Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26709, 26391, 26213 u 26494 u jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsilli Lokali. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali se jinvestiga d-direct orders kollha li qabżu l-limitu stabilit.
Leg 12 PQ #26832 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26713 u jgħid min siefer miegħu f’kull okkażjoni/safra, minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Rigward safar relatat mal-Kunsill Ewropew, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 26715. Għal safar ieħor qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26833 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26714 u jgħid kemm swiet kull żjara/safra li għamel barra ‘l pajjiż minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għall-perjodu Marzu 2013- Lulju 2015 , ingħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 12115 u 17753. Rigward safar relatat ma’ laqgħat tal-Kunsill Ewropew, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba ghall-Mistoqsija Parlamentari 26715. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar safar ieħor għall perjodu Lulju 2015 - Lulju 2016.

Television Malta – Programm TVAM — udjenza

Question

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-udjenza tal-programm TVAM fuq Television Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li sar fi Frar 2016, il-programm TVAM li jixxandar fuq Television Malta, jilħaq udjenza massima ta’ 5,399, filwaqt li għandu udjenza medja ta’ 2,293 fil-ġimgħa.

Programm TVAM – Features mill-Isptar Mater Dei jew mill-Ministeru għas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għas-Saħħa jew l-Isptar Mater Dei kinux iħallsu biex ikollhom slot/feature fil-programm TVAM fuq PBS? Kemm hu l-ħlas għal kull programm li fih jidher dan il-feature? Il-flus min jeħodhom, il-PBS jew individwi?

Response (BONNICI, OWEN)

L-islots imsemmija mill-Onor. Interpellant kienu slots bi ħlas. Il-ħlas isir lill-PBS.

Programme TVAM – Features mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi jew mill-Ministeru għat-Turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għat-Turiżmu u jew l-Istitut għall-Istudji Turistiċi kenux iħallsu biex ikollhom slot/feature fil-programm TVAM fuq PBS? Kemm hu l-ħlas għal kull programm li fih jidher dan il-feature? Il-flus min jeħodhom, il-PBS jew individwi?

Response (BONNICI, OWEN)

L-islots imsemmija mill-Onor. Interpellant kienu slots bi ħlas. Il-ħlas isir lill-PBS.

PBS – Kamra tal-Aħbarijiet – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ħlas kull xahar li rċieva l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum u li jagħmel xogħol fil-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS? X’inhuma r-responsabilitajiet ta’ dan l-individwu? X’inhuma l-arranġamenti ta’ impjieg ta’ dan l-individwu? Għaliex PBS Ltd ma impjegatx persuna full-time biex jagħmel dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-responsabilitajiet tal-individwu imsemmi huma varji u skont il-ħtieġa. Prinċipalment huwa responsabbli għal grafika u animazzjonijiet meħtieġa kemm għall-aħbarijiet, programmi u jipprovdi servizzi reletati lid-dipartimenti oħrajn tal-PBS fosthom id-dipartiment tar-riklami u d-dipartiment tal-programmi. Fil-perjodu li l-individwu kien qed jipprovdi s-servizzi tiegħu fuq l-bażi ta’ contract for service kien jitħallas b’rata ta’ €10 + VAT fis-siegħa. Huwa kien jaħdem bl-apparat tiegħu. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-editjar inkluż tal-promos meħtieġa miċ-ċentru tal-aħbarijiet. Wara li dan serva bħala perjodu ta’ prova, l-individwu applika u ġie magħżul biex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu fuq bażi full-time.

Pubblikazzjoni tal-ktieb “L-Assedju” minn PBS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija ntgħażlet biex tistampa l-ktieb “L-Assedju” li ġie ppubblikat mill-PBS? Fuq liema kriterju ntgħażlet din il-kumpanija? Kemm tħallset għall-istampar ta’ dan il-ktieb? Il-proprjetarju ta’ din il-kumpanija għandu xi rabta ma’ PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kumpanija Velprint Ltd. ntgħażlet biex tistampa l-ktieb l-Assedju wara sejħa għall- offerti. Din il-kumpanija ntgħażlet għax kienet l-orħos. Dan il-ktieb sewa €2,360 + VAT. Il-kumpanija msemmija f’din il-leġislatura kompliet tintalab kwotazzjonijiet għal xogħol ta’ stampar bħalma kienet tintalab fil-leġislatura ta’ qabel. Wieħed mill-propretarji hu direttur tal-PBS.

PBS – stampar ta’ Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija ntgħażlet biex tistampa l-ewwel Activity Reporttal-PBS li ġie ppubblikat reċentament? Fuq liema kriterju ntgħażlet din il-kumpanija? Kemm tħallset għall-istampar ta’ dan il-ktieb? Il-proprjetarju ta’ din il-kumpanija għandu xi rabta mal-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kumpanija Velprint Ltd. ntgħazlet biex tistampa l-ewwel Activity Report wara sejħa għall-offerti. Din il-kumpanija ntgħazlet għax kienet l-orħos. Dan il-ktieb sewa €1,640 + VAT. Il-kumpanija msemmija f’din il-leġislatura kompliet tintalab kwotazzjonijiet għal xogħol ta’ stampar bħalma kienet tintalab fil-leġislatura ta’ qabel. Wieħed mill-propretarji hu direttur tal-PBS.
Leg 12 PQ #26865 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li għandhom xi forma ta' problema mentali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22788, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġabarx l-informazzjoni dwar kemm hawn persuni Maltin li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali u f’liema lokalità jgħixu dawn in-nies?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika ta’ kemm hawn pazjenti Maltin li ghandhom nuqqas ta’ sahha mentali u qed jiehdu l-kura gewwa Psychiatric Out Patients Department fl-isptar Mater Dei, bhala Out Patients fl-isptar Monte Carmeli u gewwa l-kliniki fil-lokalitajiet irregistrati mas-servizzi tal-gvern gewwa Bormla, Hal-Qormi, il-Furjana, il-Mosta, l-Gzira, l-Imtarfa, Rahal Gdid u Ghawdex huwa ta’ 13,164.
Leg 12 PQ #26866 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali — nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23157, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-nefqa totali tas-sena l-oħra (2015) għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità għas-sena 2015 kienet ta’ €7,198,265.00 filwaqt li fis-sena 2012 kienet ta’ €6,088,953.00. Dan juri żieda ta’ €1,109,312.00 f’investment għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità mill-Gvern preżenti.
Leg 12 PQ #26867 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħedhom

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21460, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-psychiatric outpatients kollha li jgħixu fil-komunità għandhomx care plan u min huwa responsabbli li dawn il-care plans jiġu segwiti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilità tal-Care Plans hija tal-konsulent Psikjatra. Il-pazjenti kollha li huma fil-kommunita bi treatment order ikollhom multidisciplinary care plan li jiġi monitored u approvat mill-Kummisarju tas-Saħħa Mentali. Pazjenti li jkollhom kura fil-komunità wara li jkunu l-Isptar Monte Carmeli issa wkoll bdew ikollhom care plan formali. Pazjenti oħra fil-komunità jkollhom pjan għall-kura tagħhom magħmul mit-tabib li jarahom, bl-input ta’ membri oħra tat-team multidixxiplinarju.
Leg 12 PQ #26868 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri ta' Matul il-Jum — Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - lista

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19041, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ Assistant Psychologists li qed jaħdmu regolarment fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom f’dawn iċ-Ċentri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 Assistant Psychologists li qed joffru interventi ġewwa iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. L-Assistant Psychologists joffru sessjonijet kemm fi gruppi u kemm individwalment. L-imsemmija Assistant Psychologists jorganizzaw attivitajiet sabiex jgħinu lil-pazjenti kemm psikologikament, soċjalment u emozzjonalment. Dawn l-attivitajiet jiġu ppjanati b'mod inter-dixxiplinarju mal-OT's u mal-infermieri li jaħdmu f'dawn iċ-ċentri u jindirrizzaw fost oħrajn assertive training, time management u self-awareness.
Leg 12 PQ #26869 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew jitqassmu l-mediċini fid-djar? Jista’ jippubblika l-istudju li kellu jsir u li ftiehem mal-ispiżjara li se jippubblika qabel ma jibda dan it-tqassim fid-djar? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet beda dan it-tqassim?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar beda bi prova aktar kmieni din is-sena. Il-proġett pilota beda’ minn numru ta’ spiżeriji; f’Raħal Ġdid u r-Rabat. Fil-ġimghat li ġejjin dan il-proġett se jiġi estiż għal lokalitajiet oħra.

Studenti tal-ewwel sena tan-nursing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-ewwel sena fin-nursing hux se jitħallsu għat-300 siegħa li għandhom obbligu li jaħdmu bħala parti mit-taħriġ tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħal kull sena, din is-sena akkademika wkoll l-istudenti kollha li qegħdin isegwu kors fil-Fakultà tal-Health Sciences fl-Università ta’ Malta u li bħala parti integrali fil-kors ta’ studju tagħhom għandhom sigħat ta’ prattika obbligatorju, inkluż l-istudenti tan-Nursing tal-ewwel sena, ħa jkunu mħallsa għas-sigħat obbligatorji msemmija.

Skart fl-Għalqa – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema minħabba li kienu tefgħu skart fl-għalqa tagħha meta rranġaw it-triq ħdejn iċ-Ċimiterju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser nsegwu dan il-każ, u jekk jirriżulta dak li qed jingħad mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, isir it-tindif neċessarju, bl-ispiża tax-xogħol tgħaddi għand min ħoloq l-inkonvenjent.

LSA – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ Learning Support Assistant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ġenituri ngħataw appuntament għall-istatementing għall-bidu ta’ Novembru 2016.
Leg 12 PQ #26874 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Dental Clinic – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna risposta mid-Dental Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anomalija fil-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet infurmata bil-miktub fuq il-każ tagħha.