Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tfal għamlu użu mill-Emerġenza tat-Tfal tal-Isptar Mater Dei mill-ftuħ tiegħu sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fl-Emerġenza tat-Tfal tal-Isptar Mater Dei mill-ftuħ tiegħu, iġifieri mill-21 ta’ Diċembru 2015 sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien ta’ 12,577 attendenzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s-CT Scan il-ġdida fl-Isptar Mater Dei u kemm saru testijiet permezz ta’ din is-CT Scan, sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-CT Scan il-ġdida bdiet tintuża nhar is-6 ta’ Lulju ta’ din is-sena u sat-8 ta’ Ottubru 2016 saru 1,850 intervent. Il-kuntratt tas-CT il-ġdid ghandu valur ta’ €1.7 miljun. Din s-CT Scan kienet parti minn proġett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eligibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti bbenefikaw mill-angio suite l-ġdida sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm swiet din l-angio suite?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Angiosuite il-ġdida bdiet tintuża nhar l-10 ta’ Awwissu ta’ din is-sena u sat-8 ta’ Ottubru 2016 saru 176 interventi. Il-kuntratt tal-Angiosuite l-ġdida għandu valur ta’ €1.9 miljun. Din l-angiosuite kienet parti minn progett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eliġibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proċedura saret ġewwa l-Brain Lab sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm tiswa kull proċedura u kemm swiet l-ispiża inizjali biex ikollna Brain Lab fl-Isptar Mater Dei ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-5 ta’ Ottubru tal-2016 kien hemm 36 pazjent li ġie ttrattat permezz tal-brain lab. L-ispiża ta’ kull proċedura tiddependi xi jkun ikkunsmat waqt il-proċedura. L-ispiża totali tal-brain lab li tinkludi s-sistema kollha flimkien mas-software hija ta’ €385,127.00. Din l-Brain Lab kienet parti minn proġett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eligibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dħul f’Dar tal-Anzjani minħabba li ilha tmien xhur l-isptar tistenna sabiex tidħol ġewwa dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Dħul ta’ mediċina fil-formularju – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tingħata informazzjoni rigward dħul ta’ mediċina fil-formularju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.
Dħul ta’ mediċina fil-formularju – każ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tingħata informazzjoni rigward dħul ta' mediċina fil-formularju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li ħarġu fuq parole minn meta għaddiet il-liġi, sal-ġurnata li tkun qed tinqara din id-domanda, sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2013 ingħataw erba’, fis-sena 2014 ingħataw tnejn u għoxrin, fis-sena 2015 ingħataw erba’ u għoxrin u fis-sena 2016 (sa Awwissu) ngħataw dsatax il-liċenzja tal-Parole.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Taqsima tal-Inmate Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li jingħataw lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mit-Taqsima tal-Inmate Services? Hemm xi ħsieb li fil-futur qrib jiżdiedu dawn is-servizzi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-servizzi offruti mill-Uffiċċju tal-Inmate Services, huma kif ġej:
· Jiġi ffaċilitat il-kuntatt bejn il-priġunieri u l-avukati tagħhom
· Tiġi iffaċilitata l-vista li ssir mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali kull ġimgħa
· Kuntatt ġornalier mal-priġunieri li jkollhom bzonn l-għajnuna u support tal-istess uffiċju
· F’kazijiet partikolari isir kuntatt bejn il-priġunier/a u l-familjari tegħu/ tagħha
· Distribuzzjoni ta’ phonecards mgħotija mill-Faċilità lil kull priġunier, bla ħlas
· Jintlaqgħu applikazzjonijiet minn priġunieri li jixtiequ jsegwu programmi ta’ rijabilitazzjoni minn abbuzz ta’ sustanzi
· Jintlaqgħu applikazzjonijiet minn priġunieri li jixtiequ jsegwu programm għar-riintegrazzjoni soċjali
· Applikazzjonijiet minn priġunieri u proċessar tal-istess applikazzjonijiet sabiex priġunieri jkunu jistgħu jaħdmu ġewwa l-Faċilità
· Proċessar ta’ rapporti ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ priġunieri
· Rapporti dwar l-andament tal-priġunieri, liema rapporti jiġu prezentati f’diversi bordijiet
· Testijiet tal-urina lill-priġunieri sabiex jiġi aċċertat li ma għamlux uzu minn sustanzi projbiti ġewwa l-Faċilita’
· Proċessar ta’ kontijiet fir-rigward ta’ priġunieri li jkunu qed isegwu programmi ta’ rijabilitazzjoni
· Kuntatt ma’ diversi ambaxxati
· Koordinazzjoni u kooperazzjoni ma’ Dipartimenti Governattivi oħra bil-għan li jitħaffef ix-xogħol bejn l-entitajiet diversi
· Jintlaqgħu applikazzjonijiet minn priġunieri li jixtiequ jiġu ikkonsidrati għal istat ta’ refuġjat u koordinazzjoni mal-uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati
· Jintlaqgħu applikazzjonijiet minn priġunieri ta’ nazzjonalita’ barranija li jixtiequ jkomplu jservu s-sentenza tagħhom ġewwa pajjizhom
· Koordinazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) fir-rigward tal-intervisti li huma jagħmlu mal-priġunieri li jkunu waslu fl-aħħar tas-sentenza tagħhom, liema servizz jingħata darba fix-xahar
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Gudja fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Għaxaq fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq.
Kunsill Lokali Santa Luċija – proġetti, inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Santa Luċija fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Marsa fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Marsa.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Żurrieq fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Mqabba fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Mqabba.
Billi b'mod kontinwu qed ikun hemm ilmenti minn residenti f'San Pawl il-Baħar minħabba l-istorbju li qed ikun hemm fil-bypass, liema storbju qed jikkawża bosta inkonvenjenzi lir-residenti, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitqiegħdu sound barriers matul din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti iżjed dettalji dwar is-sors tal-allegat storbju kif ukoll il-partijiet eżatti tul il-bypass li qiegħed jirreferi għalihom.
Billi l-bypass ta' San Pawl il-Baħar qiegħda tkun sors ta' ħafna storbju li jdejjaq lir-residenti, jista’ l-Ministru jieħu l-passi kollha biex, permezz ta' taħwil ta' siġar adegwati, jonqos il-ħoss milli jasal fid-djar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, peress li ż-żona msemmija hija mmexxija mill-ELC li taqa’ taht is-sorveljanza tal-Ministeru responsabbli mill-infrastruttura, għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-imsemmi Ministeru. Il-Ministeru tiegħi lest li jikkollabora kif ikun hemm bżonn iżda dejjem fil-qafas legali tal-kuntratt li hemm mal-ELC.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jinqatgħu darba għal dejjem l-abbużi ta' storbju kkawżat mit-traffiku fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (ABELA, CARMELO)
Sakemm l-Onor. Interpellant qed jifhem bħala traffic management, nitolbu jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' CTB's li nħarġu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kull sena, minn meta ddaħħlet is-sistema tas-CTB,? Kemm kien hemm każijiet ta' applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati, għal xi raġuni jew oħra, kull sena? Jista' jagħti dan l-istess tagħrif maqsum lokalità b’lokalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, t-taghrif mitlub.