Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk tfasslitx u ġiet pubblikata skema oħra li permezz tagħha toroq li jservu ta’ aċċess fil-kampanja, ikunu jistgħu jiġu mogħtija wiċċ tarmak u dan b'fondi mill-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ ġentilment jgħid meta ġiet ippublikata?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux se jipprovdi fondi biex toroq fil-kampanja li jagħtu aċċess lill-bdiewa għar-raba’ tagħhom, jingħataw wiċċ ta' konkos jew ta’ materjal ieħor? Jekk iva, b'liema mod?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tenders għal xogħol fil-Pitkalija ġew aġġudikati din is-sena? Liema xogħol beda u liema hu mistenni li jibdew dalwaqt? Fejn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li sal-lum fil-pitkalija sar investiment qawwi fix-xiri ta' kaxxi sabiex il-bdiewa jinqdew dejjem aħjar anke billi jinbidlu kaxxi li jkunu qed jinkissru. Dan l-investiment ser jibqa' għaddej sabiex ikun assikurat li ma jkunx hemm nuqqas ta' kaxxi, xi ħaġa li fil-passat kienet iddejjaq lill-bidwi bil-kbir. Dwar xogħlijiet oħra sa issa m'hemmx tendersoħra aġġudikati. Infakkar iżda li r-riforma tal-pitkalija għada għaddejja u fil-ġimghat li ġejjin ser ikun hemm iktar konsultazzjoni mal-istakeholdersfir-rigward.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fin-Naxxar, qed jistennew li jingħataw it-tarmak? Meta hu mistenni li jsiru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-aħħar informazzjoni li għandha Transport Malta l-lista hija s-segwenti:
Lokalità Triq
Naxxar
Forga
Naxxar
p/o Konti Manduca
Naxxar
Sir W Jervois
Naxxar
Fiteni
Naxxar
Manuel Magri
Naxxar
p/o G Vitale
Naxxar
Il-Kappella ta' San Mikiel
Naxxar
p/o Bahar ic-Caghaq
Naxxar
Mizzju
Naxxar
Tuffieh
Dawn huma toroq residenzjali li għad iridu jiġu asfaltati u għaldaqstant jsiru ladarba jkunu ffurmati u skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Mellieħa qed jistennew li jsiru bit-tarmak? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq li għadhom qatt ma saru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta illum l-lista hija segwenti:
- Bejn Triq Għollieqa u Tramuntana
- p/o Għollieqa
- Tarag il-Landiera
- Bejn Triq Fortizza & Camilleri
- p/o Wied ta' Ruman, p/o Barkazza, p/o Marlozz
- Taraġ fi Triq l-Etna
- Bejn Triq Għerien u Sagħtar
- Triq l-Imsell
- p/o Rattan
- Triq ir-Rihan
-Żona Għar u Casa
- p/o Padrun
- Triq Stasija
Infakkar lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq it-toroq residenzjali jsir skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk parking bays riservati għal loading/unloading, jistgħux jintużaw minn vetturi privati, sakemm ikunu qed jgħabbu jew iħottu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li loading/unloading bay tista’ tintuża minn kwalunkwe vettura li tkun qegħda tgħabbi u tħott.
Transport Malta – kantunieri – distanza li titħalla bla parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ikkunsidratx il-possibiltà li d-distanza li għandha titħalla mhux ipparkjata, fil-kantunieri, titnaqqas minn dak stabbilit illum, almenu f'toroq li huma 'one way'? Jekk iva, x'kien l-eżitu ta’ dawn l-istudji? Min għamilhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità timxi fuq kif stabbilit mill-liġijiet relevanti, f’dan il-każ speċifiku fuq Sezzjoni 79 tal-Avviż Legali 65.11.
Transport Malta – Toroq li saru mill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet Transport Malta għamel testijiet, , fuq toroq, fejn ikun sar xogħol mill-kunsilli lokali, minn Jannar 2015, sal-lum? X'kienu r-riżultati ta' dawn it testijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat ta-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Tranpsort Malta ma jagħmilx testijiet fuq xogħol ta’ terzi nkluż il-kunsilli lokali għaliex ma jimmaniġjax u lanqas jiċċertifika xogħol esegwit minn terzi li għalih għandu jkun hemm perit u kuntrattur responsabbli skont il-liġi u li jiġu mqabbda minn entità li kkummissjonat ix-xogħol b’termini u kundizzjonijiet stipulati fl-appalt rispettiv.
Nirreferi għar-risposti li diġà ngħataw u partikolarment għall-mistoqsija parlamentari 26775 fejn ġie spjegat ir-rwol tad-Direttorat ghar-rigward ta’ xogħol li jsir minn terzi u li jinkludu wkoll il-kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet minn kunsilli lokali lil Transport Malta, biex din tal-aħħar twettaq testjar fuq xogħol ta' toroq li jkunu wettqu l-kunsilli stess, minn Jannar 2015 sal-lum? F'liema każijiet saru t-testijiet mitluba? X’kienu r-riżultati li nġabru? X'passi ttieħdu wara dawn ir-riżultati?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjanijiet biex fix-Xemxija jkun hemm żvilupp ta' bajja bir-ramel?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16580 u ninformah li filwaqt id-disinji huma lesti, ġie konkluż l-istudju ta’ impatt ambjentali u dalwaqt jibda l-proċess tal-evalwazzjoni tal-istudju mill-awtorijiet ambjentali.
MTA – żmien il-Milied – tiżjin ta’ lokalitajiet turistiċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din is-sena l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) hux ser tkun qiegħda żżejjen xi lokalitajiet turistiċi partikulari għal żmien il-Milied? Jekk iva, fejn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tagħmel l-ebda tiżjin relatat mal-Festi tal-Milied.
MTA – stabbilimenti turistiċi – tkabbir ta’ lukandi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm stabbilimenti turistiċi talbu, u għandhom l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), biex ikabbru l-lukandi tagħhom? Fejn jinsabu dawn l-estensjonijiet approvati, u kemm ser iġibu magħhom żidiet fin-numru ta’ sodod? Kemm ser tkun iż-żieda, separatament għal kull kategorija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-estenzjonijiet approvati fis-sena 2016 huma kif imniżżel fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn fejn huma, lokalità lokalità, is-sitt mitt student li ser ikunu qed jattendu l-ITS din is sena? X'tip ta’ trasport qed ikun provdut biex l-istudenti jattendu għal-lectures tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bit-tagħrif dwar minn fejn huma is-642 istudent li qed jattendu l-ITS f’din is-sena skolastika.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza tal-istudenti jużaw it-trasport pubbliku sabiex jivvjaġġaw lejn l-ITS. Hemm uħud ukoll li jużaw il-vetturi privati tagħhom. L-ITS fil-preżent ma joffrix trasport lejn u minn l-ITS ħlief għal dawk l-istudenti li jattendu tard filgħaxija għal-lezzjonijiet fl-ipproċessar u s-servizz tal-ikel fir-ristoranti tal-ITS. Dawn l-istudenti partikolari jitwasslu lejn darhom bit-trasport tal-ITS.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mard ġdid ta' pjanti u siġar agrikoli ġew identifikati matul din is-sena? X’passi ttieħdu biex dan il-mard jiġi kkontrollat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din is-sena ġiet identifikata tip ta’ “white fly” ġdida fuq is-siġar taċ-ċitru bl- isem ta’ Paraleyrodes minei. Ta’ min wieħed jgħid li peress li f’pajjiżna diġà għandna tipi oħrajn ta’ “white fly”, dan l-insett mhux regolat bil-liġi għax mhux ikkunsidrat bħala organiżmu ta’ ħsara għall-pjanti. Għalhekk ma kienx hemm lok li jittieħdu miżuri speċjali biex dan l-insett jiġi eradikat. Madanakollu, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti nnotifika lill-UE b’din is-sejba l-ġdida.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm sar investiment fil-kwarantina tal-annimali matul l-aħħar sena? X’kien ix-xogħol li sar f’dan il-post f’dan il-perjodu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul din l-aħħar sena d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja kompla x-xogħlijiet ta’ modifika fuq il-kwarantina l-ġdida ġewwa Ħal Luqa. Dawn il-modifiki żgħar ser jipprovdu ambjent iktar favorevoli għall-annimali li jkun hemm bżonn jinżammu f’dan il-bini kif ukoll għall-impjegati li jieħdu ħsieb dawn l-annimali u b’hekk ikunu jistgħu jtejjbu s-servizz tagħhom. Ix-xogħlijiet kollha ser isiru sabiex jintlaħqu l-ogħla standards fir-rigward ta’ saħħa u sikurta’ kif ukoll sabiex ikunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali. Sa dan it-tant qegħdin isiru tiswijiet regolari fuq il-kwarantina l-qadima ta’ Ħal Luqa sakemm il-Kwarantina l-ġdida tkun lesta għall-użu.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' ċertifikat fito-sanitarju qed iwettaq il-Ministeru għal dak li jikkonċerna pjanti/siġar li jidħlu f'Malta, mill-UE, u minn pajjiżi terzi, rispettivament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninfożma lil-Onoż Inteżpellant li t-tip ta’ ċeżtifikat fito-sanitażju li jintalab mid-Diżettożat għas-Saħħa tal-Pjanti f’ każ ta’ impożtazzjoni ta’ pjanti jew siġaż minn pajjiżi teżzi, huwa skont kif mitlub fil-liġi ssussidjażja 433.03 taħt l-Att tal-2001 dważ il-Kważantina tal-Pjanti. Mateżjal ta’ pjanti jew siġaż ġejjin minn pajjiżi ġewwa l-UE jiżżikjedu passapożt tal-pjanti hekk kif stipulat fl-istess żegolamenti. Iż-żegolamenti msemmija huma konfożmi mad-Diżettiva tal-Kunsill Ewropew 2000/29.
In-Naxxar u Baħar iċ-Ċagħaq – roundabout tas-Salina — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed isir bħalissa fir-roundabout li hemm is-Salina, qabel ma’ tkompli t-triq lejn Baħar iċ-Ċagħaq u n-Naxxar? X’inhu l-iskop ta’ dan l-istess xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta' ġiebja fir-roundabout li hemm is-Salina għat-tisqija tal-ambjent tal-madwar.
Triq il-Kosta – Ħruġ min-naħa tal-Qadi – xogħlijiet fuq triq
Question
Billi l-ħruġ min-naħa tal-Qadi, qrib Kennedy Grove lejn Triq il-Kosta hu limitat lejn parti waħda, u billi l-aħħar parti ta' din it-triq hi mħarbta għal kollox, jista l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq tingħata wiċċ tarmak, iktar u iktar wara li kompliet titkisser minħabba x xogħol li sar fuq Triq il-Kosta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W456.