Legislature:
Category:
Reset
Active:

International Labour Organisation

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’ġie diskuss fl-aħħar laqgħat tul din is-sena mal-International Labour Organisation, min attenda għalihom u xi proġetti jew programmi hemm preżentament għaddejjin mal-istess organizzazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt il-konferenza annwali tal-International Labour Organisation li saret f’Ġinevra f’Mejju u Ġunju 2016 ġew diskussi dawn it-temi fil-kumitati rispettivi tagħhom: · Xogħol diċenti fi “ global supply chains ”, · Reviżjoni ta’ Rakomandazzjoni dwar xogħol diċenti waqt it-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ gwerra għal dik ta’ paċi, · Evalwazzjoni tal-impatt tad-Dikjarazzjoni tal-ILO fuq Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Xierqa. Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili attendiet u indirizzat is-sessjoni plenarja tal-konferenza. Għal din il-konferenza attendew ukoll uffiċjali mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, uffiċjali minn trade unions u mill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem. Preżentement ma hemmx proġetti jew programmi għaddejjin mal-istess organizzazzjoni.

Persuni li huma impjegati fuq bażi part-time

Question

Jista’ l-Ministru jindika, skont l-aħħar statistika, kemm hemm persuni li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impieg part-time wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impieg part-time tagħhom flimkien ma’ full-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' persuni li kienu impjegati fuq bażi part time fl-aħħar ta’ April 2016 kien ta’ 59,388 persuna. Minn dawn 35,053 persuna kellha impjieg part time bħala dak prinċipali u 24,335 persuna li kellha impjieg part time kif ukoll full time.
Leg 12 PQ #27168 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Santa Luċija — Berġa

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26601, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Santa Luċija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġewwa l-berġa ta’ Santa Luċija sar xogħol ta' manutenzjoni u tisbieħ. Sar ukoll xoghol infrastrutturali fejn saħansitra nbiddlu s-soqfa, tibdil ta’ bibien, aluminju u aperturi, sistema tal-ventilazzjoni, għamara u tagħmir mediku ġdid.
Leg 12 PQ #27188 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — każ ta' individwu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25349 datata 5 ta’ Mejju 2016, fejn ġejt infurmat li l-każ qiegħed jiġi segwit, jista' l-Ministru jinfurmani xi żviluppi kien hemm dwar il-każ ta' kumpens li dan l-individwu kellu meta kien jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, peress li għadu mingħajr risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit u l-imsemmija persuna ngħatat risposta mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #27205 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini – out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mediċina hemm out of stock illum u jekk hemm, kemm ilha out of stock? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm mediċini out of stock tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tieni parti tas-sena 2014 kien hemm ġimgħa waħda mingħajr mediċini out of stock. Matul l-2014 kien hemm massimu ta’ 10 mediċini out of stock għal ġimgħa biss. Fl-2015 kien hemm 26 ġimgħa mingħajr ma jkun hemm mediċini out of stock . Massimu ta’ 9 mediċini kienu out of stock għal ġimgħa waħda biss. Minn Jannar sa Settembru 2016 kien hemm 29 ġimgħa mingħajr ma jkun hemm mediċini out of stock .
Leg 12 PQ #27206 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Sali u kliniki ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm-il sala jew klinika ġdida nbniet/infetħet fl-Isptar Mater Dei tul din il-leġiżlatura u għaliex jintużaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura nfetħu 4 swali ġodda, u 27 klinika ġdida. L-4 swali msemmija jintużaw għall-pazjenti tal-mediċina. Is-27 klinika ġdida jintużaw għall-skopijiet vari skont l-esiġenzi tas-servizz. Fost dawn il-kliniki l-ġodda nsemmi l-14-il klinika ġdida ġewwa Pre Operative Assessment Clinic, 3 kliniċi għat-trattament tal- IVF , Laboratorju u Out-Patient Unit għal Gait Analysis , 2 Minor Care Clinics , 4 kliniki speċjalizzati fl-Emerġenza tat-tfal, klinika li toffra sapport lill-pazjenti fl-Onkoloġija u klinika oħra fejn toffri servizz ta’ midwife u infermiera sabiex jgħinu l-pazjenti jmorru lura fil-komunità wara li jkunu għamlu xi operazzjoni jew ħadu trattament fl-Isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #27207 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Lista ta’ servizzi tas-saħħa ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tas-saħħa ġodda li bdew jingħataw f’din l-aħħar sena u f’liema entità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bdew jinghataw diversi servizzi u trattamenti godda fl-entitajiet fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha fost dawn insemmi: Servizzi Godda fl-Isptar Mater Dei: Gait Analysis Klassijiet ta’ ezercizzji ghal pazjenti tfal fic-Centru tal-Onkologija. Cardiac MRI,sabiex pazjenti maltin tkun tista issirilhom djanjosi hawn Malta minflok imorru f’pajjizi barra minn xtutna Cerebral arteries artherectomies Ftuh ta’ Emergenza tat-tfal fejn hemm zewg konsulenti specjalizzati f’dan is-settur. Zieda fil-hin tal-ftuh tal-ispizerija ta’ Mater Dei . Pre-Operative Assesment Clinic CT Scanner gdida Angiosuite gdida Servizzi Godda fil-kura ghas-Sahha Mentali Twaqqaf id-Dipartimet tal-“Podiatry Services” fl-isptar Monte Karmeli biex ikun jista’ jingħata servizz sħiħ lill-klijenti tagħna. Il-“Liaison Psychiatric Team” li huwa bbażat fl-Isptar Mater Dei, estenda s-servizzi tiegħu billi qed joffri s-servizzi tiegħu fid-Dipartiment tal-Emerġenza kif ukoll fiċ-Centru tal-Oncoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC). “Group Sessions” qed jiġu offruti fis-swali minn professjonisti f’oqsma multidixxiplinari. Dawn is-sessjonijiet li qed jiġu pprovduti fuq bażi regolari lill-pazjenti fl-isptar Monte Carmeli.Taħriġ fuq formazzjoni u sessjonijiet oħra terapewtiċi jingħataw minn diversi Psikologi; attivitajiet fiżiċi jiġu koordinati mid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija, filwaqt li attivitajiet f’ħiliet ewlenin li huma bżonnjużi fil-ħajja ta’ kuljum u ħtiġiet oħra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ iġjene personali huma uħud mis-servizzi li jingħataw mid-Dipartimet tal-“Occupational Therapy”. Servizzi oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ saħħa mentali qed jingħataw wkoll f'Dar Kenn Għal Saħħtek. Dawn jinkludu sessjonijiet li qed jiġu offruti lill-persuni li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz u lill-familji tagħhom. Dawn jiġu pprovduti kemm fuq bażi individwali kif ukoll fi gruppi. o Sessjonijiet oħra dwar l-għarfien tas-Saħħa Mentali qed jiġu offruti wkoll lill-istudenti b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Dawn l-oqsma joffru wkoll “Reflective Practice Sessions” għall-Għalliema. Sessjonijiet ta’ taħriġ qed jingħataw mill-“Practice Development Unit” fl-Isptar Monte Carmeli lill-professjonijisti kollha fil-qasam tas-Saħħa Mentali. Dawn is-sessjonijiet ta’taħriġ jinkludu fost oħrajn, “De-escalation Techniques”, “Basic Life Support”, “Basic Fire Awareness and Prevention”, “Smoking Cessation Clinics” u taħriġ kontinwu kemm għall-infermiera ġodda kif ukoll dawk stabbiliti. “Team Building Sessions” u “Clinical Supervision”qegħdin jiġu offruti wkoll għall-ħaddiema f’diversi swali tal-isptar. Dan id-Dipartiment joffri wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzat għal dawn l-impjegati bil-għan li jtejjeb il-kwalita’ ta’ servizz u jinzamm livell għoli f’dan il-qasam. Hostel ġdida għall-residenti nisa ser tkun inawgurata f’Ottubru 2016 Servizzi Godda fil-Kura Primarja Chronic Kidney Disease Protection clinic (CKDPC) Anti Coagulant Clinic -Point of Care clinic (ACC-POC) Chronic Disease Management Clinic (CDMC) Lifestyle clinics Sports and Exercise Medicine Clinic Ambulance Service Tobba tal-Familja jistghu japplikaw ghall-medicini kontra d-dyslipidaemia(kolesterol gholi)ghall-pazjenti taht skeda V Scoliosis screening Port-a-Cath flushing Servizzi Ġodda fl--Isptar Generali ta’ Ghawdex Matul din l-ahhar sena fid-Dipartiment tal Imaging tal-Isptar Generali ta’ Ghawdex beda jinghata s-servizz ta’ Dental Imaging digitali. Fid-Day Care Unit beda jigi amministrat Monoclonal Antibodies fuq pazjenti li jsofru minn kundizzjoni severa ta’ gastro-enterology u min ibati minn reazzjonijiet akuti ta’ allergiji. Qed isir l-iscreening tal-musrana u servizzi minn konsulent specjalizzat. Fl-Out Patients ukoll zdiedu Neurology clinics u ghandna aktar servizzi minn specjalisti godda fis-sezzjoni tal-Medicina. Barra minn hekk id-Dipartiment tal-Fizjoterapija qed izomm regolarment klassijiet ghal pazjenti li jbatu minn Neurological Conditions bhal stroke jew Parkinson’s Disease kif ukoll klassijiet ghall-pazjenti b’ugigh fid-dahar u klassijiet ghall-nisa li jkunu qed jistennew tarbija.
Leg 12 PQ #27208 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Lifestyle CliniLifestyle Clinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħadet servizz mil-Lifestyle Clinic? Jista’ jgħid minn fejn wieħed jista’ jingħata dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Lifestyle Clinic jingħata fi 17-il berġa/ċentru tas-saħħa differenti ġewwa Malta u Għawdex li huma: San Ġwann, L-Imsida, Kerċem, L-Għarb, il-Gudja, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, il-Mosta, ir-Rabat-Malta, il-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, Ħal Għaxaq, is-Siġġiewi, Santa Luċija, Birkirkara u anki ġewwa il-kunsill lokali tal-Mosta. Mill-ftuħ ta’ dawn il-clinics sas-6 ta’ Ottubru kien hemm 1,268 persuni li użaw dan is-servizz.
Leg 12 PQ #27209 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tal-Onkoloġija — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent ingħata kura miċ-Ċentru tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo minn meta beda jopera dan l-isptar, s’issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt: Activity at Sir Anthony Mamo Oncology Centre Attendances January to August 2016 Number of Registered Admissions 2,789 Number of Registered Attendances at Day Care Unit 1,0202 Number of Outpatient Attendances 2,5003 Number of Ward Attenders 2,207 Number of Radiotherapy sessions 14,022 Total: 54,223
Leg 12 PQ #27210 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Privati — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni u x’tip ta operazzjonijiet saru fl-isptarijiet privati iżda mħallsa mill-gvern tul din il-leġiżlatura sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ahhar tal-2015 meta bdew isiru l-operazzjonijiet fi sptarijiet privati sas-6 ta’ Ottubru tal-2016 saru 526 operazzjoni. Dawn l-operazzjonijiet jinkludu endoskopija, operazzjonijiet tal-ortopedija, tal-ENT, vaskulari u generali.

Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Protokoll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta l-Gvern se jinkorpora fil-Liġi Maltija l-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (dwar il-projbizzjoni minn kwalsiasi diskriminazzjoni) li Malta ffirmat u rratifikat fl-2015 sabiex tali dritt fondamentali jkun infurzabbli fil-Qrati Maltin?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26878.

Assistenza Soċjali – tnaqqis – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara għalfejn l-assistenza soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fl-aħħar xhur tnaqqsitilha sostanzjalment u tant li f’daqqa waħda tilfet l-assistenza għall-mard, dik tal-età, l-għajnuna supplementari u l-benefiċċju tal-enerġija, biex spiċċat tgħix b’€438 biss fix-xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika huma regolati b’test tal-mezzi skont il-provedimenti tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Għal din ir-raġuni, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod seperat ma kenitx eleġibbli għal benenfiċċji msemmija hekk kif id-dħul tagħha jeċċedi l-iskala tal-benefiċċji in kwistjoni. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tirċievi Pensjoni mill-Ingilterra.

Kunsill Lokali Paola – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Paola fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid.

Kunsill Lokali Tarxien – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Tarxien fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien.

Marsaxlokk – Triq it-Torri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti rimanenti minn Triq it-Torri ġewwa Marsaxlokk hijiex fil-lista ta’ toroq sabiex jitkomplew? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, il-Ministeru meta beħsiebu jindirizza din l-unika parti minn triq sħiħa li ġiet imħollija fi stat ta’ abbandun u telqa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Suldati Għawdxin stazzjoni f’Malta

Question

B’referenza għas-suldati Għawdxin li kienu stazzjonati f' Għawdex u li sena u nofs ilu ntbagħtu jaħdmu Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li dawn jerġgħu jintbagħtu jaħdmu Għawdex? Jista' jikkonferma li dawn, meta ntbagħtu jaħdmu Malta, intqalilhom mis-superjuri tagħhom li dan kien transfer temporanju u li wara ftit żmien kellhom jerġgħu jmorru lura Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsijiet parlamentari 25530, 25801 u 26092.
Leg 12 PQ #27420 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – siġar mħawla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra ġiet imħawla f'Għawdex mill-Ministeru tiegħu kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u din is-sena sal-lum? Jista' jgħid fejn tħawlu dawn is-siġar u kif qed jiġu kkurati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27421 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fit-taqsima ta' Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kull ħaddiem f'din it-taqsima xi grad għandu? Jista' jgħid kemm kien il-vot għal Eko-Għawdex kull sena f'dawn l-aħħar seba’ snin?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27422 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA u Awtorità tal-Ippjanar – Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru Urban Improvement Funds (UIF) matul l-aħħar sitt snin, mis-sena 2010 sal-lum, mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ippjanar minn kull lokalità u kemm ġew allokati lil kull lokalità, meta ġew allokati u għal liema inizjattivi ġew allokati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li, l-ammont ta’ Urban Improvement Funds (UIF) miġbura minn kull lokalità mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ippjanar matul l-aħħar sitt snin, mis-sena 2010 sal-lum, huwa ta’ €8,630,375. L-analiżi ta’ dan l-ammont, maqsum sena b’sena u lokalità b’lokalità jidher f’tabella immarkata bl-ittra ‘A’. L-ammont allokat lill-lokalitajiet huwa ta’ €7,977,892. L-analiżi ta’ dan l-ammont, maqsum sena b’sena u lokalità b’lokalità jidher f’tabella immarkata bl-ittra ‘B’. Tabella C tagħti dettalji ta’ meta saru dawn l-allokazzjonijiet lill-lokalitajiet rispettivi u għal liema inizjattivi ġew allokati.

Għawdex – Kunsilli Lokali – toroq bit-tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel toroq bit-tarmak kull sena mis-sena 2008 sal-lum kull wieħed mill-14-il Kunsill Lokali f’Għawdex? Jista’ jgħid l-ismijiet tat-toroq li saru minn kull kunsill lokali f’Għawdex matul dan il-perjodu, f’liema sena saru u kemm swiet kull triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.