Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Magħtab – rwejjaħ ħerġin mill-miżbla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ġodda qed jittieħdu sabiex jiġu kkontrollati l-irwejjaħ li ħerġin mill-miżbla tal-Magħtab?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri li ttieħdu, kif diġà ntqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 26567, huma żieda fid-daily cover u użu ta’ sistema ta’ odour neutraliser.

Il-Magħtab — skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-iskart li ddaħħal kull xahar, lokalità b’lokalità fil-Magħtab, matul din is-sena? Kif qed jiġi assigurat li dak il-materjal ikun ġej minn lokalità partikolari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l–Kumpanija WasteServ Malta Ltd hija responsabbli biss għall-immaniġġjar u l-proċessar tal-iskart li tirċievi u mhux għal ġbir tal-iskart. Hija responsabilita’ ta’ kull kunsill individwali li jorganizza l-ġbir tal-iskart f’kull lokalita’. Għaldaqstant l-WasteServ mhijiex f’pożizzjoni li tivverifika s-sors li qiegħed jiġi ddikjarat. Min-naħa tagħha l-WasteServ tibgħat fatturi ddettaljati lil kull Kunsill Lokali li juru liema vetturi ġew jarmu f’isem il-kunsill f’dak il-perijodu partikulari. Fl-istess waqt, il-Ministeru tiegħi huwa kommess li jsaħħaħ l-enforcement fil-futur qarib.

Civic Amenity Sites – dħul ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex tittieħed deċiżjoni li fis-Civic Amenity Sites ma jibqgħux jidħlu ċertu tip ta' vetturi, jekk mhux b'eċċezzjoni? Kemm naqas l-ammont ta' skart li jidħol f'dawn is-sites, wara dawn il-miżuri?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tac-Civic Amenity Sites huwa li jgħin fir-riċiklagg tal-iskart u mhux biex iservi ta’ post fejn jittieħed skart li altrimenti kellu jkun meħud fil-landfill fejn tkun trid titħallas il-miżata rispettiva. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li s-servizzi mogħtija miċ-ċentri għall-iskart goff lis-settur domestiku jingħataw b’xejn. Kien osservat li kien hemm min b’mod abbużiv kien qed jieħu skart kummerċjali f’dawn iċ-ċentri u apparti li jevita li jħallas il-miżata dovuta kien qed joħloq spejjeż żejda lill-Wasteserv li mbagħad kien ikollha iġġorr hi dan l-iskart għal ġol-landfill bi spejjeż żejda li jitħallsu mit-taxxi tal-poplu. Għaldaqstant inħass il-bżonn li ssir din ir-riforma u tiddaħħal iktar dixxiplina fl-immaniġjar tal-iskart f’dan is-settur. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni fejn turi b’ kemm naqas ċertu skart l-iktar relatat ma’ dak kummerċjali wara li ddaħlet ir-riforma meta mqabbla max-xahrejn ta’ qabel ma seħħet ir-riforma.

OHSA – skips fil-qasam tal-kostruzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji, biex permezz tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) jiġi assigurat li l-bosta skips li jintużaw fil-qasam tal-kostruzzjoni, fil-fatt ikollhom id-dettalji tas-sidien tagħhom miktuba fuqhom, kif ukoll li jiġi assigurat li dawn l-istess skips, meta jkunu qed jitħallew barra, b'mod partikulari fit-toroq residenzjali, ikollhom ukoll dawl adegwat magħhom, u dan biex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jirriżultaw minħabba nuqqas ta' dawl?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lilll-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lil Ministru kkoncernat.

MCCAA – prodotti li ma kenux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' passi li ttieħdu mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għal dak li jirrigwarda prodotti li ma kenux konformi ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet li fil-fatt kienu indikati? Kemm u meta ġew irtirati prodotti mis-suq lokali mill-MCCAA, , matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, jiġifieri bejn Settembru 2015 u Settembru 2016, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan id-Divizjoni tar-Regolamenti Tekniċi tal-MCCAA ħadet passi fuq 69 prodott differenti li instabu li ma kenux konformi mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli. Id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq ordna l-irtirar ta’ 54 prodott matul dan il-perjodu. Dawn l-azzjonijiet ittieħdu matul is-sena kollha b’mod regolari skont meta’ instabu dawn in-nuqqasijiet.

Prodotti mkabbra mingħajr pestiċidi u fungiċidi

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hawn bdiewa li huma ċertifikati li fil-fatt qed ikabbru prodotti agrikoli mingħajr l-użu tal-pestiċidi u fungiċidi? Fejn jinsabu l-artijiet li huma hekk ċertifikati u kemm huma kbar l-artijiet li qed jitkabbru fihom prodotti b'dan il-mod?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MCCAA ma tiċċertifikax bdiewa li jkabbru prodotti agrikoli li ma jużawx pestiċidi u fungiċidi. MCCAA toffri ċertifikazzjoni għal biedja organika fejn wieħed mir-rekwiżit huwa li l-pestiċidi u fungiċidi mhumiex permessi.

MCCAA – investiment f’equipments għaċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) investietx f'equipment li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu ttestjati prodotti agrikoli, u biex jiġu ċertifikati l-istess prodotti? Jekk iva, fiex sar l-investiment li qed issir referenza għalih?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-MCCAA u l-Malta Laboratory Network biex dawn it-testijiet, jekk vijabbli jibdew isiru Malta. Ittestjar ta' dawn il prodotti jsiru fl-laboratorji ta' ttestjar lokali u barranin.

Energy Performance Certificates — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jiġi organizzat kors ieħor għal dawk li jistgħu joħorġu Energy Performance Certificates, billi jidher li n-numru ta' persuni hekk awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati, hu żgħir ħafna? Kemm-il kors sar s’issa, u f'kull każ, meta ġew organizzati dawn l-istess korsijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill Ministru kkonċernat.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – toroq — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol li għandu jsir fit-toroq tat-12-il distrett elettorali? Liema huma t-toroq li se jsiru fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, din is-sena jew is-sena d-dieħla?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistqosijiet parlamentari W539, W540, W541. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skont l-istat ta’ formazzjoni, prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess ta’ akwist.

Ten-T – proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet ta' dak li kellu jkun il-proġett tat-TEN Ts f'Malta għadhom m’humiex lesti? Meta hu mistenni li jitkompla, jekk se jitkompla dan l-istess xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-linji gwida għar-reviżjoni tat-Trans-European Transport Network (TEN-T), l-istess network tat-TEN-T ġiet estiża minn 51km għal 112km. It-Ten-T Network għandha tiġi żviluppata fuq bażi ta’ comprehensive network u core network. Il-core network, li tkopri l-partijiet l-iktar strateġiċi, trid titlesta sas-sena 2030, filwaqt li l- comprehensive network trid titlesta sas-sena 2050. Kważi 40 fil-mija tat-TEN-T network f’Malta ġiet kompluta. Il-partijiet li fadal ġew maqsuma f’29 proġett. Dawn il-proġetti għandhom jiġu mwettqa fiż-żmien stipulat mir-Regolament 1315/2013 tal-Unjoni Ewropea.

Housing soċjali — proġett

Question

Jista' l-Onor Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq ‘l hekk imsejjaħ progett ta' €50,000,000 ta' Housing soċjali li kien tħabbar fil-baġit tas-sena li għaddiet? Liema se jkunu l-ewwel xogħlijiet li fil-fatt huma mistennija li jsiru bħala parti minn dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ntgħażlu l-periti u bħalissa għaddejjin bil-proċess ta’ għażla tal-kuntratturi li se jkunu jistgħu jitgħu l-offerti tagħhom għall-iskavar ta’ numru ta’ siti.
Leg 12 PQ #571 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma — funzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi l-funzjoni tal-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma? Min huma l-persuni li jiffurmaw din l-aġenzija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, formalment SEWCU, hija aġenzija tal-Gvern imwaqqfa permezz tal-Avvi¿ Legali 50/2014. L-aġenzija timpjega 33 persuna, li jikkonsistu fi grupp ta’ professjonisti kif ukoll 3 studenti fuq taħriġ.

Għajnuna fis-settur tal-biedja – fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ta' għajnuna fis-settur tal-biedja, u dan minn fondi tal-Unjoni Ewropea, qed jitħaddmu bħalissa? Kemm hu n-numru ta' bdiewa/raħħala li qed jibbenefikaw minn dawn l-istess skemi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali fi ħdan il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima qed timplimenta dawn l-iskemi f’2016 minn fondi tal-Unjoni Ewropea:- L-Ewwel Pilastru 1. Pagamenti Diretti – 5377 bidwi u raħħal 2. Skema biex titnaqqas il-produzzjoni tal-ħalib – applikaw 2 raħħala tal-ħalib 3. Għajnuna Eċċezzjonali Temporanja lir-raħħala (settur majjal) – applikaw 95 raħħal li jrabbu l-majjal 4. Għajnuna Eċċezjonali għall-Produtturi tal-Ħalib – applikaw 100 raħħal tal-ħalib It-Tieni Pilastru 1. Pjan tal-Izvilup Rurali Miżura taż-żoni żvantaġġati - applikaw 3719 bidwi 2. Miżuri Agro Ambjentali – applikaw 1100 bidwi 3. Miżura żoni b'Restrizzjonijiet Naturali – applikaw 2802 bidwi 4. Miżuri Agro Ambjentali u l-Klima – applikaw 300 bidwi

Providers tas-servizzi tat-telefown – ħlas extra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħirf dwar jekk il-providers ta' servizzi ta' telefonija hux permissibli għalihom li jitolbu ħlas extra lil dawk l-abbonati li jitolbu li jirċievu l-kont tagħhom permezz tal-posta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Wara proċess ta’ konsultazzjoni, fit-30 ta’ Marzu tal-2016, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) ippubblikat deċi¿joni li tistabillixi numru ta’ mi¿uri dwar l-aċċessibilità tal-kontijiet tal-Internet, tat-televiżjoni u tat-telefonija fissa u mobbli. L-Awtorità ħasset il-ħtieġa li tippubblika din id-deċizjoni minħabba l-fatt li mhux kulħadd għandu abbonament għal Internet, u għalhekk dawn l-abbonati ma setgħux jaċċedu għall-kontijiet tagħhom b’mod elettroniku bil-konsegwenza li kien qed ikollhom iħallsu ammont addizzjonali sabiex jirċievu l-kontijiet ‘standard’ tagħhom f’format stampat. Għaldaqstant, permezz ta’ din id-deċizjoni, l- Awtorità, fost affarijiet oħrajn stabilixxiet li klijenti li għandhom servizz ‘post-paid’ u li m’għandhomx abbonament għall-Internet għandu jkollhom id-dritt li jirċievu l-kont tagħhom f’format stampat mingħajr ħlas addizzjonali. Din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Lulju tal-2016.

Tmexxija ta’ kumpanija tat-telefonija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm qbil li ssir l-bidla fit-tmexxija ta' kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li sseħħ xi forma ta' rabta mas-service provider tat-Tuneżija? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-MCA daħlitx fil-kwistjoni ta' x'tip ta' ħlas se jingħataw ix-share holders li jagħżlu li jbiegħu x-shares tagħhom, lill-organizzazzjoni l-ġdida?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-irwol tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) f’ dawn iċ-ċirkustanzi huwa stipulat esklussivament mill-artikolu 34A tal-Kap. 418 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-kumpanija in kwistjoni talbet għall-approvazzjoni mill- Awtorità a tenur ta’ l-imsemmi artikolu, liema talba ġiet proċessata mill-MCA. L- Awtorità, a tenur tad-disposizzjoni fuq ċitat, ma tidħolx fil-kwistjoni ta’ x’tip ta’ ħlas għandhom jingħataw ix- shareholders tal-kumpanija.

Il-Pitkalija — xerrejja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li huma awtorizzati li jidħlu fil-Pitkalija, bħala xerrejja, fl-aħħar ta' kull xahar, matul l-aħħar 12-il xahar? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni privati li wkoll kellhom permess li jidħlu jixtru mill-Pitkalija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xerrejja jħallsu permess annwali biex ikunu jistgħu jidħlu ġewwa l-Pitkalija u n-numru ta' xerrejja li ħallsu l-permess sat-22 ta’ Settembru 2016 kien ta' 701. Persuni privati li huma rreġistrati u għalhekk awtorizzati li jidħlu ġewwa l-Pitkalija sa l-istess data jammontaw għal 845.

Tipi ta’ ħut aljen għall-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt instabx li fl-ibħra Maltin daħlu xi tipi ġodda ta' ħut li hu aljen għall-Mediterran? X'inhu maħsub li qed iwassal għal dan? X'jistgħu jkunu l-konsegwenzi għal dan it-tip ta' żvilupp li qed iseħħ fl-ibħra tagħna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li jista’ jiġi kkonfermat li fl-ibħra Maltin daħlu xi speċi ġodda ta’ ħut li hu aljen għall-Mediterran. Ta’ min jinnota li dan mhux fenomenu ġdid, tant li l-ewwel rekord ta’ dan it-tip ta’ ħut ġewwa Malta jmur lura għas-snin sittin. L-introduzzjoni ta’ dan il-ħut f’żoni ġeografiċi ġodda jista’ jseħħ permezz ta’ mekkaniżmi naturali, iżda ħafna drabi dan iseħħ permezz tal-intervent uman, bħal ngħidu aħna l-ftuħ tal-Kanal tas-Swejż u t-trasport u r-rilaxx tal-ilma baħar li jintuża biex jibbilanċja l-vapuri huma u jivvjaġġaw minn post għall-ieħor ( ballast water ). Fil-każ ta’ żieda fit-temperatura tal-baħar, l-okkurrenza u l-preżenza ta’ speċi ta’ ilma sħun, irrispettivament jekk hux barranin jew indiġeni, ħa tkun iffaċilitata. Għalhekk dan il-fattur ħa jkun qed jgħaġġel il-proċess biex ħut aljen tal-ilma sħun jistabilixxi ruħu fil-Mediterran. Il-konsegwenzi ta’ dan il-fenomenu jistgħu jkunu varji. Mill-perspettiva tas-sajd, dawn jistgħu jkunu kemm pożittivi, kif ukoll negattivi. Mill-perspettiva ambjentali, dawn iktar jistgħu jkunu negattivi. Ħut barrani, li wara li jiġi introdott, jirnexxilu jistabilixxi ruħu fiż-żona l-ġdida, jista’ jaffettwa ħut kummerċjali, kif ukoll hut ieħor indiġenu li jinsab fl-ibħra tagħna, jew ħut ieħor li fuqu jiddependu dawn, minħabba kompetizzjoni fl-ikel u riżorsi oħra, introduzzjoni ta’ mard u parassiti ġodda, kif ukoll tibdil fl-abitat fl-ambjent naturali li minnu fuqu jiddependu l-ħut indiġenu. Mill-banda l-oħra, ħut aljen barrani jista’ hu stess ikun ta’ valur kummerċjali u għalhekk iżid ir-riżorsi tas-sajd.
Leg 12 PQ #26812 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali – fondi akkreditati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi li suppost huma akkreditati lill-Kunsilli Lokali kollha? Jista’ jagħti dan it-tagħrif separatament għal kull skema u għal kull kunsill separatament,għal dawk li huma CPPS, UIF u skemi oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #26815 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Toroq – street lighting

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha l-istreet lighting fit-toroq: Iċ-Ċern, Il-Pagell u Il-Mazzola, f’San Pawl il-Baħar, ilu maqtugħ numru ta’ jiem? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dan id-dawl jiġi rranġat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li rċevew rapporti ta’ żewġ ħsarat differenti. L-ewwel ħsara ġiet irrapurtata fil-15 ta’ Lulju 2016, u t-tiswijiet saru dakinhar stess. L-oħra ġiet irrapurtata fl-istess ġurnata li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari u t-tiswijiet meħtieġa tlestew l-għada.