B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32072, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-proġetti li twettqu mill-Ministeru tiegħu bejn l-2013 u llum? F’liema każijiet saret konsultazzjoni mal-kunsilli lokali rispettivi? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-każijiet fejn il-proġetti jinsabu għaddejjin bħalissa, u fil-każ, fejn ix-xogħol fiżiku għadu ma nbediex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif ġa weġibtu fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 32072, meta l-Ministeru jkun ser iwettaq xi proġett maġġuri dan jagħmel il-konsultazzjonijiet meħtiega mal-stakeholders kollha, inkluż il-Kunsilli Lokali. Jekk l-Onor Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi konsultazzjonijiet li saru fuq xi proġett partikolari, nitolbu jkun aktar speċifiku u jindika liema Kunsill Lokalli qed jirreferi għalih sabiex inkun nista’ nagħtih l-informazzjoni meħtieġa. L-Onor Interpellant għandu jifhem li t-terminu “proġetti” huwa vast ħafna u għalhekk huwa mitlub li jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Għajn Tuffieħa — Triq l-Imġarr u Triq Żebbiegħ - traffic management
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward pjan fuq traffic management jew bini ta' struttuti fi Triq l-Imġarr u Triq Żebbiegħ, Għajn Tuffieħa minħabba li qegħdin isiru diversi aċċidenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tagħmel kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament.
Malta Racing Consortium – Memorandum of Understanding
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Marsa Racetrack Consortium? Jista’ jgħid minn min hu magħmul il-Malta Racing Consortium?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-konsorzju li l-isem korrett tiegħu huwa ‘Malta Race Track Ltd (MRTL)’, huwa ftehim bilaterali li jesprimi konverġenza ta' rieda bejn il-Gvern u l-MRTL. Għaldaqstant, l-iżvelar tal-kontenut ta’ dan l-MOU huwa pprojbit minħabba s-sensittività tan-negozjar bejn iż-żewġ partijiet f’dan il-perjodu, liema negozjar għandu jwassal sabiex jintlaħaq ftehim aħħari għall-iffirmar tal-ftehim ta' konċessjoni.
L-informazzjoni dwar minn min hu magħmul il-konsorzju hija pubblika u tista’ tinstab fuq il-website tal-MFSA, taħt isem il-konsorzju Malta Racing Track Ltd, bin-numru tar-reġistrazzjoni C80096.
Żgħażagħ ta’ 16-il sena li jingħataw id-dritt li jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan imfassal ta’ konsultazzjoni biex iż-żgħażagħ mill-età ta’ 16-il sena jingħataw id-dritt li jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir pjan sabiex fiż-żmien li ġej tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika. Tajjeb li wieħed japprezza li kien dan il-gvern li ta id-dritt tal-vot lil żgħażagħ ta’ 16-il sena biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u dan kif imwiegħed fil-Manifest elettorali tal-Partit Laburista.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta saret minn Marzu 2013 sa llum, dwar liema suġġett kienet u x’kien l-eżitu ta’ kull inkjesta? Jista’ jgħid kemm u liema inkjesti għadhom pendenti?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk TM approvatx xi rotot ġodda ta’ trasport pubbliku lejn l-ajruport? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk dan it-trasport hux ser jissostitwixxi t-trasport li diġà jeżisti? Jista’ jgħid minn fejn ser jopera u kemm ser ikun il-nol (fare) li se jitħallas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’approvat l-ebda rotta ġdida ta’ trasport pubbliku lejn l-ajruport.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32022, fejn kien ġie mitlub li tingħata r-raġuni li fl-aħħar sejħa għall-post ta' Uffiċjali Prinċipali fis-Servizz Pubbliku, minkejja li kien hemm diversi petizzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma ġietx applikata l-proċedura normali li ma jsirux ħatriet qabel ma tingħata risposta finali għall-petizzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-passat kienx hemm każijiet simili fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku appuntat persuni qabel ma kien hemm risposta final għall-petizzjonijiet imressqa quddiemha?
Servizzi Pubbliku — Proċess ta’ Għażla kompettitiv għad-dħul fi grad ta’ Uffiċjal Prinċipali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32023 u ċjoè “B'referenza għall-aħħar sejħa dwar proċess ta' għażla għad-dħul fil-grad ta' Uffiċjal Prinipali fis-Servizz Pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li kienu ġew inkarigati żewġ bordijiet għat-tieni parit tal-eżami u, jekk fl-affermattiv, jgħid kemm kandidati resqu u kemm għaddew minn kull bord" , peress li fit-tweġiba ġejt mitlub nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30925 u peress din it-tweġiba hi dwar suġġett differenti jista' l-Prim Ministru jagħti risposta hekk kif kien mitlub fil-mistoqsija oriġinali?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30751, fejn fit-tweġiba ngħad li €1.2 miljun li kienu ivvutati taħt il-Vot Recurrent Item 5896 kienu se jintużaw għall-proġett ta' Barts Medical School, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30992 fejn fit-tweġiba ngħad li din l-iskola se tinbena minn Vitals Global Healthcare (VGH), u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32063 fejn fit-tweġiba għaliha ngħad li l-Gvern se ikun qed jikri l-binja msemmija mingħand il-VGH, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni kif il-Gvern se jkun ivvota flus għal dan il-proġett, liema proġett se jinbena fuq art tal-Gvern u fl-istess ħin il-Gvern se jkollu jħallas lil VGH biex jikri l-binja mingħandha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern se jkun qed jikri l-binja ġdida tal-skola medika u mhux l-art mingħand il-VGH.
Ħal Għargħur – Triq l-Indipendenza – asfalt fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jingħata l-asfalt f'parti minn Triq l-Indipendenza, Ħal-Għargħur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li toroq residenzjali jingħataw l-ewwel kisja ta’ asfalt minn Transport Malta la darba jkunu ffurmati mill-iżvilluppaturi abbażi ta’ l-obbligi tagħhom u skont l-prioritajiet nazzjonali, disponibbilta’ ta’ fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (MALLIA, EMANUEL)
TELEWORK
REDUCED HRS
MCDMS
1
1
MGA
2
2
MMA
0
0
MCA
4
5
MALTA FREEPORT
0
2
GAMING MALTA
0
0
MITA
29
23
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31151 u 30848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Fieres, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31150.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31150 u 30847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ Triq is-Sorijiet, Tarxien (quddiem l-ex club tar-Rainbows, qabel il-bieb tal-ġenb tal-Iskola tal-Immaculate Conception) tiġi asfaltata mill-iktar fis peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31150.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31025 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jara li Triq Santa Marija f’Ħal Tarxien (speċjalment fil-parti ta’ quddiem il-Miracle Foods sal-ġnien pubbliku) tiġi asfaltata suret in-nies mill-iktar fis, peress li issa żviluppaw wisq ħofor fondi, li huma ta’ periklu serju għal kulħadd?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ser jitlob lil Transport Malta jekk hemmx xi garanzija tal-kuntrattur fuq ix-xogħol li kien sar fuq it-triq imsemmija mill-Gvern Ċentrali madwar is-sena 2008, sabiex tkun tista tissewwa mill-kuntratur li għamel ix-xogħol.