Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali fis-sena 2013, 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet ingħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar – postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta' Jannar li għadda sal-lum? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet ingħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27770.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-invalidità llum? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-benefiċjarji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidità huwa ta’ 3916. Minn dan in-numru ta’ benefiċċjarji, 204 jgħixu barra minn Malta filwaqt li 3712 huma residenti f’Malta, skont kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Djar tal-Anzjani tal-Gvern humiex kollha attrezzati b'apparat ta' call button/bell għall-anzjani li joqogħdu f'dawn id-djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern huma kollha attrezzati b'apparat ta' call button/bell għall-anzjani li joqgħodu f'dawn id-djar.
Fil-preżent, iżda, id-Direttorat għall-Anzjanita` Attiva u Servizzi fil-Kommunita’, kien qed jaħdem flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti, fuq
public tender
għal provediment u nstallazzjoni ġdida ta`
nurse call system
għad-Dar tal-Anzjani ta` Bormla
(
peress li s-sistema preżenti kien wasal iż-żmien li tinbidel għax hija
beyond repair).
Din il
-public tender
ġiet konkluża, u fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tiġi installata din in-
nurse call system
il-ġdida
Fejn jikkonċerna r-Residenza San Vinċenz de Paule, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, minn 34 sala, huma biss is-swali Rużar Briffa 3, 4 u 5 li m’għandhomx
nurse call systems
, hekk kif dawn is-swali qatt ma kienu mgħammra b’sistemi li jiffaċilitaw apparat ta’
nurse call system
. Is-swali Rużar Briffa 1 u 2, bħalissa għaddejjin minn xogħlijiet estensivi; fejn bis-saħħa ta’ dan l-innovar, dawn is-swali ser ikunu qegħdin igawdu minn sistemi ta’
nurse call systems
ukoll. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-swali 3, 4 u 5 tal-binja Rużar Briffa, qegħdin ukoll imdaħħla fil-master plan ta’ din il-blokka.
Madanakollu, apparti nurse call system, hemm proċeduri viġenti biex ir-residenti, kemm ġewwa r-Residenza San Vinċenz kif ukoll ġewwa d-Djar tal-Anzjani kollha tal-Gvern, ikunu taħt il-moniteraġġ tal-istaff, għal kull bżonn u emerġenza tal-anzjani.
Skola Primajra tal-Vajringa, Arkivji ta’ Għawdex u Librerija Publika — watchman
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kumpless fejn hemm l-Iskola Primarja tal-Vajringa, l-Arkivji ta' Għawdex u l-Librerija Pubblika m’hemmx watchman? Jista’ jikkonferma li sa ftit ilu dan il-kumpless kellu watchman iżda issa tneħħa? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu seħħet serqa ta' eluf ta' euro f'għodda minn dan il-post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21761.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li ma seħħet ebda serqa għax irriżulta li l-affarijiet li ġew irrapportati misruqa fil-fatt instabu fil-post stess.
Ix-Xewkija – Żona Industrijali – kumpanija — impjiegi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħaddem nies il-kumpanija ġewwa Għawdex li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-post li ġie inawgurat ftit aktar minn sena ilu fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ma jkollix id-data dwar it-total ta’ l-impjiegi attwali tal-kumpaniji. Għaldaqstant qed nitolbok tagħmel il-mistoqsija lil-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-laboratorji ta' Heritage Malta għandhomx Shower u Eyewash Stations? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn lis-stations u f’liema laborotarji laboratorji qegħdin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fil-laboratorji ta’ Heritage Malta hemm shower u eyewash station.
Belt Valletta – esebizjoni esibizzjoni — viżitaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il viżitatur żaru l-esebizjoni esibizzjoni dwar il-Belt Valletta? Jista’ jgħid kemm minn dawn in-nies daħlu b'xejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn meta fetħet il-wirja fit-23 ta’ Lulju sas-6 ta’ Ottubru kien hemm 3,292 viżitatur li żaru il-wirja, li 794 minnhom daħlu mingħajr ħlas (il-maġġoranza l-kbira tagħhom waqt in-Notte Bianca).
Wirja dwar il-Belt Valletta – cost Cost-benefit Benefit analysis Analysis u marketing Marketing planPlan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx cost Cost-bBenefit analysis Analysis u marketing Marketing plan Plan qabel ma ġiet varata l-wirja dwar il-Belt Valletta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn id-dokumenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi wirja bħal dik dwar il-Belt Valletta ma huwiex proġett tali li jeħtieġ Cost Benefit Analysis, u għalhekk dan ma sarx. Min-naħa l-oħra Marketing Plan isir dejjem – qed inpoggi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaġar Qim, Forti Sant’ Anġlu u Forti Sant’Iermu – sejħa mal-ispazji kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa ser toħroġ is-sejħa relatata mal-ispazji kummercjali kummerċjali (catering) relatati maċ-ċentru Ċentru tal-viżitaturi Viżitaturi f’Ħaġar Qim, il-Forti Sant’ Anġlu u il-Forti Sant’Iermu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fl-immedjat ma hemm l-ebda ħsieb li tinħareġ sejħa rigward l-ispazji kummerċjali fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u fil-Forti Sant’ Anglu. Is-sejħa għall-immaniġjar tal-ispazji kummerċjali fil-Forti Sant’Iermu għandha tiġi ppubblikata iżjed tard din is-sena.
Heritage Malta — mużika amplifikata f’istabbiliment
Question
B'referenza għas-sejħa (HM 28/6/2016) ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta mhux se taċċetta mużika amplifikata ġewwa dan l-is-stabbiliment?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi dan l-istabbiliment se jkun parti integrali minn mużew tal-arti immexxi mill-agenzija nazzjonali tal-wirt kulturali, fil-qalba tal-Belt Valletta u għalhekk l-attivitajiet kollha li jkun hemm fih iridu jkunu idoneji għal dan il-kuntest.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħadet Heritage Malta sabiex tinkoraġġixxi l-ħaddiema tagħha sabiex jikomplu jistudjaw fil-livelli tad-dottorat jew post-doc?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-inizjattivi ta’ Heritage Malta rigward impjegati li jkomplu jistudjaw, inkluz f’livell ta’ dottorat jew post-doc, huma regolati mill-Ftehim Kollettiv, u kull talba li tirċievi din l-Aġenzija, tiġi kkunsidrata skond l-istess Ftehim Kollettiv.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex tittieħed azzjoni raġjonevoli fiċ-ċirkostanzi, dwar każ ta’ koppja li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, residenti fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa, li qed jiġu mitluba mill-Welfare Committee sabiex iħallsu €284 pendenti mill-2011 fejn evidentiment kien hemm xi konfużjoni jew sar żball ġenwin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jiġi segwit mill-Kumitat tal-Welfare u ħa azzjoni minnufih rigward il-każ inkwistjoni.
B’referenza għal dawk in-nies li jinnegozjaw fil-karozzi u jħallsu l-permess tal-pjanċa On Trial, jista’ l-Ministu jgħid jekk saritilhomx xi restrizzjonijiet fil-ħin ta’ użu? Din tista’ tintuża biss minn sbieħ sad-dlam? Dawn jistgħu jagħtu trial run anke għall-weekend biex iħajru iktar lill-klijent? Jekk dan hu minnu, jista’ jara li tiġi rranġata din is-sitwazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont id-Dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur, Artikolu 35(8), jistipola li “Pjanci ‘Trial Run’ ma għandhomx jintużaw fil-Ħdud jew festi pubbliċi jekk mhux awtorizzati b’mod speċjali mill-Awtorità “ u għaldaqstant ma saru l-ebda restrizzjonijiet fil-ħin ta’ użu.
L-użu tat-trial run huwa permessibli mit-Tnejn sas-Sibt u m’ hemmx limitazzjoni ta’ ħin. Fir-rigward ta’ Ħdud u Festi pubbliċi ma jsirx kummerċ ta’ dan it-tip u għalhekk l-użu tat trial run huwa ristrett f’dawn il-ġranet .
Jista’ l-Ministru, permezz tal-iStatementing Board jara u jiddeċiedi fuq każ ta’ tifel autistic li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li sal-lum kellu shared Learning Support Assistant u issa qed issir talba li ilha sentejn pendenti biex ikollu Learning Support Assistant għalih waħdu, liema talba saret kemm mill-ġenituri kif ukoll mill-istess Kap ta’ Skola? Fid-dawl li din it-talba ilha sentejn pendenti, jista’ jara li dan il-każ jiġi deċiż qabel il-bidu tas-sena skolastika li jmiss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li dan il-każ deher quddiem l-iStatementing Moderating Panel f’Awwissu li għadda u t-tifel ser ikollu Full Time One to One Support.
Billi bosta residenti u persuni oħra li għandhom interess f'dak li jkun qed jiġri f'San Pawl il-Baħar qed jilmentaw minħabba l-bosta persuni li qed jarmaw xi forma ta' negozju fuq il-front ta' Buġibba/Qawra, u dan b'ostakolu għal dawk li jgħaddu minn dawk l-inħawi u b'detriment għal dawk li għandhom negozji fl-istess inħawi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jistgħu l-pulizija jikkontrollaw dawn l-istess bejjiegħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat il in konnessjoni ma’ dak li hemm irrapurtat fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, il-Pulizija tad-Distrett ta’ San Pawl qed jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi. Jekk u meta jiġi osservat xi ksur ta’ xi regolamenti, jinħarġu t-taħrikiet relattivi.
Il-Qawra — frekwenza ta' karozzi tat-trasport pubbliku
Question
Billi huma bosta r-residenti u wkoll barranin li jixtiequ jagħmlu użu mit-trasport pubbliku li qed jilmentaw minħabba ħin twil li qed ikollhom jistennew fuq l-istages, jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibiltà li tiżdied il-frekwenza tal-karozzi li jitilqu mill-venda tal-Qawra, kemm fid-direzzjoni tal-Għadira/Għajn Tuffieħa, kif ukoll fid-direzzjoni tal-Belt/Sliema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-introduzzjoni tal-iskeda tas-sajf, li daħħlet fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju, s-sussegwenti rotot li joperaw mill-venda ta’ Buġibba kellhom żieda fil-frekwenza tagħhom hekk kif ġej:
Numru tar-Rotta
Rotta
Frekwenza fix-Xitwa
Frekwenza fis-Sajf
Min
Via
Sa
212
Qawra/Buġibba
Pembroke
Sliema
2 vjaġġi fis-siegħa
3 vjaġġi fis-siegħa
221
Qawra/Buġibba
Mellieħa
Ċirkewwa
2 vjaġġi fis-siegħa
3 vjaġġi fis-siegħa
223
Qawra/Buġibba
Għajn Tuffieħa
vjaġġ fis-siegħa
3 vjaġġi fis-siegħa
Infurmat ukoll li sabiex tlaħħaq mad-domanda fuq dawn ir-rotot, minn Lulju kien hemm żieda addizzjonali fil-frekwenzi fuq tliet rotot li joperaw minn din il-venda hekk kif ġej:
· Rotta 31 (Buġibba – Belt Valletta via L-Isptar Mater Dei) kellha żieda fil-frekwenza tagħha minn żewġ vjaġġi fis-siegħa għall-tliet vjaġġi fis-siegħa;
· Ir-rotta 212 (Buġibba – Sliema) u r-rotta 221 (Buġibba- Ċirkewwa) kellhom żieda fil-frekwenza tagħhom minn tliet vjaġġi għall-erba’ vjaġġi fis-siegħa. Għaldaqstant, il-frekwenza fuq dawn iż-żewġ rotot irduppjat għall-perjodu tas-sajf.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex il-water park f'Buġibba jingħalaq? Kemm hu mistenni li jdum magħluq dan il-park? X’passi ttieħdu biex tiġi rranġata l-ħsara li kien hemm?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Water Park ġewwa Buġibba ġie magħluq fit-28 ta’ Lulju minħabba ħsarat tekniċi fl-apparat mekkaniku tal-pompi tal-ilma. Il-Park reġa’ nfetaħ għall-pubbliku fl-4 ta’ Awissu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba, minn Jannar 2016 sad-data li tingħata risposta għal din id-domanda, kien hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, li sewwew it-traffic lights li hemm madwar San Pawl il-Baħar? X'inhi r-raġuni li għaliha kien hemm daqstant ħsarat f'dawn id-dwal?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Lulju 2016 kien hemm 36 spezzjoni u/jew tiswija ta’ traffic lights fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn jinkludu xogħlijiet varji li ħafna minnhom kienu każijiet ta’ manutenzjoni regolari.