew għaliex ma kienx hemm spazju fejn jintefa' l-istess materjal, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-vera sitwazzjoni għal dak li jikkonċerna r-rimi ta' materjal ta' kostruzzjoni, fil-barrieri jew x'imkien ieħor?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm sbatax (17) -il barriera li għandhom permess tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jaċċettaw radam u skart tal-kostruzzjoni, filwaqt illi hemm 9 permessi pendenti li għadhom qed jiġu proċessati. Il-lista li qed tindika 20 barriera fil-Mistoqsija Parlamentari 31772 tinkludi wkoll il-barrieri li għandhom permess iqattgħu l-ġebla u jordmu l-laqx tagħhom stess. F’dawn l-aħħar ġranet irriżulta li xi operaturi ta’ barrieri ma kinux qed jaċċettaw materjal minħabba li kienu qed jirriservaw l-ispazju għall-proġetti tagħhom infushom biss, għaldaqstant, l-ERA emendat il-permessi tal-barrieri awtorizzati minnha biex jaċċettaw materjal nadif tal-kostruzzjoni minn kwalunkwe individwu sakemm il-materjal ikun nadif. L-operatur tal-barriera jista’ jirrifjuta materjal milli jidħol fil-barriera tiegħu jekk dan ikun maħmuġ, ma jkunx ta’ kalibru li jista’ jintradam jew jekk il-barriera ma jkunx fadlilha spazju iktar fejn tordom.

Opri tal-Arti fil-proprjetajiet tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux informazzjoni dwar liema opri tal-arti hemm fil-propjetajiet tal-kunsilli lokali, b'mod partikulari fil-propjetajiet li huma proprjetà tal-Gvern? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar liema huma dawn l-opri tal-arti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar .
Leg 12 PQ #32830 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — liċenzji għal restaurants, take aways u stabilimenti tal-ikel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji biex joperaw restaurants , take aways u stabilimenti oħra tal-ikel li huma awtorizzati mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu (MTA) biex jagħmlu dan, f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u San Ġiljan, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Entitajiet - Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Fabbriki tal-manifattura

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-fabbriki tal-manifattura li matul dawn it-tliet snin żiedu l-investiment jew liema huma l-fabbriki ġodda li bdew joperaw f'Malta matul dawn it-tliet snin? Kemm kien l-investiment tagħhom f'kull każ? Kemm ingħatat għajnuna lil kull fabbrika mill-Malta Enterprise, mill-Malta Industrial Parks jew minn entità oħra governattiva? Kemm kien in-numru ta' impjiegi ġodda maħluqa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #29832 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Good Causes Fund – entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Good Causes Fund fl-2015 u fl-2016 sena b'sena? Kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29833 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Budget 2016 u Budget 2017 – spejjeż fuq materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża ta' materjal informattiv bħall-billboards, flyers, materjal ipprintjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir b’rabta mal-Budget 2016 u l-Budget 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali mill-Ministeru għall-Finanzi fuq materjal informattiv in konnessjoni mal-pre-Budgets tal-2016 u l-2017 ammontat għal €48,424.17. Rigward spejjeż oħra in konnessjoni mal-Budgets imsemmija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #29834 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Fond Konsolidat f’Għawdex – nefqa kapitali tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern mill-fond konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastrutturali u soċjali? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-fond konsolidat għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li qed jitlob, miġbura mill-Budget Affairs Division.
Leg 12 PQ #29835 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ġbir ta’ Taxxi minn petrol, diesel u elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-Gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol, id-diesel u l-elettriku kull xahar, mill-2014 ‘l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taxxa tas-Sisa miġbura fuq il-prodotti msemmija tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29836 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ħaddiema full-time — salarju

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema full-time fl-2016, li kellhom salarju mhux aktar minn: minimum wage, minimum wage + 5%, minimum wage + 10%, minimum wage + 15%, minimum wage + 20%, minimum wage + 50%, u minimum wage x 2?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Kunsill Valletta — laqgħa

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta d-dokumenti kollha nkluż ir-rapport tal-accountant/awditur tal-laqgħa tal-Kunsill Valletta li saret fit-13 ta’ Frar 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub, skont kif provdut mill-kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Informat mill-istess Kunsill li dan kien l-uniku dokument preżentat fil-laqgħa.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninsab infurmat li l-persuna kkonċernata ma ngħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità li taqa’ taħti.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - Konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninsab infurmat li l-persuna kkonċernata ma ngħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità li taqa’ taħti.
Leg 12 PQ #31810 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena infurmat li l-entita’ li taqa’ fid-dekasteru tiegħi ma tat l-ebda xogħol legali jew talbet konsulenzi mill-Avukat imsemmi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li wara Marzu 2013 ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbet konsulenza mill-individwu kkonċernat jew mid-ditta legali tiegħu.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 31811.