Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta – Housing Estate Ta’ Mlit — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex titnaddaf il-Housing Estate Ta’ Mlit fil-Mosta, in-naħa ta’ Triq in-Nasba?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fit-triq imsemmija. Għalkemm din taqa’ taħt ir- repsonsabbilta’ tal-Kunsill Lokali sabiex titnaddaf, ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ser iwettqu intervent sabiex isir it-tindif neċessarju.

Ħaddiem – somma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward somma li għadu ma ħax?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet ikkuntattjata permezz tat-telefon dwar il-każ li rriżulta li m'għandux x'jaqsam mad-dekasteru tiegħi.

Xogħlijiet – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26543, jista’ l-Ministru jgħid min hija l-persuna li tieħu ħsieb dan il-komun u jista’ jgħid min fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż għall-manutenzjoni li hemm bżonn fix-shaft fejn minn dan ix-shaft qed joħorġu anke ġrieden u li hu ta’ perikolu għall-inkwilini?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, a) Spejjeż gћal manutenzjoni tal-lift huma parti mil-obbligi ta’ min hu parteċipu fl-iskema voluntarja tal-lift u b’hekk qed jagћmel/tagћmel użu mil-lift. b) Il-manutenzjoni fil-partijiet komuni tal-blokka formanti parti mil-obligi ta’ kull min jgћix fil-blokka u b’hekk dawn l-ispejjeż jinqasmu bejn ir-residenti kollha. Dawn jaqaw fir-responsabilita’ tal-amministratur tal-blokka maћtur mil-Assoċjazzjoni tar-Residenti. c) Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiggwida lir-residenti msemmija sabiex jagħmlu kuntatt mal-Awotira’ tad-Djar biex ikunu ggwidati aħjar.
Leg 12 PQ #26845 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji — accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25539 u jgħid kemm hemm kumpaniji, ta’ kwalunkwe tip, li għadhom joperaw u li mhumiex fi proċess ta’ stralċ, li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts annwali tagħhom mal-MFSA u li qatt ma rrettifikaw ruħhom tant li ilhom iktar minn sentejn ma jissottomettu accounts tagħhom mingħajr raġuni valida? Minn dawn, meta kienet l-aħħar data ta’ sottomissjoni ta’ accounts tal-kumpaniji li għandhom accounts b’lura għal aktar minn sentejn? Jista’ jagħti statistika, sena b’sena (numri biss), ta’ kemm-il kumpanija waqgħet lura, u li s’issa qatt ma għadha rrettifikat il-pożizzjoni tagħha, u għal snin konsekuttivi, mingħajr interruzzjoni la ssottomettiet accounts u lanqas għaddiet għal stralċ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26846 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji li waqgħu b’lura fl-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25540 u jiddentifika liema huma l-kumpaniji li waqgħu b’lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts tagħhom għal aktar minn sentejn, skont l-isem, sena b’sena u li qatt ma rrettifikaw ruħhom sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26847 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – sottomissjonijiet tal-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25541 u jgħid minn dawn il-kumpaniji li qatt ma rrettifikaw ruħhom, kemm hemm li qatt ma ġew immultati f’dan is-sens? Kemm jiġu mmultati kumpaniji fis-sena għaliex waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26848 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – sottomissjonijiet tal-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25542 u jagħti statistika, sena b’sena, tal-kumpaniji li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts, u li ilhom iktar minn tliet snin biex irrettifikaw il-pożizzjoni tagħhom u reġgħu bdew jissottomettu accounts b’mod regolari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26849 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji li ma sottomettewx l-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25543 jgħid minn dawk il-kumpaniji li waqgħu lura għal aktar minn sentejn biex jissottomettu l-accounts tagħhom, kemm hemm minnhom li qed juru profitti u għalhekk mhumiex f’riskju ta’ falliment? Kemm hemm minnhom li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment? Dawk li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment, f’liema data ssottomettew l-aħħar accounts tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma taqax fil-kompetenza tar-Reġistru tal-Kumpanniji skont ir-responsabbiltajiet mogħtija lilu taħt l-Att dwar il-Kumpanniji u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #26850 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – sottomissjonijiet ta’ accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25544 u jgħid kemm hemm kumpaniji li ssottomettew l-accounts ta’ sena u nofs jew sentejn f’daqqa, jew b’xi mod ieħor għal perjodi itwal, minflok sena b’sena mill-2008 ‘l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk qed nifhmu l-mistoqsija sew, il-Liġi dwar il-Kumpanniji ma tippermettix li xi perjodu tal-kontijiet (accounting period) ta kumpannija ikun itwal minn sena u nofs.

Sant’Anġlu – Karozzi tal-elettriku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26026, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħsara li saret fuq waħda mill-karozzi elettriċi xi ġimgħat ilu ġietx imsewwija? Jista' wkoll jgħid x'kienet il-kawża ta' dan l-inċident u x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex dan l-inċident ma’ jerġax iseħħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-ħsara msemmija tinsab fil-proċess li tissewwa. X’aktarx il-ħsara kienet ikkawżata minn użu żejjed. Permezz ta’ hekk tfasslet proċedura sabiex inċidenti bħal dawn ikunu evitati.

Heritage Malta – sigurtà tal-kuntratturi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26024, jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali kollha tas-sigurtà tal-kuntratturi li kienu u għadhom assenjati ġewwa s-siti, il-mużewijiet u l-Head Office ta' Heritage Malta għandhomx ċertifikat bażiku tal-ewwel għajnuna kif ukoll training bażiku fit-tifi tan-nar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jipprovdu servizz ta’ sigurta fil-mużewijiet, siti u Head Office ta’ Heritage Malta huma obbligati li l-impjegati tagħhom ikollhom il-ħiliet u l-liċenzji kollha meħtieġa skont il-liġi.

Il-Kalkara – Bighi – Heritage Malta –restawr ta’ smoking shed

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26023, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-smoking shed storika tkun restawrata sa meta jiġi inawgurat il-proġett il-ġdid tal-Esplora?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proġett Esplora huwa kompletament differenti minn Heritage Malta. Ix-xogħol fuq is-smoking shed jitkompla u jiġi konkluż kemm jista’ jkun malajr skont il-prijoritajiet tal-Aġenzija.

Mużew il-ġdid ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna x'ser tkun l-istrateġija tal-interpretazzjoni marbuta mal-mużew il-ġdid ta' Għawdex (Gozo Museum) vis-á-vis il-partijiet relatati mal-arti u lis-storja tagħha? Jista' jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkonsidrat li artifatti li jappertjenu lil Għawdex jiġu rritornati f'dan il-Mużew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħala interpretazzjoni il-Gozo Museum se jkun qed jiffoka fuq l-istorja ta’ Għawdex tul iż-żminijiet sa llum, permezz ta’ wirja li tiġbor flimkien l-aspetti arkeoloġiċi, storiċi, folkloristiċi, naturali u għall-ewwel darba wkoll dak artistiku. Bħall-proġetti oħra ġodda ta’ Heritage Malta, se tingħata attenzjoni sabiex dan ikun aċċessibbli għall-udjenzi kollha possibbli. Qed jiġu evalwati l-possibilitajiet kollha sabiex oġġetti rilevanti jkunu inklużi f’din il-wirja skont l-esiġenzi tal-aġenzija.

Heritage Malta – intangible heritage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet Heritage Malta minn Marzu tal-2013 sa issa sabiex ippromoviet l-intangible heritage relatat mal-istorja ta' pajjiżna? Jista' wkoll jgħid x'inhu l-pjan tal-Aġenzija f'din il-materja għas-sentejn li ġejjin u x'budget hemm allokat għal dan l-iskop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-wirt intanġibbli huwa parti integrali, anzi sostanzjali, mill-programmi edukattivi u attivitajiet kulturali oħra li torganizza Heritage Malta rigward snajja’, drawwiet kulinari, reliġjuzi, eċċ sa mit-twaqqif tagħha. Dan japplika wkoll għal ħafna wirjiet temporanji li torganizza l-aġenzija. Barra minn hekk Heritage Malta tieħu kull opportunita sabiex tiġbor ukoll oġġetti li huma direttament relatati mal-wirt intanġibbli iżda fil-forma tanġibbli tagħhom, bħal per eżempju għodda ta’ ċertu snajja, ecc. Dan jibqa’ jsir fis-snin li ġejjin.

Tempji Ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm persuni żaru t-Tempji Ta' Skorba u Ta' Ħaġrat fl-Imġarr bejn Jannar u Ġunju 2015 u Jannar u Ġunju 2016 rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ġunju tal-2015 f’Ta’ Haġrat marru 823 u fi Skorba marru 220 viżitatur rispettivament, filwaqt li bejn Jannar u Gunju tal-2016 marru 998 u 606 persuna li tfisser żieda totali ta’ 54%.
Leg 12 PQ #26857 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għall-iżvilupp għall-uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi tal-iżvilupp ta’ uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li ġew approvati matul dawn l-aħħar 3 snin, maqsumin skont il-lokalità u kemm hu l-floor space li ser jiġi kreat għal kull permess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26858 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta’ uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta' uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li hemm preżenti bħalissa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, maqsumin skont il-lokalità u l-floor space li hu propost li jinħoloq għal kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26859 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Settur tas-Saħħa – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni industrijali hemm fis-settur tas-saħħa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’liema dipartimenti u/jew setturi hija din l-azzjoni u x’inhuma r-raġunijiet wara din l-azzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #26860 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata fuq kif se tingħata l-konċessjoni ta’ 15-il sena għat-tmexxija taċ-ċimiterju tal-Addolorata? Dan se jkun forma ta’ Public Private Partnership jew tmexxija privata? Din il-konċessjoni se tinkludi r-restawr u t-tisbiħ taċ-ċimiterju? Din il-konċessjoni se tinkludi krematorju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet mad-dipartiment tal-kuntratti sabiex jigu ffinalizzati d-dettalji tas-sejha pubblika.
Leg 12 PQ #26861 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ilmenti mingħand qraba fuq arranġamenti għall-funerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk daħlux ilmenti mingħand qraba (ta’ pazjenti li jkunu mietu) wara li ġew avviċinati biex jagħmlu arranġamenti għall-funerali waqt li kienu l-isptar? Jekk iva, kemm kien hemm ilmenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ahhar sena kien hemm zewg ilmenti li gew irrappurtati fejn qraba lmentaw li terzi persuni avvicinawhom biex jiehdu hsieb l-arrangamenti tal-funerali wara mewt ta’ familjari. Fiz-zewg kazijiet l-allegat avvicinament gara barra mill-isptar Mater Dei. Wara li ftit tal-granet ilu ghamilt sejha sabiex qraba li jgarbu din l-esperjenza jitkellmu, wasal rapport ta' incident simili li kien gara 8 snin ilu.