Legislature:
Category:
Reset
Active:

Institute of Education — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew impjegati mal-Institute of Education mill-jum it-twaqqif tiegħu sal-aħħar ta' Settembru 2016? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-impjegati, ir-rwol tagħhom fi ħdan l-Istitut u kopja tal-avviż pubbliku tas-sejħa għall-impjieg ta’ dawn l-impjegati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li hemm impjegati mal-Institute of Education huwa ta’ għaxra. Ma nħarġux sejħiet għall-impjieg ta’ dawn il-persuni. Ir-rwol tagħhom u kif huma impjegati mal-Istitut huwa: CEO - persuna ta’ fiduċja Uffiċjal Edukattiv - detailed Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed Assistant Principal - detailed Segretarja - direct appointment b’kuntratt ta’ servizz Uffiċjal Żvilupp, Implimentazzjoni u Riċerka ta’ Programmi - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz Uffiċjal Amministrattiv u Finanzjarju - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz Espert fl-IT - kuntratt għal servizz Sadanittant, żewġ sejħiet, waħda għal Manager Programme Development Coordination and Implementation u oħra għal Senior Manager Quality Assurance, għalqu fis-7 ta’ Ottubru 2016. Inħarġu wkoll tliet sejħiet għal espressjoni ta’ interess fuq bażi ta’ kuntratt għal servizz għal-Learning Programme Development Experts biex jinkitbu l-korsijiet, jgħallmu lill-parteċipanti u jassessjawhom. Intagħżlu erba’ (4) esperti għall-Introductory Course, 15 għall-Adaptation Course u 11 għall-Modules qosra biex jiġu offruti bħala Continuing Professional Development. Kopja ta’ dawn il-ħames sejħiet qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta’ tablets għat-tfal – riżultati tat-tender

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat tat-tender għax-xiri ta' tablets bħala parti mill-proġett one tablet per child?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender ġie maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti u ġie evalwat minn Bord maħtur apposta. Kopja tar-riżultat uffiċjali kif jidher għand id-Dipartiment tal-Kuntratti qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27519 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta’ skrivana mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn meta huma mistennija jibdew jiġu ingaġġati l-persuni li poġġew għall-eżami ta' skrivana fis-servizz pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ reklutaġġ jinvolvi kemm id-Dipartiment tal-Eżamijiet u kemm lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, u li dan huwa l-proċess li jintuża f’eżamijiet pubbliċi bħal dawn. Malli jitlesta l-proċess kollu ma jkunx hemm xi jżomm l-ingaġġ imsemmi.

PSC — Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – investigazzjoni fuq promozzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm investigazzjonijiet fuq promozzjonijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) li jirrigwardaw il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bħalissa? Jista’ jelenka lista tagħhom bi skadenzi, suġġetti, ammont ta’ nies konċernati, rakkomandazzjonijiet, referenzi mill-Ombudsman u liema minnhom jikkonċernaw xi intervent mill-Grievancies Unit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Operat li m'hemmx investigazzjonijiet fuq promozzjonijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC).

Tindif tattoroq – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda mat-tindif tat-toroq mill-elezzjoni ‘l hawn? Xi grad għandhom u x’inhi l-ispiża addizzjonali għad-dipartiment kull sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fis-sena 2014 iddaħħlu 80 persuna sabiex isir tindif f’żoni turistiċi. Ftit tal-ġranet ilu ġew ingaġġati 40 persuna oħra sabiex iwettqu xogħol ta’ tindif fuq il-bajjiet u dan qed isir biex tingħata spinta nazzjonali fit-tindif ġenerali tal-pajjiż. Il-ħaddiema kollha ġew ingaġġati fil-post ta’ labourer, u dan ir-reklutaġġ sar minħabba r-rata tal-irtirar għolja fid-Direttorat, kif ukoll minħabba żieda sostanzjali fit-talbiet għat-tindif mill-pubbliku inġenerali. L-ispiża kull sena kienet kif ġej : 2014 € 366,320 2015 € 766,000 2016(sas-6 ta’ Ottubru) € 918,153
Leg 12 PQ #27522 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – kuntratt ma’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 9294 u 13085, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax, illum, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ġie ffirmat lura fl-2014 bejn l-uffiċjali tal-Klabb tal-Futbol internazzjonali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed jitlob hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #27523 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – individwu — reklamar

Question

B’referenza għall-kuntratt li ġie ffirmat lura fl-2014 bejn l-uffiċjali tal-Klabb tal-Futbol internazzjonali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull tip ta’ reklamar li fih deher l-individwu li ismu qed jingħata separatament, jippromwovi lil Malta f’pajjiżi barranin matul April 2014 u Settembru 2016?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-reklamar mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 12 PQ #27524 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – individwu – training camps għall-atleti barranin

Question

B’referenza għall-kuntratt li ġie ffirmat lura fl-2014 bejn l-uffiċjali tal-Klabb tal-Futbol internazzjonali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il training camp għall-atleti barranin mexxa f’pajjiżna l-individwu li ismu qed jingħata separatment, matul l-2014, l-2015 u l-2016? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ parteċipanti barranin matul kull training camp li ġie organizzat? Jista’ jgħid f’liema lukandi kienu alloġġjati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa saru żewġ (2) training camps organiżżati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għall-parteċipanti Taljani, bħala parti mill-ftehim ma’ Javier Zanetti. L-ewwel edizzjoni saħħet bejn is-26 u l-31 ta’ Marzu 2015 fejn attendew 80 parteċipant. It-tieni edizzjoni seħħet bejn it-13 u l-15 ta’ Frar 2016 fejn attendew 120 parteċipant. L-għażla tal-lukandi fejn il-parteċipanti qagħdu matul iż-żjara tagħhom f’Malta kienet waħda libera għalihom. Kull parteċipant organiżża l-vjaġġ tiegħu lejn Malta b’mod individwali u kullħadd għażel li jibbukkja l-lukanda jew forma ta’ akkommodazzjoni oħra skont kif xtaq.

San Ġiljan – Ta’ Ġiorni – Rotta 110

Question

F’isem il-500 resident li jgħixu kemm fiż-żona ta’ Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan fejn ir-residenti jinsabu f’diffikultà minħabba l-inżul u t-telgħat f’Ta’ Ġiorni kif ukoll f’tarf San Ġwann, jista’ l-Ministru jispjega għaliex ir-rotta 110 tneħħiet milli tgħaddi minn Ta’ Ġiorni għal tas-Sliema, , ġaladarba tal-linja huwa servizz għall-pubbliku ssusidjat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 110 tgħaddi minn fuq il-bus stop “Mayr” li qiegħed fi Triq Birkirkara. Dan il-bus stop jinsab madwar 450 metru ‘l bogħod mill-bus stop li jġib l-isem ta’ “Giorni” li jinsab fi Triq Lapsi ġewwa l-lokalità ta’ Ta’ Giorni. Minbarra r-rotot 22 li hija r-rotta li isservi l-Ta’ Giorni u r-rotta 110, minn fuq il-bus stop “Mayr” tgħaddi wkoll ir-rotta 203. Kemm ir-rotta 110 kif ukoll ir-rotta 203 jipprovdu konnessjoni lejn tas-Sliema u San Ġiljan. Ta’ min jirrimarka li r-rotta ta’ Ta’ Giorni, jiġifieri ir-rotta 22, wara konsultazzjoni kemm mal-pubbliku kif ukoll mal-Kunsill Lokali, ġiet modifikata sabiex minbarra konnessjoni għall-Belt Valletta u l-Isptar Mater Dei, issa qegħda tipprovdi wkoll konnesjoni diretta lejn l-inħawi ta’ Santa Liena ġewwa Birkirkara.
Leg 12 PQ #27617 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Bar — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kategorija ta’ liċenzja għandu l-bar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux qed iżomm mal-permess? Kien hemm xi ilmenti mir-residenti fuq dan il-bar bil-fomm jew bil-kitba mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istabbiliment indikat għandu liċenzja ta’ ‘’Bar – Second Class.’’ Madanakollu, hemm applikazzjoni fil-proċess biex dan l-istabbiliment ikollu liċenzja ta’ ‘’Snack Bar – Second Class.’’ L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċiviet ilment fi Frar ta’ din is-sena u wara li ġie investigat l-ilment instab li ma kienx qed iżomm mal-permess u ttieħdet azzjoni legali kontra d-detentur tal-liċenzja. L-Awtorità ma rċiviet ebda ilment ieħor minn meta saret din l-ispezzjoni. L-Awtorità hija nfurmata li l-Pulizija ħadet passi legali separatament kontra l-operaturi tal-istabbiliment.

Bar — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti fuq il-bar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, f’dawn l-aħħar sentejn, fuq l-istorbju, fuq il-klijenti li jimblokkaw id-dħul u l-ħruġ tar-residenti, fuq il-ħinijiet tal-ftuħ tal-bar, li normalment idum sas-1:00am bl-għajjat u lis-storbju, użu pubbliku ta’ latrina, użu ta’ droga u ammont ta’ fliexken u żibel fl-art? X’passi ħadu l-pulizija u x’passi konkreti bi ħsiebhom jieħdu l-pulizija biex dawn l-affarijiet jispiċċaw darba għal dejjem u r-residenti jkunu jistgħu jgħixu fil-kwiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Bar – ilmenti mir-residenti

Question

Peress li l-bar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jikkawża ħafna skumdità lir-residenti, anzjani, morda, ħaddiema bis-shift u tfal, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan għandux lok f’housing estate? X’passi lesti li jittieħdu biex ir-residenti jirritornaw jgħixu fil-kwiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħanut li qed issir referenza għalih, mhuwiex proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.

Rue d’Argens – tneħħija ta’ parking

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li, ġaladarba l-parking f’parti minn Rue d’Argens tneħħa, almenu jkun hemm loading u unloading bay biex jintużaw kemm mill-ħwienet kif ukoll mir-residenti, peress li ħafna mir-residenti huma anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-un/loading bay li kien hemm fi Triq Rue D’Argens, Msida ġiet imressqa fi Triq it-Tabib Robert Naudi, Msida kantuniera ma’ Triq Rue D’Argens, Msida.

Priority Lanes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lanes madwar Malta u Għawdex li huma kklassifikati bħala priority lanes (jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala bus lanes) minn Transport Malta u kif jista’ ċittadin jivverifika liema minn dawn il-lanes huma attivi u liema huma sospiżi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-priority lanes eżistenti huma kif indikati hawn taħt. Tul dawn il-priority lanes ikun hemm installati tabelli li jindikaw jekk dawn il-lanes humiex attivi jew sospiżi. Bus / Priority Lanes Aldo Moro (Northbound) Aldo Moro (Southbound) Msida Bus Lane Pieta' Bus Lane Triq Nazzjonali & Triq Sarria Floriana Gzira Bus Lane Sliema Ferries Bus Lane Blata l-Bajda – Triq Nazzjonali - Bus Lane

Mellieħa – Mużew tal-Mellieħa — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23538 u 25996 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tax-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa u meta mistenni jibdew u jintemmu dawn l-istess xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qiegħed jesplora possibiltajiet alternattivi sabiex jinstab finanzjament għax-xogħolijiet. Bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali il-Kunsill Lokali ssottometta Pre-Announcement Call IV sabiex isir ir-restawr tal-Batterija ta’ Westreme, kif ukoll isir titjib fil-Mużew tat-Tunnara, li hemm fl-istess binja. Jidher li din il-proposta ġiet ikkunsidrata b’mod pożittiv mill-Planning & Priorities Coordination Division, tant li attwalment għaddejjin kuntatti mal-MEUSAC bil-għan li l-Kunsill ikun jista’ jissottometti applikazzjoni formali għall-finanzjament permezz tal-ERDF 2014-2020. Il-Kunsill għadu għaddej ukoll b’kuntatti mal-Awtorità tal-Ippjanar /Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent sabiex jinkiseb finanzjament permezz tal- Environment Initiatives in Partnership Programme . Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-frattemp il-Kunsill ħa miżuri bil-għan li jkunu evitati ċedimenti fil-bini.

Ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26481 u 26769 u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Birkirkara, l-Imsida , Gżira , San Ġiljan, iż-Żurrieq, il-Kalkara, Ħal Luqa, Qormi u iż-Żejtun b'mod separat bejn l-1 ta' Novembru 2015 u l-20 ta' Ġunju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif provduta mil-LESA.

Pensjoni tal-Wens u Għajnuna Soċjali għall-Carers – tibdil fl-iskemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inbidlu dawn iż-żewġ skemi, jiġifieri l-Pensjoni tal-Wens (Carers Pension) u l-Għajnuna Soċjali għall-Carers (Social Assistance for Carers) skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016? Jista’ jgħid min hu eleġibbli biex japplika u kemm persuni qed jibbenefikaw aktar minn din ir-reviżjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskusjonijiet twal u eżawrijenti mal-istakeholders u professjonisti fil-kamp tal-anzjani tkomplew u waslu fil-fażi konklussiva. Għalhekk, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu f’pożizzjoni li nħabbru r-riforma. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din hija riforma kbira li minnha se jgawdu aktar nies li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom ġewwa djarhom.

Skema ta’ Live-in Carer – anzjani li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan jew anzjana qed jibbenefikaw, sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari, mill-iskema ta’ live-in carer skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016? Jista' jgħid ukoll x'kienet l-ispiża sal-istess data?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema li qed issir referenza għaliha, kif kien ġie mħabbar fil-Baġit, hija skema meqjusa bħala proġett pilota.

Skema ta’ Live-in Carer — kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlux il-kriterji sabiex anzjan jew anzjana jibbenefikaw mill-iskema ta’ live-in carer? Jekk iva, jista' jgħid meta nbidlu dawn il-kriterji u x'inhuma l-kriterji li nbidlu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-iskema li għadha meqjusa bħala proġett pilota, sarilha xi tibdiliet fix-xhur li għaddew. Dawn it-tibdiliet li qed issir referenza għalihom huma: Mill-1 t’Awwissu, 2016: · Bidla fl-isem minn “ Live-in Carer ” għal “ Carer at Home ” Mit-3 t’Ottubru, 2016: · Twessgħu il-kriterji tal-kwalifiċi tal- Carers , fejn issa qed tiġi aċċettata kull kwalifika rikonoxxuta, kif ukoll ċertifikati ta’ Trade Testing maħruġ mill- Jobsplus li juri kompetenza f’dan ix-xogħol.

Is-Swatar – proġett tas-social housing f’Tas-Sisla

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' social housing fuq l-art denominata bħala Tas-Sisla, fis-Swatar, fil-limiti ta' Birkirkara biswit il-Parroċċa tas-Swatar? Jista' jgħid kienx hemm bdil fil-pjanti oriġinali, u jekk kien hemm, x'inhuma t-tibdiliet li saru u jekk dawn it-tibdiliet ġewx approvati diġà? Jista' jgħid meta se tkun lesta din il-binja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa, għaddejjin taħdidiet mal-Awtorità tal-Ippjanar u awtoritajiet oħra, sabiex il-proġett ta’ social housing fuq l-art imsemmija, jkun jaqbel mal-linji gwida DC15. Il-pjanti tal-proġett imsemmi, jinsabu fi stadju avvanzat. Minħabba li t-taħditiet għadhom għaddejjin mhux possibli li jingħad meta ser titlesta l-binja.