Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – sejħa – membri tal-Ġurija

Question

B referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid min se jkunu l-Membri tal-Ġurija relatati ma’ din is-sejħa? Jista’ jgħid min se jkunu l-konsulenti esterni abbinati ma’ din il-ġurija? Jista’ jgħid x'se tagħmel Heritage Malta sabiex tassigura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interess bejn dawn l-individwi u individwi oħra li huma interessati f'din is-sejħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mhux se jkun hemm konsulenti esterni marbuta ma’ din il-ġurija. Bħal f’kull proċess ieħor simili, il-membri kollha tal-ġurija jridu jiddikjaraw li m’għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess, qabel jibdew jevalwaw l-offerti. Dispost li nghaddi l-ismijiet tal-membri privatament lill-Onor. Interpellant.

Heritage Malta – membri tal-ġurija – kriterji għal marki

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ġurija se tagħti l-punti allokati kemm għall-prodott, għall-marketing u għall-business model? Jista’ jagħti l-break down ta' dawn il-marki?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-dokument tas-sejħa HM 28/6/2016 jispjega wieħed x’għandu jifhem bil-kriterji msemmija. Dawk kollha interessati kellhom il-liberta kollha li jissuġġerixxu dak li jidhrilhom hu l-aħjar fl-offerta tagħhom. Heritage Malta se tagħzel l-iktar proposta vantaġġjuża għaliha meta wieħed jieħu in kunsiderazzjoni l-aspetti kollha.

Heritage Malta – Sistema ta’ POS fir-ristoranti

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta hija obbligata tipprovdi sistema ta’ Point of Sale (POS) tar-ristoranti li mhux se tkun qed topera hi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sistema ta’ Point of Sale se tkun ipprovduta minn Heritage Malta għal raġunijiet ta’ awditjar u kontabbiltà.

Heritage Malta – understanding of and response to concept — punti tal-ġurija

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ġurija se tagħti l-50 punt allokati għall-‘understanding of and response to concept’? Peress li dan is-suġġett huwa ta' natura suġġettiva ħafna, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri Heritage Malta ħa ser tieħu Heritage Malta, sabiex il-punti jkunu mogħtija jkunu iktar oġġettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-dokument tas-sejħa HM 28/6/2016 jispjega wieħed x’għandu jifhem bil-kriterju msemmi. Barra minn hekk dawk kollha nteressati kellhom l-opportunita kollha li jsaqsu l-mistoqsijiet kollha meħtieġa waqt il-laqgħat li saru, liema laqgħat kienu miftuħa għal kulħadd. Kemm id-dokument tas-sejħa kif ukoll l-ispjegazzjonijiet li ingħataw waqt il-clarification meetings kollha huma pubbliċi, u wiehed jista’ jsibhom fuq heritagemalta.org/muzacafe.

Heritage Malta – sejħa għall-Manager-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Heritage Malta toħroġ sejħa għall-Manager - IT? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan u jekk fin-negattiv, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex dan il-post se jibqa’ vakanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi dan ir-rwol bħalissa huwa kopert mill-Head IT & Corporate Services u ghalhekk f’dan l-istadju ma hemmx bżonn li toħroġ sejħa simili.

Heritage Malta – branding guidelines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex 'branding guidelines'? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq dawn il-linji gwida?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi Heritage Malta għandha branding guidelines. Dan id-dokument kien sar fl-2003 ftit wara li twaqqfet l-Agenzija, u ġie aġġornat xi snin wara.

Daħla ta’ Buġibba – arblu miksur u maqlub

Question

Billi għal diversi ġimgħat, wieħed mill-arbli tad-dawl li hemm fid-daħla ta’ Buġibba, fejn hemm it-traffic lights, jinsab miksur u maqlub mal-art, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-arblu jiġi rranġat, qabel iweġġa' xi ħadd?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-arblu ġie skonnettjat. Transport Malta qegħda fil-proċess li tordna t-tiswijiet.

Il-Qawra – Pont – perikolu taħt l-ilma

Question

Billi jidher li fil-ponta tal-Qawra, taħt wiċċ l-ilma hemm xi ħadid li hu ta’ periklu għal dawk li jkunu hemm, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-periklu jitneħħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet neċessarji sabiex jitneħħa dan il-periklu diġà saru mill-Ministeru kkonċernat.

PBS –impjegati li għandhom il-mobile phone/home pack imħallas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ min huma l-persuni u x'karigi għandhom fi ħdan il-PBS, li minbarra l-kont tal-mobile imħallas, għandhom il-home pack, jiġifieri servizz ta' telefonija fissa, internet u televiżjoni mħallas mill-istess PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Minbarra l-kont tal-mobile, dawn il-persuni huma ntitolati għall-internet u televisjoni: Manager IT Financial Controller Manager Operations Manager Corporate Services Manager Sales Junior Manager News Manager Sports Manager News Manager Programs Junior Manager Radio

PBS – benefiċċji tal-preżentaturi ta’ programmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas u l-benefiċċji ta’ kull preżentatur ta’ programmi fuq PBS? Liema huma dawk il-preżentaturi li jitħallsu ammont addizzjonali mal-paga għall-programmi li jippreżentaw?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara r-rati tal-ħlas tal-preżentaturi tal-PBS, nista’ nagħmel dan privatament.
Leg 12 PQ #26881 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Schedule V — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kopja anzjana li applikat biex iġġedded is-Schedule V?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.

Reserved parking — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward reserved parking ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-applikazzjoni għal reserved parking ma ġietx approvata mill-Bord f’Diċembru 2015 fuq il-bażi li ma kienx hemm persuna b’liċenzja tas-sewqan fir-residenza tal-applikant. Il-Bord reġa’ rreveda l-każ u fi Frar 2016 din it-talba reġgħet ma ġietx approvata.

Studji settorjali dwar investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx studji jew jekk humiex ser isiru studji settorjali biex jgħinuna niddentifikaw aħjar fejn għandna ninvestu aktar jew fejn għandna nibdew ninvestu? Min hu jew ser ikun responsabbli għal dawn l-istudji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #26892 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-qalb li jsiru b’keyhole surgery

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei hemmx speċjalizzazzjoni fejn jidħlu operazzjonijiet tal-qalb li jsiru b’keyhole surgery? Jekk iva kemm hemm speċjalisti? X’inhi l-frekwenza ta’ din it-tip ta’ operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei isiru keyhole surgeries fil-qalb. Fl-Isptar Mater Dei hemm konsulent li jagħmel dawn it-tip ta’ interventi li jammontaw għal numru żgħir fis-sena. Din is-sena fl-Isptar Mater Dei tajna bidu għal servizz ġdid li huwa minimally invasive aortic valve replacement.
Leg 12 PQ #26893 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Strateġija biex it-turisti jesperjenzaw il-kultura Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemm strateġija biex it-turisti jesperjenzaw jew jiġu nkuraġġuti jesperjenzaw aktar il-kultura Maltija billi jersqu aktar lejn il-villaġġi u l-kampanja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-politika tal-Gvern għat-turiżmu 2015-2020 tisħaq il-ħtieġa li pajjiżna jiġi proġettat fit-totalità tiegħu kollha lit-turisti li jżuruna. Dan sabiex inkunu nistgħu noffru d-diversità storika, kulturali, ambjentali u tal-pajsaġġ li joffri pajjiżna minkejja ċ-ċokon tiegħu. B’dan il-mod inkunu nistgħu nattiraw firxa aktar wiesgħa ta’ viżitazzjonijiet turistiċi li jiġu fostna sabiex jesperjenzaw lil Malta u Għawdex matul it-tnax-il xahar tas-sena. Mil-lat prattiku, qed naraw żvilupp ta’ prodott ġdid mill-aktar interessanti f’akkomodazzjoni żgħira fil-villaġġi u l-irħula tagħna. Dan qed jiġi sostnut bi proġetti ta’ mixjiet u attrazzjonijiet ġodda li jgħinu jrendu l-kampanja aktar aċċessibili għall-viżitaturi tagħna.
Leg 12 PQ #26900 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali – bordijiet governattivi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-impjegati tal-Bank Ċentrali li qed iservu fuq Bordijiet Governattivi u x’inhi l-funzjoni tagħhom fuq dawn il-Bordijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bank Ċentrali jikkonferma li bħal kif ġara fil-passat, numru limitat ta’ impjegati tal-Bank ġew magħżula mill-Gvern biex iservu fuq Bordijiet Governattivi. Dawn l-impjegati kollha japplikaw biex jitolbu permess qabel ma jaċċettaw din il-kariga minħabba l-awtonomija tal-Bank Ċentrali. Dawn l-impjegati huma: Is-Sur Joseph Esposito Membru tal-Bord tal-Malta Sports Employees Association u jaqdi l-funzjoni ta Assistent Tezorier. Dr Aaron Grech Membru tal-Pension Strategy Group. Deputat Chairman tal-Bord tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta Membru tal-Bord tal-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy (FEMA) fl-Università ta’ Malta. Is-Sur Joseph Pace Membru tat-Tendering Committee – Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada. Dan il-kumitat jipprepara rakkommandazzjonijiet ta’ offerti għall-kumitat ġenerali tal-kuntratti u għall-kumitat tal-kuntratti dipartimentali. Is-Sur Pace huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni. Is-Sinjura Alexia Pisani Direttur fuq il-Bord tal-Environment and Resource Authority. Is-Sinjura Pisani hija membru tal-Bord. Is-Sur Stephen Rizzo Membru tat-Tendering Committee – Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada. Dan il-kumitat jipprepara rakkommandazzjonijiet ta’ offerti għall-kumitat ġenerali tal-kuntratti u għall-kumitat tal-kuntratti dipartimentali. Is-Sur Rizzo huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni. Membru tal-Government Property Department Tender Committee. Dan il-kumitat jiddiskuti materji relatati mal-bejgħ ta’ art tal-Gvern b’sejħa għall-offerti skont KAP. 268 tal-liġijiet ta’ Malta u jagħti rakkommandazzjonijiet lill-Ministru. Is-Sur Rizzo huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni. Is-Sur Ian Sapiano Membru fuq il-Fuel Procurement Committee (ENEMED) bil-focus fuq Foreign Currency Hedging. Is-Sur Sapiano iaghti opinjonijiet u pariri fuq ir-rati tal-kambju. Is-Sur Sandro Zammit Membru tal-Bord tal-Master It. Is-Sur Zammit huwa membru tal-interview panel. Membru tat-Tendering Committee – Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada. Dan il-kumitat jipprepara rakkommandazzjonijiet ta’ offerti għall-kumitat ġenerali tal-kuntratti u għall-kumitat tal-kuntratti dipartimentali. Is-Sur Zammit huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni.

San Ġwann – xogħol ta’ bini ta’ uffiċini għall-Kunsill Lokali, ġnien pubbliku u Klabb tal-Boċċi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti dwar xogħlijiet f’San Ġwann għal bini ta’ uffiċini għall-Kunsill Lokali, ġnien pubbliku u l-Klabb tal-Boċċi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproċessa l-applikazzjoni għall-permess.

Dipartiment tax-Xogħlijiet – xogħlijiet f’żoni turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi xogħlijiet mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet f’żoni turistiċi matul din l-aħħar sena. Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti rendikont ta’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tax-Xogħlijiet – xogħlijiet fuq znieter ta’ knejjes

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li saru permezz tal-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet fuq znieter ta’ knejjes f’dawn l-aħħar sentejn? Fiex kienet tikkonsisti din il-ħidma u liema parroċċi bbenefikaw ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sentejn saru xogħlijiet ta' tranġar u tisbiħ fuq erba' znieter. Ix-xogħlijiet saru kemm mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura kif ukoll bil-ħaddiema tal-kuntrattur wara li inħarġu sejħiet għall-offerti. Ix-xogħol sar fuq iz-znieter tal-Knisja ta' Santa Liberata (tal-Kapuċċini), Kalkara, dak tal-Knisja tal-Vitorja, l-Isla, ta' San Girgor, Tas-Sliema u ta’ Santa Marija, Gudja.

Dipartiment tax-Xogħlijiet — skemi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif tal-iskema li għandu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu, li permezz tagħha qed jibbenefikaw ħafna Kunsilli Lokali? Liema Kunsilli Lokali bbenifikaw jew ressqu t-talbiet tagħhom s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema fi ħdan il-Ministeru hija kif ġej; Il-materjal li jintuża għax-xogħolijiet jipprovduh il-Kunsilli Lokali għall-ispejjeż tagħhom. L-ispiża tax-xogħol (labour cost) li trid tiġi imħallsa lill-Gvern tiġi kkalkulata kif ġej:- Għal stimi ta’ xogħlijiet li jkunu tlestew,fejn l-ammont tagħhom ikun sa € 812.95 fil-valur, irid jitħallas biss €232.94. Għal stimi ta’ xogħlijiet li jkunu tlestew li l-ammont tagħhom ikun aktar minn € 812.95 jithallas 30% biss tal-valur.