Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-pixxina l-ġdida f'Għawdex? Meta hu maħsub li l-pixxina tkun lesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-privat li sar fuq il-bini u l-operat ta' din il-pixxina?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex permezz tal-Privatisation Unit ħareg RFP u ġiet aġġudikata. Bħalissa qed jiġi mfassal l-Memorandum of Understanding.
Jista’ l-Ministru jgħid liema pazjenti se jiġu mmexxija mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew mill-parti tal-Isptar magħrufa bħala tal-Ibraġġ? Fejn se jittieħdu dawn il-pazjenti? Kemm se jkun in-numru ta' pazjenti li se jiġu affettwati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern, l-Vitals Global Healthcare u l-istakeholders l-oħra f’Għawdex għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar fuq Dar Lourdes f'Għajnsielem Għawdex biex jittieħdu l-pazjenti fiha? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa fuq din id-dar min-naħa tal-Gvern u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li sar biex il-Ministeru għas-Saħħa jagħmel użu minn din id-Dar?
Tista' l-Ministru tgħid x’investigazzjonjiet għamlet l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dwar il-każ ta’ tagħrif allegatament qarrieqi tal-Volkswagen u x’passi qed jittieħdu biex il-konsumaturi li ġew milquta b’mod negattiv f’Malta, jiġu kkompensati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-MCCAA flimkien mall-Awtorita’ tat-Trasport pubbliku qed isegwu mill-qrib dan il-każ sabiex il-konsumaturi Maltin li ġew milquta jkollhom il-karozzi tagħhom aġġornati skont il-kuntratt.
Għalkemm ma ġewx irreġistrati ilmenti minn konsumaturi Maltin dwar dan il-każ, l-MCCAA xorta waħda qed issegwi mill-qrib x’inhu jiġri f’livell Ewropew. Il-Kummissjoni Ewropeja ġiet mogħtija l-informazzjoni meħtieġ dwar is-sitwazzjoni f’Malta u l-MCCAA se tingħaqad fl-azzjonijiet li se jittieħdu minn pajjiżi oħra Ewropej fejn qed jiġi ikkunsidrat il-kumpens.
Wara l-investigazzjonijiet li għamlet, l-MCCAA ġiet infurmata li l-kosumaturi Maltin li xtraw mingħand l-aġent lokali ġew ikkuntatjati sabiex isir it-tibdil neċessarju. M’hemmx indikazzjoni kemm se jdum dan il-proċess għaliex dan jiddependi mir-rispons tal-konsumaturi.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tagħha dwar il-proposta għar-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-geo-blocking li ħarget fil-25 ta’ Mejju 2016, l-aktar ukoll għax jidher li din il-prattika tolqot diversi konsumaturi f’Malta l-iżjed meta dawn iridu jixtru online minn pajjiżi membri oħra tal-Unjoni Ewropea (Brussels, 25.5.2016 COM(2016) 289 final 2016/0152 (COD) Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on addressing geo-blocking and other forms of discrimination based on customers' nationality, place of residence or place of establishment within the internal market and amending Regulation (EC) No 2006/2004 and Directive 2009/22/EC)?
Response (DALLI, HELENA)
Il-pozizzjoni tal-Gvern hija cara kontra diskriminazzjoni ta’ konsumaturi fuq bazi ta’ residenza jew nazzjonalita’ sakemm ma jkun hemmx kriterji oggettivi.
Ghaldaqstant il-Gvern jilqa’ l-ghanijiet ta’ din il-proposta izda jrid jara li jkun hemm carezza fir-regoli. Dan biex nassiguraw serhan il-mohh ghal-bejjiegha filwaqt li nghinu lil-konsumatur igawdi aktar mill-beneficcji tas-suq uniku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw midwives fl-2016 u kemm minn dawn ġew impjegati mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numu ta' midwives li temmew il-kors tal-midwifery b'success din is-sena u applikaw għall-impjieg mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku huwa ta’ 16. Dawn l-midwives qegħdin fil-proċess li jiksbu r-reġistrazzjoni u l-warrantqabel ma jiġu mpjegati.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju tqassmu l-infermiera l-ġodda li gradwaw fl-2016 fil-postijiet differenti li joffru servizz ta’ saħħa? Veru li ntalbu jgħidu l-preferenzi tagħhom? Dawn l-infermiera tqassmu skont il-preferenza u skont il-mertu tagħhom, jew skont kriterji oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess maqbul mal-Union tal-Infermiera u Qwiebel (MUMN) hu li skont l-order of merit tal-kors tal-infermiera hekk kif ippubblikat mill-Universita’ ta’ Malta ta' dawk li gabu Degree, imbaghad l-order of merit ta’ dawk li gabu Diploma, l-infermiera ġodda jingħataw l-opportunità li jagħżlu fejn se jaħdmu skont il-vakanzi u l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm dewmien ta’ xahrejn biex l-infermiera l-ġodda li gradwaw fl-2016 bdew jaħdmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infermiera li ggradwaw din is-sena bdew jaħdmu fit-3 ta’ Ottubru wara li tlesta l-proċess amministrattiv. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fl-2012, fi żmien Gvern preċidenti, l-infermiera li kienu ggradwaw dik is-sena bdew jaħdmu f’Novembru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dam jiġi preparat l-induction course għan-nurses li gradwaw fl-2016? Jikkonferma li fil-fatt l-induction course kienet laqgħa waħda fejn l-infermiera ġew infurmati fejn se jibdew jaħdmu u tqassmulhom l-uniformijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Induction Courses għall-infermiera huwa programm intensiv ta’ 40 siegħa, li huwa parti mill-150 siegħa tal-Orientation Programme li jsir fl-ewwel sena tal-ingaġġ ta’ dawn l-infermiera ġodda. Dan l-Orientation Programme jinkludi ukoll 2 modules speċifikati u huwa rikonoxxut fuq livell 5 mill-MQRIC.
Dan il-programm jingħata minn żmien għal żmien biex jikkonċedi mal-ingaġġar ta’ infermiera ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-infermiera ġodda li gradwaw fl-2016 kenitx fuq bażi full-time jew part-time? Jikkonferma li għalkemm is-sejħa kienet fuq bażi full-time, kien hemm infermiera li ġew impjegati fuq bażi part-time u kien hemm min għażel li jaħdem night duties biss?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-infermiera kienet kemm fuq bażi full-time, kif ukoll part-time, u għalhekk kien possibli li numru ta' infermiera jigu ngaġġati part-time fuq xewqa tagħhom.
San Ġwann – Stores tal-Mediċini – tiswijiet ta’ ħsara fl-art
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa t-tiswija tal-ħsara li kien hemm fl-art tal-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)? Jikkonferma li l-kawża kienet il-konkos difettuż? Minn min saret it-tiswija? Min inżamm jew se jinżamm responsabbli għall-ħsarat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tax-xogħol ta’ tiswija msemmi minnha għad irid jiġi vverifikat wara li jkun tlesta kollu. Is-CPSU ħadet passi fil-qorti kontra l-kuntratturi u l-perit responsabbli mix-xogħol oriġinali biex tirkupra l-ispejjeż.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għas-sejħa ta’ offerti għall-kuntratt għas-servizz tal-Meals-on-Wheels? Jekk dan il-proċess ingħalaq, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem dan l-istess kuntratt?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-proċess għas-sejħa ta’ offerti għall-kuntratt għas-servizz tal-Meals-on-Wheels ġie konkluż f’Settembru li għadda u s-servizz issa qiegħed jingħata mill-operatur li rebaħ is-sejħa għall-offerti. Is-servizz beda jitqassam mill-operatur il-ġdid b’effett minn dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema, li bħalissa hemm jaħdmu mal-Gvern u kumpaniji privati fir-Residenza San Vinċenz de Paul, b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill- Onoevoli Interpellant illi, in-numru ta’ ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gvern ġewwa r-Residenza San Vinċenz, inkluż dawk ġejjin minn Korporattivi, Kumpaniji u Aġenziji tal-Gvern huwa ta’ 1072, filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz ġewwa r-Residenza iżda li huma impjegati tal-kuntrattur huwa ta’ 476.
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min kienet id-deċiżjoni u x’wassal biex l-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul tinbidel f`dormitorju għal numru ta’ ħaddiema matul ix-xahar ta’ Settembru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li, il-Management ta’ San Vinċenz de Paul qed imexxi programm ta' xogħlijiet estensivi kif ukoll qed jittieħdu miżuri temporanji b'risq il-ħaddiema waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet.
Residenza San Vinċenz de Paul — Activity Centre - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ ħaddiema li għamlu użu mill-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul, bħala dormitorju għalihom, matul ix-xahar ta’ Settembru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ħadd ma għamel użu mill-Activity Centre bħala dormitorju.
Residenza San Vinċenz de Paul – xogħol ta’ kostruzzjoni fil-kċina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-kċina tar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul u jista’ jgħid ukoll meta din il-kċina se tibda topera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li, il-kostruzzjoni fuq il-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paule, tibda hekk kif il-process ta’ tendering, li bħalissa għadu għaddej, jintemm u jiġi awarded.
Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet li għandhom isiru fil-kċina
Question
Jista’ l-Ministru jikkwantifika kemm ġej jiswa x-xogħol li suppost għandu jsir fil-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul, liema xogħol suppost ukoll li għandu l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar liema permess ilu li nħareġ għal aktar minn sena u nofs ilu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 27758, il-proċess ta' tendering għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lift fil-librerija tal-Furjana hux qed jiffunzjona u dan peress li f'risposta li kien ta fil-11 ta' Jannar 2016 għall-mistoqsija parlamentari 21755 kien qal li qed isiru x-xogħlijiet biex dan jitħaddem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li x-xogħlijiet fuq il-lift qegħdin jitkomplew peress li xi parts speċifiċi kellhom jistennewhom minn barra. Infurmat li dan għandu jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Qala Għawdex – viċi sindku – ħlas mill-insurance tal-Kunsill
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Viċi Sindku tal-Qala fi Frar ta' din is-sena ġie mħallas is-somma ta' elfejn, tliet mija u għaxar ewro (€2310) mill-insurance tal-Kunsill? Fuq xiex kienet il-claim li saret? Min approva dan il-pagament?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.