Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-applikazzjoni għall-'għajnuna finanzjarja fuq xogħol ta’ rranġar u titjib f’residenzi ta’ persuni b’diżabilità' tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, tingħata kunsiderazzjoni peress li qed tiġi rrifjutata mill-Awtorità tad-Djar abbażi ta’ parti minn garaxx anness mar-residenza tagħhom li jintuża għal skopijiet personali abbinati mar-residenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuni li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament ingħata l-attenzjoni meħtieġa u jirriżulta li m'hemm xejn iżjed xi jsir u għaldaqstant il-każ huwa magħluq.

Ta’ Dbiegi — Gozo Craft Village – bdil ta’ bnadar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26539 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi diffikultà biex il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea li hemm imberflin u mqatta’ quddiem il-Gozo Craft Village f'Ta' Dbiegi jinbidlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

European Convention Act — emendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Gvern milli jemenda l-European Convention Act biex il-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Protezzjoni minn Diskriminazzjoni) ikun parti mil-liġi tagħna b’mod li jkun infurzabbli mill-Qrati tagħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi msemmija ġew preparati u qegħdin fil-kors li jsiru.

Problema fuq pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Xogħlijiet fuq opramorta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fuq opramorta ta’ bejt mill-ħaddiema tal-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #26883 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta’ uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26858 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta' uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li hemm preżenti bħalissa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, maqsumin skont il-lokalità u l-floor space li hu propost li jinħoloq għal kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub. Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li rigward il-qiesen tal-floor space, dan ma jinżammx fis-sistema tal-informatika tal- istess Awtoritá.
Leg 12 PQ #26884 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għall-Iżvilupp għall-Uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26857 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi tal-iżvilupp ta’ uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li ġew approvati matul dawn l-aħħar 3 snin, maqsumin skont il-lokalità u kemm hu l-floor space li ser jiġi kreat għal kull permess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub. Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li rigward il-qiesen tal-floor space, dan ma jinżammx fis-sistema tal-informatika tal- istess Awtoritá.

Policy rigward regolamentazzjoni tal-ħsejjes

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk hemmx policy rigward regolamentazzjoni tal-ħsejjes u kif din tista’ tolqot delizzji tradizzjonali, kif ukoll attivitajiet li huma parti mill-kultura u t-tradizzjoni ta’ pajjiżna bħalma huma l-festi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħsejjes minn delizzji tradizzjonali, kif ukoll attivitajiet li huma parti mill-kultura u t-tradizzjoni ta’ pajjiżna bħalma huma l-festi mhumiex ikkontrollati mill-liġi Sussidjarja 549.37 “Assessment and Management of Environmental Noise Regulations”. Il–Liġi Sussidjarja 33.03 – “Control of Fireworks and other explosives regulations”, li tirregola il-logħob tan-nar, ma tieħux in konsiderazzjoni ħsejjes.

Qrendi — Water management plan jew storm water runoff plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx water management plan jew storm water runoff plan għan-naħat tal-Qrendi partikularment minħabba l-ilmijiet li jinżlu miċ-ċentru tar-raħal għal Triq Wied il-Fulija għal ġol-widien li kawża ta’ hekk, diversi familji mhux qed ikunu jistgħu joħorġu minn darhom? Jekk hemm water management plan, jista’ jgħid jekk dan jinkludix Triq iż-Żurrieq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li skont ir-records tal-aħħar għaxar snin tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, ma hemmx Water Management Plan jew Storm Water Runoff Plan għan-naħat tal-Qrendi. Madankollu, se ninkariga lid-Dipartiment konċernat biex jagħmel rapport fuq din il-materja.
Leg 12 PQ #26887 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Persuni li żaru ċ-Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika tal-medja ta’ persuni li żaru ċ-Ċittadella f’Għawdex kull xahar fl-2015? Hemm xi previżjoni li dawn ser jiżdiedu wara t-tisbiħ li sar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta’ kemm persuni jżuru iċ-Ċittadella peress li dan huwa post miftuħ u l-post jiġi miżjur għal diversi raġunijiet. Madanakollu, wieħed milll-iskopijiet tal-proġett tar-restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella huwa li jiżdied in-numru ta’ viżitaturi lejn dan il-post. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Gozo Market Profile ta’ Jannar sa Diċembru 2015 maħruġ mill Awtorità Maltija tat-Turiżmu li turi li 89.3% tal-viżitaturi f’Għawdex iżuru liċ-Ċittadella u lir-Rabat.
Leg 12 PQ #26888 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – żjarat minn turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika li tindika liema tip ta’ turist li l-aktar iżur Għawdex, pereżempju jekk hux minn cruise liners, turisti long stay jew turisti li jiġu għall-weekend breaks eċċ? Hemm xi statistika li tindika jekk hemmx xi nazzjonalità li tipprevali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ turisti barranin matul l-2015, u tabella oħra li turi n-numru ta’ turisti barranin fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena meta kkumparat mal-istess perijodu s-sena l-oħra. Dan juri li kien hemm żieda ta’ turisti barranin ta’ 58.7% meta kkumparat mal-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra. Din it-tabella turi wkoll li l-maġġoranza ta’ turisti barranin li jiddeċiedu li joqogħdu hawn, jgħaddu iktar minn lejl wieħed f’Għawdex. Mill-aħħar statistika disponibbli, jidher li l-iktar suq importanti tat-turiżmu barrani għal Għawdex huwa dak tar-Renju Unit segwit minn dak Ġermaniż, Taljan u Franciż.
Leg 12 PQ #26889 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – applikazzjonijiet għal-lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti għal-lukandi ġewwa Għawdex u x’kategorija ta’ lukandi huma?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjonijiet għall-estensjonijiet u saħansittra għall-bini ta’ lukandi ġodda huma wkoll lok ta’ konferma tas-suċċessi li pajjiżna qed jikseb fl-industrija tat-Turiżmu f’dawn l-aħħar snin, hekk kif ukoll dawk nvoluti fis-settur qed iħossuhom aktar inkoraġġiti u kunfidenti li jinvestu f’din l-industrija. Dan l-aktar fid-dawl fejn taħt gvernijiet preċedenti konna drajna nisimgħu b’lukandi li qed jgħalqu aktar milli qed jestendu jew jinbnew ġodda partikolarment ġewwa Għawdex. Bħalissa hemm ħames applikazzjonijiet pendenti għal-lukandi ġewwa Għawdex, fil-kategoriji segwenti: · żewġ applikazzjonijiet ta’ lukandi ġodda ta’ żewġ stilel; · applikazzjoni ta’ lukanda ġdida ta’ 4 stilel; · applikazzjoni għal estensjoni ta’ lukanda ta’ 4 stilel; · applikazzjoni ġdida għal Guest House ; u · applikazzjoni ġdida għal Hostel .

Marsa – maniġġar ta’ traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb ta’ maniġġar ta’ traffiku alternattiv/ulterjuri fl-inħawi tal-Marsa wara l-għeluq mill-ġdid tat-triq temporanja fi ħdan ix-shipbuilding?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret l-implementazzjoni ta’ Tidal Lane fi Vjal Sir Paul Boffa, Poala biex ikun hemm karreġġjata oħra għall-vetturi li kienu jużaw id-Dock 7. Barra minn hekk ninsabu impenjati biex jinstabu alternattivi oħra biex tittaffa il-problema tat-traffiku f’ dawn l-inħawi.

Reġistru tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5,209 persuna li kienu qiegħda f’Ġunju tal-2015 inqatgħu mir-Reġistru tax-Xogħol għax sabu xogħol u kemm inqatgħu mir-Reġistru, mhux għax sabu xogħol? Fil-każ tal-aħħar, x'kienet ir-raġuni li waslet għal qtugħ mir-reġistru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju 2016, kien hemm 1,877 persuna li sabu xogħol filwaqt li 1,337 persuna nqatgħu mir-reġistru, mhux għax sabu xogħol. It-tabella t’hawn taħt turi r-raġunijiet li wasslu għal qtugħ mir-reġistru, kif se nsemmi: Raġunijiet Numru ta’ Persuni Mewt 3 Impjegat iżda Jobsplus ma rċevietx il-formola ta’ ingaġġ 64 Ma żammewx mal-kondizzjonijiet tar-reġistru tal-persuni qiegħda mingħajr ma taw raġuni 1,026 Każ tan-NEA 1 Mhux iktar interessat li jaħdem 6 Mhux eliġibbli li jirreġistra 9 Riferuti lid-D.S.S. 51 Rtirar 51 Strike Off* 120 Preċedentement impjegat issa inattiv 6 Total 1,337 * Strike Off: Ir-reġistrant irrifjuta kors ta’ taħriġ, opportunità ta’ xogħol, skema u/jew instab jaħdem waqt li kien jirreġistra.

Registered unemployed u labour force survey

Question

Jista' l-Ministru jispjega d-differenza bejn dawk qiegħda fin-news release 2016_117 tar Registered Unemployed u dawk qiegħda fin-news release 101_2016 tal-Labour Force Survey? Liema miż-żewġ ċifri tqarreb l-iżjed lejn l-ammont veru ta' nies qiegħda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li News release 117/2016 tar-Registered Unemployed maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi n-numru ta’ persuni qiegħda skont ir-reġistru li żżomm Jobsplus. News release 101/2016 tal-Labour Force Survey tal-istess NSO turi figura ta’ nies qiegħda skont il-metodoloġija użata mill-Eurostat. Il-metodoloġija użata għall-labour force survey hija spjegata f’paġni 12 sa 14 tal-istess news release.
Leg 12 PQ #26896 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

International Trade – news releases – esportazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'wassal għal esportazzjoni qawwija ta' prodotti farmaċewtiċi kemm f'Marzu tal-2016 kif ukoll f'Mejju 2016 kif joħorġu min-news releases tal-International Trade tal-2016_78 u tal-2016_107?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26897 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li huma mqabbda mill-Bank Ċentrali fil-preżent? Kemm minnhom ġew ingaġġati mill-bidu tas-sena 'l hawn? Kemm qed jitħallas kull konsulent?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26898 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-Bank Ċentrali dejjem kienet il-prassi li l-promozzjonijiet ikunu dejjem approvati mill-Bord tad-Diretturi? Jista' jagħti spjega għaliex il-promozzjonijiet imħabbra fil-11 ta' Mejju lil tliet impjegati ġew approvati biss mid-Deputy Governor Financial Stability?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta japprova l-promozzjonijiet fil-Bank. Iżda l-Bord kien iddelega dan il-poter lid-Deputat Gvernatur tal-Bank Centrali fil-każ ta’ promozzjonijiet mill-grad ta’ skrivan għall-grad ta’ Supervisor (illum magħrufa bhala Officer I u Officer II rispettivament). Il-promozzjonijiet imħabbra fil-11 ta’ Mejju kienu kollha għall-grad ta’ Officer II. Din id-delega kienet inagħtat mill-Bord waqt is-seduta numru 759 mizmuma fis-26 ta’ April 2004 u ntuzat sa minn dak iż-żmien. Id-Deputat Gvernatur Financial Stability ­huwa responsabbli mid-dipartiment tar-rizorsi umani.
Leg 12 PQ #26899 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Advisory Council

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jiffurmaw il-Financial Advisory Council? X'kontribuzzjonijiet differenti ta s'issa dan il-Financial Advisory Council lill-Ministeru tal-Finanzi li l-Bank Ċentrali ma tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern m’għandu l-ebda Kunsill b’dan l-isem.
Leg 12 PQ #26901 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Dealers tal-karozzi – VAT inspections

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop ta’ inspections li saru minn uffiċjali tal-VAT lil dealers tal-karozzi, meta dawn meta jbiegħu karozza, hemm il-kuntratt bil-vat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment jagħmel diversi spezzjonijiet fuq firxa kbira ta negozjii bl-iskop li jassigura li it-taxxa li tkun qed tinġabar mit-transazzjonijiet varji tkun qed tiġi ddikjarata korrettament u b’mod komplut fid-denunzja tat-taxxa. L-Ispettorat jagħmel dawn it-tip ta ezerċizzji fuq setturi differenti ta negozju għal fini ta' infurzar. L-ezerċizzju li sar mid-Dipartiment jikkonċerna id-dinunzji tal- auto dealers , dak li jiġi sottomess meta jigi komparat ix-xiri ta stokk ta’ vetturi mal-bejgħ u x’eventwalment qed jiġi dikjarat.