Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel toroq bit-tarmak kull sena mis-sena 2008 sal-lum kull wieħed mill-Kunsill Lokali f’Malta? Jista’ jgħid l-ismijiet tat-toroq li saru minn kull kunsill lokali f’Malta matul dan il-perjodu, f’liema sena saru u kemm swiet kull triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korp tal-Pulizija – membri – kummenti u posts fuq portals ta’ gazzetti lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jittieħdu meta jirriżulta li membru fil-Korp tal-Pulizija jkun qed jagħmel posts u kummenti fuq portals ta’ gazzetti lokali li jkunu ta’ natura ta’ politika partiġjana u b'tgħajjir fil-konfront ta' membri tal-Oppożizzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li skont ċirkolari nru: GHQ 81/2011 datata 31 ta’ Ottubru 2011, hu reat dixxiplinarju li membru tal-Korp tal-Pulizija jgħaddi tali kummenti fuq ‘social network websites’ jew ‘online blogs’, u dan fil-konfront ta’ kulħadd.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk gwardjan tal-ħabs li jkun sospiż mix-xogħol waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu u wara s-sentenza jerġa’ jidħol għax-xogħol, ikollux iż-żmien li għamel sospiż jgħodd għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ żmien ta’ servizz jew le?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li meta uffiċjal korretiv ikun sospż mix-xogħol waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu, hekk kif tinqatta s-sentenza b’mod definitiv l-każ tiegħu jagħdi quddiem il-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliku li tkun hi li tiddeċidi il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-konfront ta’ dak l-Uffiċjal. Skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jkun jista jiġi deċiż jekk ż-żmien li jkunx għamel sospiż għandhux jgħodd għall-finijiet ta’ żmien ta’ servizz jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament mhijiex tirċievi s-segwenti benefiċċji u ċjoe:
- l-ammont ta’ €300 li jingħataw lill-persuni li għandhom ‘il fuq minn 75 sena li jkunu jgħixu f’dar u mhux home;
- l-ammont ta’ €110 għajnuna supplementari; u
- peress li kienet taħdem independentement minn żewġha, meta ġie nieqes, hi ma ħadet xejn għar-rigward tal-bolol li ħalset?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ra l-każ imsemmi minnu u jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, qiegħda tirċievi l-benefiċċji kollha dovuta lilha.
Konsolat Malti fl-Alġerija — Ħruġ ta’ visas lil ċittadini Alġerini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil ċittadini Alġerini mill-Konsolat Malti fl-Alġerija xahar b'xahar mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar ta’ Awwissu 2016?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija:
2016
Jannar
26
Frar
49
Marzu
57
April
51
Mejju
40
Ġunju
46
Lulju
71
Awwissu
34
Waħda mir-raġunijiet ovvji għat-tnaqqis drastiku fil-ħruġ ta' viżi mill-Konsolat Malti fl-Alġerija hija li t-titjiriet mill-Alġerija u lejn dan il-pajjiż waqfu f'Ottubru 2015.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li wara diversi allegazzjonijiet li saru minnu u minn esponenti oħra tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar il-ħruġ ta' viżi mill-Konsolat Malti f'Algiers, il-Kummissjoni investigat u sabet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tkompli żżomm taħt skrutinju l-prattiċi użati mill-Konoslat għall-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra.
Milli jidher, iżda, minkejja li l-Kummissjoni faqgħetlu l-bużżieqa li pprova jonfoħ, l-Onorevoli Interpellant se jkompli jipprova jagħmel kapital politiku minn dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ impjieg għandha mal-Gvern il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mir-rekords tal-MEDE kif ukoll tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, ma jirriżultax li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant taħdem fid-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul ix-xhur tas-sajf 2016 ma sar l-ebda xogħol ta' manutenzjoni u patching fuq it-toroq arterjali fin-Nadur kif ġej - Triq Għajn Qasab, Triq it-Tiġrija, Triq l-Imġarr u Triq il-Qala? Jaf il-Ministru li peress li ma sar l-ebda patching kif kien isir fis-snin ta' qabel, dawn it-toroq, li minnhom jgħaddu eluf ta' Għawdxin, Maltin u turisti kuljum, jinsabu fi stat ħażin ħafna?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li se jitkompla x-xogħol ta' asfaltar fi Triq Għajn Qasab liema triq qatt ma kienet asfaltata wara 25 sena. Se tinħareġ sejħa għall-offerti u hu mistenni li dan ix-xogħol jitlesta sa Jannar 2017. Se tittieħed azzjoni ukoll fuq it-toroq l-oħra msemmija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' konsulenzi li l-Ministeru tiegħu ta b'effett minn Marzu 2013 sal-lum inkluż dawk li kienu konsulenti u spiċċaw? Jista' jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' konsulenzi mogħtija minn Marzu 2013 sal-lum minn dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naħsibx li jkun għaqli li jkunu ppublikati kuntratti li jkun fihom dettalji kunfidenzjali ta’ individwi, madankollu nistieden lill-onorevoli interpellant biex meta jrid jiġi jara kopja tagħhom kif diġa’ għamlu membri oħra tal-media.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex l-unika kumpanija/koperattiva/joint venture/individwu li għandha/għandu liċenzja biex tikkultiva u taħsad il-Padina pavonica mill-ibħra territorjali Maltin? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid min hi/hu l-kumpanija/koperattiva/joint venture/individwu li għandha/għandu liċenzja simili biex tikkultiva u taħsad il-Padina pavonica u meta ħarġet din il-liċenzja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm liċenzja waħda maħruġa taħt ir-Regolamenti dwar Liċenzja biex tittieħed Veġetazzjoni tal-Baħar (LS 425.06). Il-bastiment tas-sajd ta' din il-kumpanija huwa liċenzjat għall-użu fil-koltivazzjoni u ħsad ta’ Pjanti tal-Baħar.
Heritage Malta – attivitajiet fit-tempji Megalitiċi u Neolitiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn Heritage Malta mill-2013 ‘l hawn sabiex isiru attivitajiet fit-tempji Megalitiċi u Neolitiċi madwar Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn Jannar 2013 sa Awwissu 2016 ġew organizzati 112-il attività varja fit-Tempji Megalitiċi u Neolitiċi f’Malta u Għawdex taħt regoli stretti u b’distanzi ċari sabiex waqt li l-patrimonju tagħna jitgawda, tibqa’ intatta l-preservazzjoni sħiħa ta’ dan il-wirt storiku.
Skejjel primarji tal-Gvern – servizz tal-Breakfast Club u Club 3-16 — attendenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li għaddiet kemm kien in-numru ta' tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi tal-Breakfast Club u Club 3-16 li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet, in-numru ta’ tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi ta’ Klabb 3-16 u li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu kien ta’ 2,555. Fl-istess sena skolastika, 3,362 student ibbenefikaw mis-servizz tal-Breakfast Club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali fl-2014 u fl-2015? Jista’ jindika n-numru ta' ulied u l-ammonti li ġew imħallsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali fl-2014 u fl-2015 u l-ammonti mħallas, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Single Mothers
Numru ta' Tfal
Nefqa
Total
b'aktar minn wild wieħed
Għajnuna Soċjali
(SA/SUP/UA)
Allowance tat-Tfal
(CA)
Assistenza Medika (SKA)
Għotja tal-Ħalib (MG)
Benefiċċju tal-Enerġija (EB)
2014
3,421
8,376
€ 17,334,337.95
€ 6,471,273.37
€ 415,251.22
€ 23,631.44
€ 411,079.27
€ 24,655,573.25
2015
3,439
8,138
€ 15,803,416.42
€ 6,174,270.52
€ 391,441.03
€ 20,921.67
€ 359,751.14
€ 22,749,800.78
Imġarr Malta – Żona tas-Santi sub station — funzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li tibda tiffunzjona s-sub station fiż-żona tas-Santi fl-Imġarr Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-investiment fis-substation indikata jifforma parti mill-programm ta’ żvilupp kontinwu tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Malta u Għawdex. Din is-substation mistennija ssaħħaħ l-infrastruttura eżistenti li permezz tagħha titwassal il-provvista tal-elettriku fl-inħawi.
Is-substation mistennija tingħaqad mas-sistema tad-distribuzzjoni meta jitlestew ix-xogħlijiet neċessarji li jridu jsiru b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex isir jogging track fil-Park ta' Ta' Qali kif kien tħabbar mill-Ministru preċedenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li reġat ġiet eżaminata l-proposta li ssir jogging track kien deċiż li din ma ssirx u minflok ser jiżdiedu l-faċilitajiet għall-familji billi jitwaħħlu numru ta’ picnic tables ġodda u jsir titjib ieħor kif ikun il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni f’Għawdex b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-30 ta’ Settembru 2016? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti fl-istess perjodu akkużati bi traffikar ta’ droga?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni f’Għawdex b’konnessjoni ma’ pussess ta’ droga mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-30 ta’ Settembru 2016? ? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti fl-istess perjodu akkużati b’pussess ta’ droga?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena, bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2016 kien hemm sebgħin persuna li ġew arrestata f’Għawdex b’konnessjoni ma’ pussess ta’ droga. Minn dawn il-persuni sitta u tletin (36) tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga.
Pussess ta’ droga u sustanzi projbiti – każijiet ta’ ħabsin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ ħabsin li nqabdu fil-pussess ta’ droga jew sustanzi projbiti fil-ħabs fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u t-30 ta’ Settembru 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2016 kien hemm 15 –il każ ta’ residenti li nqabbdu fil-pussess ta’ droga jew sustanzi projbiti fil-faċilià.
Dipartiment tal-Artijiet — Bejgħ ta’ garaxxijiet b’tender
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Artijiet għandux il-ħsieb li jerġa’ jiftaħ l-iskema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet b’tender? Kemm intefgħu applikazzjonijiet għall-iskema li għalqet fi Frar 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema ta’ Bejgħ ta’ Garaxxijiet u Siti mogħtija b’Ċens biex fuqhom jinbnew garaxxijiet u li kienu jinsabu fil-Housing Estates madwar Malta u Għawdex, għalqet fi Frar 2016. F’din l-iskema intefgħu 625 applikazzjoni u peress li qegħdin jinħadmu dawn l-applikazzjonijiet għalissa m’hemmx ħsieb li terġa tinfetaħ din l-Iskema.
Madankollu, ninforma lill-Onorevoli Membru li għalkemm din l-Iskema hija magħluqa, id-Dipartiment Propjetà tal- Gvern ikun jista’ jikkunsidra talbiet għall-bejgħ ta’ garaxxijiet permezz ta’ Sejħa għall-Offerti.