Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq il-Kosta – rranġar ta’ tabella

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tabella li tkissret fi Triq il-Kosta, qrib id-daħla ta' Buġibba fejn hemm il-lights wara tkun qbiżt Kennedy Grove, tiġi rranġata wara li tkissret xi jiem ilu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella in kwistjoni ġiet ordnata.

Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26391, 26213 u 26494 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26711 Sitting 420 2016-07-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Promozzjonijiet lil persuni li ma kellhomx il-kwalifiċi meħtieġa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fil-WSC ingħatawx promozzjonijiet lill-persuni li ma kellhomx kwalifiċi meħtieġa għall-ħatra iżda li ngħataw ċans ulterjuri sabiex iġibu l-kwalifika fil-futur? Jista’ jgħid x’kienet din il-kwalifika? Jista’ jgħid kemm ingħataw ċans biex iġibu din il-kwalifika? Jista’ jgħid kemm nies ingħataw promozzjoni b’dan il-mod?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-policy tal-Korporazzjoni, li ilha għal ħafna snin, hi li tagħti opportunità li min ikun qiegħed fil-proċess li jġib kwalifika jingħata opportunita’ li japplika bil-kundizzjoni li jġib il-kwalifika fil-perjodu stipulat, bħal fil-każ ta’ żewġ persuni li qed jagħmlu d-Diploma fil-Management (MQF 5) fejn ingħataw iċ-ċans li jġibu l-kwalifika sa Novembru 2016.
Leg 12 PQ #26712 Sitting 420 2016-07-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il darba siefer barra ‘l pajjiż minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Rigward l- perjodu Mejju 2013-Lulju 2015, nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12115 u 17753. Għal perjodu ta’ wara , qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26713 Sitting 420 2016-07-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min siefer miegħu f’kull okkażjoni/safra, minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26714 Sitting 420 2016-07-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm swiet kull żjara/safra li għamel barra ‘l pajjiż minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26715 Sitting 420 2016-07-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar – użu ta’ ajruplan privat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba uża ajruplan privat biex siefer barra ‘l pajjiż minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari u jgħid min kien qed jakkumpanjah f’kull każ? Fejn mar, f’liema dati, kemm dam u kemm ġiet tiswa l-ispiża għall-vjaġġ f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ajruplan privat jintuża għall-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u laqgħat relatati li jien inkun mistieden għalihom flimkien ma’ Kapijiet ta’ Stati u Kapijiet ta’ Gvernijiet oħra tal-pajjizi membri tal-UE. Din kienet l-istess prassi wżata minn amministrazzjonijiet oħra. Ninforma lill-Onor Interpellant li kif kien jiġri taħt amministrazzjonijiet oħra, parti sostanzjali ħafna mill-ispiża għall-uzu tal-ajruplan privat tingħata lura lill-gvern Malti mill-UE.

Stazzjon Nazzjonali — Programm “Realtà” – lista tal-mistiedna

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Realtà” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Realta’ li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.

Stazzjon Nazzjonali — Programm “Reporter” – lista tal-mistiedna

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Reporter” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Reporter li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.

Stazzjon Nazzjonali – Programm “Skjetti” – lista tal-mistiedna

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Skjetti” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Skjetti li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.

Stazzjon Nazzjonali – Programm “Times Talk” – lista tal-mistiedna

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Times Talk” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Times Talk li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.

Stazzjon Nazzjonali – Programm “Xarabank” – lista tal-mistiedna

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Xarabank” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Xarabank li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.

Stazzjon Nazzjonali – Programm “Twelve2Three” – lista tal-mistiedna

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-programm “Twelve2Three” fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta’ Ottubru 2015 u l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mistiedna kollha tal-Programm Twelve2Three li deher fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016.

Day Centres – Servizz ta’ Podologist

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jerġa' jibda jingħata servizz ta' podologist fid-Day Centre ta' San Pawl il-Baħar, u dan biex ikun jista' jagħti s-servizz tiegħu b'mod regolari lil bosta anzjani li jattendu dan iċ-ċentru?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li kien hemm azzjonijiet industrijali, id-Dipartiment kellu jirrevedi l-għoti ta' dan is-servizz peress li dan huwa servizz li jingħata mill-Ministeru tas-Saħħa. L-anzjani jistgħu jieħdu dan is-servizz fl-entitajiet indikati mid-Dipartiment tas-Sahha u skont l-istandards u regolamenti applikabbli għal dan is-servizz.

Għaqdiet Sportivi — Twaħħil ta' Tabelli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26675 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Kamra jekk l-għaqdiet sportivi humiex eżenti mill-ħlasijiet ta' Transport Malta biex iwaħħlu tabelli?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26770.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Pijunieri – Ittantar ta’ nies

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija rċevietx rapporti minn individwu dwar allegat ittantar ta’ nies li jkunu qed jixorbu quddiem stabbiliment kummerċjali fi Triq il-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, x’passi ħadet il-pulizija dwar dawn l-allegati atti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija ma rċeviet l-ebda rapport minn xi individwu dwar allegat ittantar ta' nies li jkunu qed jixorbu quddiem l-istabbiliment kummerċjali fi Triq il-Pijunieri f'San Pawl il-Baħar. Irid jingħad li matul is-sena 2016, saru diversi spezzjonijiet mill-pulizija fl-istabbiliment msemmi, però ma kienx hemm każijiet ta' allegat ittantar ta' nies.

San Pawl il-Baħar — spezzjonijiet fuq xogħol ta’ toroq minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta wettqitx, matul l-aħħar xhur, xi spezzjonijiet fuq xogħol ta' toroq li saru mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, u dan minħabba l-kwalità ħażina tax-xogħol li sar? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb li jsiru tali spezzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-aħħar xhur ma saret l-ebda spezzjoni fuq xogħol tal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar kawża ta’ xogħlijiet ħżiena. Hekk kif intqal fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 26250, 24655, 19628, 19629, 18802 u 17819, u kif indikat ukoll f’din il-mistoqsija, d-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta ma’ jimmaniġjax u lanqas jiċċertifika xogħol esegwit qabel ma jkun konkluż ix-xogħol min-naħa tal-entita’, iżda tispezzjona xogħlijiet tal-entitaijet kollha, li jkunu saru bil-permess taħt is-sistema RPS (Road Permit System), matul is-sentejn garanzija, wara li jkun ġie kkonfermat mill-perit f’isem l-istess entita’ responabbli, li tali xogħlijiet saru b’livell ta’ kwalita’ aċċettabli. B’referenza partikolari għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17819: “Il-maġġoranza tax-xogħlijiet ikkummissjonati mill-kunsilli lokali jikkonsistu fit-tqegħid ta’ wiċċ ġdid fit-toroq residenzjali mmaniġjati mill-istess kunsilli. Għal dawn ix-xogħlijiet il-kunsilli lokali joħorġu sejħa għall-offerti u eventwalment il-kuntrattur nominat huwa obbligat li jsegwi l-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt u jibqa’ responsabbli tul il-garanzjia mposta fl-istess kuntratt. Il-kunsill permezz tal-Perit imqabbad minnu huwa responsabbli li l-kuntrattur iwettaq ix-xogħlijiet skont is-sengħa.” Jekk il-perit li qiegħed jirrapreżenta lil entita’ partikolari jsib li x-xogħlijiet ma sarux f’livell ta’ kwalita’ aċċettabli waqt l-andament tax-xogħol, dan għandu, f’isem u mal-entita’ kkonċernata, jaġixxi mal-kuntrattur responsabbli sabiex isir ir-rimedju neċessarju u jagħlaq ix-xogħol għas-sodisfazzjon tal-kuntratt tiegħu qabel ma jissottometti rapport ta’ konformita’ għall-approvazzjoni tal-perit ta’ Transport Malta. Jekk matul is-sentejn garanzija, hekk kif stipulat fl-L.S. 499.57, jinstab li ix-xogħlijiet ma jkunux żammew il-livelli ta’ kwalita’ aċċettabli, Transport Malta tordna lill-entita’ u l-kuntrattur sabiex jerġgħu jsiru x-xogħlijiet mill-ġdid jew isewwu kif neċessarju.
Leg 12 PQ #26776 Sitting 420 2016-07-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Ristoranti u Lukandi – kuntratturi li jiġbru l-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tinforza mar-ristoranti u lukandi kollha li jkollhom kuntrattur li jiġbor l-iskart tagħhom? Billi wħud mil-lukandi qed iħallu skips kbar barra fit-toroq, jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-lukandi ma jibqgħux iħallu tali skips barra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif mitlub mil-Liġi – Leġislazzjoni Sussidjarja 409.15, Regolament 11 (3), l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, qegħda titlob, kemm fl-istadju ta’ l-applikazzjoni kif ukoll waqt spezzjonijiet magħmula b’mod regolari mid-Direttorat tal-Infurzar, dokumentazzjoni li tikkonferma li l-istess stabilimenti huma koperti b’kuntratt ta’ ġbir ta’ skart lid-detenturi tal-liċenzji u lill-operaturi tal-istabilimenti ta’ l-ikel. Dwar tqegħid ta’ skips barra fit-toroq, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ma hijiex l-Awtorita’ kompetenti f’dan il-qasam.
Leg 12 PQ #26778 Sitting 420 2016-07-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Sirens waterpolo pitch — għawm

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jirriżulta li ma jistax isir għawm fl-inħawi tas-sirens waterpolo pitch f'San Pawl il-Baħar, minħabba xi materjal li deher fuq wiċċ l-ilma? X'qed jirriżulta li hu dan il-materjal?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saret investigazzjoni ftit jiem ilu, fl-akkwati tas-Sirens Waterpolo Pitch f’San Pawl il-Baħar minn ufficjali tal-Environmental Health Unit (EHU) rigward materjal li deher f’wiċċ l-ilma kif ġie rrappurtat. Minn din l-investigazzjoni rriżulta li ma kien għad baqa’ xejn minn dan il-materjal tul il-kosta u għalhekk ma kien hemm ebda lok li jittieħdu xi passi ulterjuri biex il-pubbliku jiġi avżat li m’għandux isir għawm f’dawn l-akkwati. Sadanittant peress illi minn ritratti li rat l-EHU jista’ jkun li kien materjal (bħal xaħam) li seta’ iddaħħal tul il-kosta mill-kurrenti mill-fish farms li hemm ftit l’barra fil-area ta’ San Pawl il-Baħar, is-sezzjoni tal-Monitoring and Compliance Unit fi ħdan l-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorsi ġew infurmati biex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjoni neċessarja min-naħa tagħhom.

Għajn Tuffieħa — parkeġġ fiż-żona

Question

Jista' l-Ministru jara li jkunu infurzati regolamenti tat-traffiku relatati mal-parkeġġ fiż-żona tal-bajja biswit Riviera Martinique, limiti ta' Għajn Tuffieħa, fejn qed ikun hemm abbuż fuq parkeġġ riżervat għall-persuni b'diżabilità u minflok qed jitħallew jipparkjaw muturi u vetturi oħra mhux ta' persuni b'diżabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr li dan il-kunsill ġibed l-attenzjoni tal-Pulizija kif ukoll tal-LESA sabiex jassiguraw li tiġi mħarsa l-liġi. Naqbel mal-Onor Interpellant li dan l-abbuż huwa inaċċettabbli.