Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar l-Ambjent – applikazzjonijiet diskussi mal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar kienet diskussa mill-Awtorità dwar l-Ambjent minn mindu twaqqfet din l-awtorità? Liema kienu l-każijiet li ġew diskussi, u f'kull każ x’kienet il-pożizzjoni li ttieħdet mill-Awtorità dwar l-Ambjent? Kif tiġi komunikata lill-Awtorità tal-Ippjanar il-pożizzjoni tal-Awtorità dwar l-Ambjent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed tiġi kkonsultata b’mod awtomatiku mill-Awtorita tal-Ippjanar (PA) fuq kull applikazzjoni ta’ żvilupp li ssir, li b’kollox jammontaw għal madwar 1000 fix-xahar. Minn dawn, l-uffiċjali tal-ERA jridu janalizzaw dawk li b’xi mod jista’ jkollhom impatt fuq l-ambjent, li bejn wieħed u ieħor ilaħħqu għal madwar 400 każ kull xahar. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jifhem li x-xogħol meħtieġ biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fuq kull applikazzjoni jieħu ħafna ħin u riżorsi u għalhekk fid-dawl tax-xogħol kbir li għandha l-Awtorità din ma tistax tinġabar. Il-pożizzjoni tal-ERA tiġi kkomunikata lill-PA b’mod elettroniku permezz tal-użu tal-e-apps.
Leg 12 PQ #474 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq ir-Rebbiegħa – ilma ħiereġ minn blokka

Question

Billi matul l-aħħar ġimgħat, fi Triq ir-Rebbiegħa, San Pawl il-Baħar, qed ikun hemm ilma ħiereġ minn blokka appartamenti, liema ilma jidher li hu ta' xi washing machine, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-triq, minħabba l-inkonvenjent li qed joħloq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għamlu l-investigazzjonijiet neċessarji u wara li saru diversi spezzjonijiet fil-blokka t’appartamenti minn fejn ġie kkonfermat li qed joħroġ l-ilma, nħarġu avviżi lis-sidien sabiex is-sistemi tal-ilma tal-washing machines ma jibqax sejjer fil-katusa tal-ilma tax-xita iżda jiġi kkomunikat mad-drenaġġ hekk kif tispula l-liġi. Wara li dan id-Direttorat ta ż-żmien neċessarju lis-sidien sabiex isiru x-xogħolijiet neċessarji, dawn ix-xogħolijiet baqgħu ma sarux ghalhekk ittieħdu passi legali fil-konfront tas-sidien.

San Pawl il-Baħar u Buġibba – dgħajjes – rimi ta’ skart

Question

Billi jidher li xi sidien ta’ dgħajjes qed jarmu l-iskart li jkollhom fil-baħar, bil-konsegwenza li dan qed jiddaħħal mal-kosta fil-inħawi ta’ Buġibba u San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tinġibed l-attenzjoni tas-sidien, li dan hu llegali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ġiet infurmata b’dan ir-rapport u ttieħdu passi sabiex isir infurzar iktar frekwenti u anki tinħareġ notifika lill-baħħara.
Leg 12 PQ #476 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Għadira – ħsarat fis-sistema tad-dawl tal-festun

Question

Billi jidher li s-sistema tad-dawl tal-festun li hemm l-Għadira spiss qed ikollha ħsarat, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isiru t tiswijiet neċessarji biex din il-ħsara ma tibqax tirrepeti ruħha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi ittieħdet azzjoni minnufih sabiex id-dawl tal-festun tal-Għadira, li ġie nstallat mill-istess Fondazzjoni bħala parti mill-proġetti ta’ tisbieħ li qed jitwettqu fid-diversi żoni turistiċi f’pajjiżna, jiffunzjona.
Leg 12 PQ #477 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun — Fortizza Campbell - żviluppi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-aħħar żviluppi marbuta mal-Fortizza Campbell f'Selmun? Min hu mistenni li jiżviluppa dan il-post? Meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda talba quddiemu għal xi żvilupp partikulari tal-Fortizza Campbell f’Selmun.
Leg 12 PQ #478 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun Palace — żviluppi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibdew iseħħu xi żviluppi għal dak li jikkonċerna l-ex-lukanda, Selmun Palace?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #479 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Palazz ta’ Selmun — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min qed jieħu ħsieb il-Palazz ta’ Selmun, preżentement? Meta saret l-aħħar manutenzjoni f'dan il-post, u kemm ġiet tiswa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .

Azjendi agrikoli f’Malta u Għawdex – tkabbir ta’ prodotti b’mod bijoloġiku

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm azjendi agrikoli li qed ikabbru l-prodotti tagħhom b'mod bijoloġiku ġew mogħtija ċertifikazzjoni f'Malta u f'Għawdex, separatament? Fejn jinsabu dawn l-azjendi u kemm hi l-art, f'kull każ li tinħadem b'dan il-mod?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li hawn tlettax-il azjenda li għandhom ċ-certifikati għal biedja organika maħruġa mill-MCCAA. Ħdax minhom huma f’Malta u tnejn huma f’Għawdex. It-tabella hawn taħt turi fejn jinsabu dawn l-azjendi u kemm hi l-art li tinħadem b'dan il-mod: Lokalita’ Erja agrikola totali (Ettari) Żebbiegħ 12.7 Manikata 9.0 Marsaxlokk 8.0 Marsa 3.7 Dingli 3.4 Siggiewi 2.6 Mġarr 2.2 Siġġiewi 2.1 Baħrija 1.9 Mellieħa 1.3 Marsascala 0.2 Nadur (Għawdex) 8.9 Qala (Għawdex) 6.6

MCCAA – ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' persuni li llum (meta tiġi mwieġba din id-domanda), qed jaħdmu mal-MCCAA? Kemm kien in-numru ta’ ħaddiema f'din l-istess aġenzija, fil-bidu tal-2013? Fiex huma impjegati l-ħaddiema ġodda li hemm ma’ din l-aġenzija? Meta hu mistenni li jiżdiedu iktar ħaddiema, u f'liema kategorija ta' impjegati?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum hemm mija u tnejn u erbgħin (142) impjegat mal-MCCAA. Fil-bidu tal-2013 kien hemm mija u tmienja u għoxrin (128) impjegat. Il-ħaddiema l-ġodda huma teknici, amministrattivi u professjonisti; Qegħdin fil-proċess biex nimpjegaw iktar ħaddiema mal-MCCAA f’ pożizzjonijiet amministrattivi u professjonali. Skont kif meħtieġ biex tissaħħah il-ħidma ta’ din l-Awtorita’ kif imwiegħed fil-program elettorali ta’ dan il-Gvern.
Leg 12 PQ #482 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta’ kostruzzjoni fuq toroq u bankini – koordinazzjoni bejn il-PA, il-BRO u l-OHSA biex ma jitħallewx perikli żejda

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' koordinazzjoni qed issir bejn il-PA, il-BRO u l-OHSA, biex jiġi assigurat li meta jingħalqu bankini, u possibbilment toroq, minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li għalih ikunu ħarġu l-permessi neċessarji fil-fatt ma' jitħallewx perikli żejda fuq tali postijiet? Billi huma bosta l-każi fejn min jibni qed iħalli bankini mkissra għal xhur sħaħ u dan mingħajr ma jittieħdu l-ebda passi, minkejja l-perikli li jkunu qed jinħolqu, jista' jiġi assigurat li l-entitajiet kollha involuti jkunu jistgħu jikkordinaw aħjar ix-xogħol tagħhom, u dan biex jiġi evitat li jkun hemm perikli żejda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-organizazzjonijiet imsemmija ma jagħtux permessi biex tingħalaq xi triq partikolari. L-istess jgħodd għall-bankini, bid-differenza iżda li fejn ikun hemm bankina li qed toħloq inkonvenjent peress li ma tinħoloqx ‘covered walkway’ fl-armar ta’ scaffolding li jkun intrama’, l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini (BRO) jistudja x’inhi r-raġuni għal tali ngombru u skond il-konkluzzjoni li tintlaħaq jittieħdu l-passi meħtieġa. Fir-rigward ta’ bankini li jitħallew imkissra, żgur li l-Onor. Interpellant huwa konxju mill-fatt li Kunsill Lokali ta’ lokalita’ li fiha ikunu qed isiru xogħlijiet ikollu favur tiegħu garanzija bankarja biex tagħmel tajjeb għall-ħsarat li setgħet iġġarrab bankina. Huwa biss meta tali Kunsill ikun sodisfatt li l-bankina ġiet fl-istat oriġinali tagħha li tali garanzija tiġi rilaxxata jew inkella jekk ikun il-ka¿ likwidata favur tali Kunsill biex isiru t-tiswijiet meħtieġa tagħha.
Leg 12 PQ #483 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taqsima responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-artijiet – diskussjonijiet biex jiġu aġġornati s-site plans

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta ser jiġu finalizzati d-diskussjonijiet mat-taqsima responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-artijiet, biex il-pjanti (site plans) aġġornati li għandha l-PA jibdew jintużaw ukoll mis-sezzjoni responsabbli mir-reġistru tal-artijiet, u dan billi l-pjanti provduti minn dan ir-reġistru ilhom snin twal ma jiġu aġġornati, u għalhekk qed joħolqu diffikultajiet għal dawk li jkollhom bżonn jużawhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .

Pulizija li ħa jagħlqu l-25 sena ta’ servizz

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija li hu mistenni jagħlqu l-25 sena servizz, din is-sena, fl-2017 u fl-2018, separatament? Kemm kien in-numru ta' membri tal-korp li telqu mill-korp wara li għalqu ż-żmien tas-servizz din is-sena, u fl-2015, separatament,? F'liema grad, skont kif imqassma fil-korp, kienu dawk li ħallew il-korp f'dan il-perjodu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn din is-sena, is-sena 2017 u s-sena 2018 mistenni jagħlqu l-25 sena ta’ servizz , total ta’ mija tmienja u sittin membru tal-Kopr tal-Pulizija. Matul is-sena 2015 telqu sitta’ u sittin membru, filwaqt li matul is-sena 2016, temmew is-servizz tagħhom wieħed u disgħin membru, wara li għalqu ż-żmien ta’ servizz. Aktar informazzjoni fuq il-gradi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Membri tal-Forzi Armati li ħa jagħlqu l-25 sena ta’ servizz

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm membri tal-forzi li hu mistenni li jagħlqu l-25 sena servizz matul din is-sena, matul l-2017 u fl-2018, separatament? Kemm kien in-numru ta' membri tal-armata li din is-sena, u fl-2015 separatament, telqu mill-armata wara li għalqu 25 servizz? F'liema gradi kienu dawk li telqu f'dan il-perjodu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn din is-sena, is-sena 2017 u s-sena 2018 mistenni jagħlqu l-25 sena ta’ servizz , total ta’ mija disa’ u disgħin membru tal-Forzi Armati ta’ Malta. Matul is-sena 2015 telqu sitta’ u tletin membru, filwaqt li matul is-sena 2016, temmew is-servizz tagħhom tlieta u erbgħin membru, wara li għalqu l-ħamsa u għoxrin sena ta’ servizz. Aktar informazzjoni fuq il-gradi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gwardjani tal-ħabs li mistenni jagħlqu l-25 sena ta’ servizz

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm gwardjani tal-ħabs li hu mistenni li jagħlqu 25 sena servizz matul din is-sena, matul l-2017 u fl-2018, separatament? Kemm kien in-numru ta' gwardjani li għalqu l-25 sena servizz din is-sena, u fl-2015, separatament, telqu mix-xogħol tagħhom wara li għalqu l-25 sena servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn din is-sena, is-sena 2017 u s-sena 2018 mistenni jagħlqu l-25 sena ta’ servizz , total ta’ żewġ membri tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordi. Matul is-sena 2015 telqu tlett membri, filwaqt li matul is-sena 2016, temmew is-servizz tagħhom erbgħa membri, wara li għalqu l-ħamsa u għoxrin sena ta’ servizz.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili li mistenni jagħlqu l-25 sena ta’ servizz

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm membri tal-protezzjoni ċivili li hu mistenni jagħlqu l-25 sena servizz, din is-sena, fl-2017 u fl-2018 separatament? Kemm kien in-numru ta' membri li telqu mix-xogħol din is-sena u fl-2015, separatament, wara li għalqu 25 servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn din is-sena, is-sena 2017 u s-sena 2018 mistenni jagħlqu l-25 sena ta’ servizz , total ta’ 12-il membru tal-Protezzjoni Ċivili. Matul is-sena 2015 ma kien hemm l-ebda membru, filwaqt li matul is-sena 2016, temmew is-servizz tagħhom tliet membri, wara li għalqu l-ħamsa u għoxrin sena ta’ servizz.
Leg 12 PQ #488 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – San Pawl il-Baħar – Triq it-Tamar — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li sar fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew mill-privat għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li iżda jaffettwa lill-istess korporazzjoni, minħabba li xogħol ta' house connections li saru f'din it-triq ftit tal-ġimgħat ilu fil-fatt diġà niżlu sew, bil-konsegwenza li triq li kienet ta' livell aċċettabbli spiċċat imħaffra f'numru ta' postijiet fit-tul tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-konnessjonijiet mall-main tal-ilma biss jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Korporazzjoni. Fil-perjodu msemmi saret konnessjoni waħda biss mal-main tal-ilma, liema trinka ma kinitx ta’ kwalita’ sodisfaċenti u għaldaqstant il-Korporazzjoni ħadet il-provvedimenti sabiex il-wiċċ ġdid tat-trinka jkun ta’ kwalita’ tajba.

San Pawl il-Baħar – Ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn wardens, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fil-lejl ta’ bejn il-11 u t-12 ta' Awissu, 2016? F'liema toroq ingħataw, u x'kienet ir-raġuni li ngħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-7:00 ta’ filgħaxija tal-11 t’Awwissu u s-7:00 ta’ filgħodu tat-12 t’Awwissu ma ngħataw l-ebda ċitazzjonijiet mill- Gwardjani Lokali f’San Pawl il–Baħar.

Ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens

Question

Billi ġie rraportat li fl-ewwel sitt xhur tal-2016 kien hemm tnaqqis ta’ madwar 8,000 ċitazzjoni mogħtija mill-wardens, fejn f’Ġunju 2016 kien hemm tnaqqis ta’ madwar 5,000 ċitazzjoni meta mqabbel ma’ Ġunju 2015, jista' l-Ministru jgħid, kemm kienu n-numru ta' ċitazzjonijiet xahar b’xahar, lokalità lokalità, din is-sena, u kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu mill-wardens, xahar xahar, lokalità lokalità matul l-2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Settembru 2016 ngħataw 9,084 ċitazzjoni inqas meta imqabbel mal-istess perjodu fl-2015. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Persuni li għandhom ID Card valida

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni (sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda), li għandhom ID Card valida għal tliet jew inqas (fil-każ speċifika l-perjodu tal-validità), għal sena, għal tliet snin, jew permanenti (u jekk hemm perjodi ta' tul ieħor, għal dawn l-istess perjodi differenti)? X'inhuma r-raġunijiet li għalihom ikun hemm tul ta' żmien differenti fil-validità ta' dawn l-ID Cards?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #492 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policy tal-PA rigward bini abbandunat

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy tal-Planning Authority (PA) għal dak li jirrigwarda bini li jkun evidentement abbandunat, u li jkun qed ikerrah l-inħawi li jkun fih? X'passi jittieħdu mill-istess PA biex tali bini ma jibqax abbandunat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Gejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li din timxi skont kif provdut fl-artikolu 99(1) tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. L-artikolu 99(1) jaqra kif ġej: Jekk il-Kunsill Eżekuttiv jidhirlu li l-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwa mħassar bid-dehra jew kondizzjoni strutturali ta’ xi bini jew ta’ xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, jew bid-dehra ta’ xi sit fejn ikun qed isir jew sar żvilupp fih jew kostruzzjoni jew xi xogħlijiet oħra, il-Kunsill Eżekuttiv jista' jinnotifika avviż ta’ twettiq fuq is-sid tal-art jew fuq l-okkupant tal-art jew fuq it-tnejn kif il-Kunsill Eżekuttiv jidhirlu l-aktar spedjenti, li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara kif jista’ jiġi speċifikat fl-avviż.