Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tirċievi pensjoni baxxa għall-bolol li r-raġel ħallas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, permezz ta’ ittra, dwar l-eżitu.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – żieda ta’ priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ li bih żdied in-numru globali ta’ priġunieri residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sena b’sena mill-2005 sal-2015? Għall-istess snin, kemm kienu l-persentaġġi ta’ priġunieri Maltin kif ukoll dawk barranin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ residenti żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena li daħlu fil-Faċilità mill-2010 sal-2015 sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minn dawn ir-residenti reġgħu daħlu fil-Faċilità Korrettiva wara li kienu skuntaw is-sentenza? Kemm minn dawn ir-residenti kellhom każi pendenti fil-qorti qabel ma daħlu fil-Faċilità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ingaġġ ta’ professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ingaġġati professjonisti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul l-2015 sal-lum u jekk hemmx xi applikazzjonijiet pendenti għall-ingaġġ ta’ aktar professjonisti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2015 ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ profesjonisti. Matul is-sena 2016, l-ingaġġ ta’ profesjonisti kien kif ġej: 4 Care Plans Coordinators (2 ingaġġati u 2 għadu għaddej il-proċess biex jiġu ngaġġati) 1 Psychology Assistant (għaddej ukoll il-proċess bies jiġu ngaġġati tlieta oħra)

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu rigward priġunieri żgħażagħ li bħalissa qed jinżammu fit-Taqsima ‘YOURS’ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ġewwa l-Imtaħleb?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa l-Gvern jinsab fil-proċess tat-twettieq ta’ proġett ta’ estensjoni għat-taqsima YOURS. Il-proġett, li qed isir permezz ta’ għajnuna finanzjara min-Norwegian Fund, jinkludi titjib fil-faċilitajiet, ċ-ċelel u spazji aktar addattati għall-edukazzjoni u t-taħriġ. Din l-estensjoni tinkuldi ukoll sezzjoni għal priġunieri femminili żgħażagħ. Xi ħaġa li sa issa qatt ma’ kien hemm. Fl-istess waqt qed issir ħidma sabiex jiġi imfassal program għas-sistema ta’ operat ibba¿ata fuq l-inċentivi u l-privileġġi imsejħa ‘Incentives and Earned Privileges System’, fejn kull individwu jiġi mgħejjun jaħdem fuqu innifsu u jtejjeb l-imġieba tiegħu u dan wara li kull priġunier isirlu pjan ta’ kura sabiex jirċievi l-għajnuna meħtieġa waqt li jkun qiegħed fit-Taqsima YOURS. L-edukazzjoni, sport u s-servizzi riabilitattivi jiffurmaw parti minn dan il-pjan ta’ kura.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – station officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar ingaġġ ta' station officers fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ)? Kemm ilu ma jkun hemm sejħa għal station officer? Kemm għandu station officers id-DPĊ? Kif qed jaħdmu? X'żied id-DPĊ b'dan l-aħħar ingaġġ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-aħħar ingaġġ ta’ Station Officers sar fit-22 ta’ Ġunju 2016 u ġew ingaġġati 8 station officers. Is-sejħa ta’ qabel għall-iStation Officers kienet saret fl-4 ta’ Novembru 2002 u dakinhar ġew ingaġġati 6 station officers. Id-Dipartiment issa għandu 13-il station officer (wieħed minnhom fil-preżent jinsab sospiż u qabel is-sospensjoni kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu f’Dipartiment ieħor). Dawn l-istation officers qed jaħdmu b’xift ta’ Day, Day, Rest, Off, (13 hrs, 13 hrs, rest, off) u qed jiggwadanja li f’kull stazzjon maġġur ikun hemm żewġ station officers jieħdu ħsieb u mhux wieħed. Minbarra dan l-istation officers issa qed idumu fuq il-post tax-xogħol sat-20.00 u mhux kif kienu sa ftit taż-żmien ilu sal-15.00 b’hekk apparti li hemm station officer f’kull stazzjon dan qed ikun preżenti fl-istazzjon għall-5 sigħat iktar. Ukoll issa minflok duty officer wieħed li jrid ilaħħaq ma’ Malta kollha bil-lejl, issa ser ikun hemm bejn 5/6 uffiċjali li jaħdmu ta’ Duty officers u dawn ser jitqassmu fuq l-area tagħhom. Dan seriservi biex ikun hemm iktar effiċjenza fl-operat ta’ emerġenzi maġġuri fejn il-preżenza ta’ station officer tkun meħtieġa.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hemmx full complement? Jekk le, xi kemm jonqos personnel biex dan jintlaħaq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-complement attwali huwa ta mija disa u sittin. Fil-preżent qed isir eżerċizzju ta’ ‘capacity building’ tar-riżorsi umani li dan id-dipartiment għandu bżonn.

Kunsill Lokali Marsaxlokk – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Marsaxlokk fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.

Kunsill Lokali Birkirkara – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Birkirkara fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

Kunsill Lokali Valletta – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Valletta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Kunsill Lokali Mellieħa – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Mellieħa fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Kunsill Lokali Ħamrun– proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, għajnuna, intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Ħamrun fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.

Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18066, 17534, 16463 u 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklużi l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li attwalment qed tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks ġiet maħtura abbażi tal-esperjenza tagħha professjonali u akkademika fis-settur, bl-istess mod li nħattru l-predeċessuri tiegħu, inkluż taħt Gvernijiet preċedenti. Bil-kunsens tal-persuna li attwalment qed tokkupa din il-kariga qiegħed ngħaddi l-informazzjoni mitluba: Remunerazzjoni (Salarju Anwali): €70,000 Performance Bonus: massimu ta’10% tas-salarju, Assikurazzjonijiet, Mobile,Internet u Fuel Allowance ta’ €250 fix-xahar

Fish Farming f'Malta u f'Għawdex — bdil ta' policies

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10407, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija msemmija bdew jiġu implimentati, issa li għaddew sentejn minn dakinhar? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan id-dokument li ġie kkwotat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti sostanzjali mir-rakkomandazzjonijiet misjuba fl-“Aquaculture Strategy for the Maltese Islands – towards sustainability 2014-2025” bdew jiġu implimentati. B’mod partikolari qed issir implimentazzjoni fis-sebgħa tematici identifikati bhala importanti mill-istrateġija, kif elenkat hawn taħt: · Promozzjoni tal-akkwakultura bħala settur marittimu imporanti – id-Direttorat għall-Akkwakultura fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura qiegħed jattendi laqghat fuq livell Ewropew, kif ukoll Internazzjonali, sabiex ikun involut fil-formulazzjoni ta’ policies u pjanijiet oħra għas-settur tal-akkwakultura. Qed isiru wkoll aktar laqgħat ta’ koordinament bejn l-awtorijatjiet involuti fis-settur tal-akkwakultura sabiex ikun hemm approċċ komuni mir-regolaturi ghas-settur tal-akkwakultura. · Tkabbir immirat lejn is-sostenibbilita’ – Qed isir sforz sabiex jigi identifikat sit addattat biex jinbena mafqas tal-hut, kif ukoll żdiedet il-kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi, kemm Maltin kif ukoll Ewropej, sabiex ikun hemm aktar riċerka fis-settur tal-akkwakultura. Fost proġetti oħrajn ta’ min isemmi li għall-ewwel darba, fl-2016 tfaqqas il-bajd tat-tonn u l-frieħ tkabbru għal 50 ġurnata fuq ikel xott ( pellets ) bħala proġett bejn id-direttorat tal-Akkwakultura u l-Universita’ ta’ Dusseldorf. · Tisħieħ regolatorju – ġie ppreparat abbozz ta’ liġi dwar l-operat tal-istabbilimenti tal-akkwakultura. · ¯oni għall-akkwakultura – Filwaqt li qed isir eżerċizzju għar-rilokazzjoni tal-operaturi fis-settur tat-tonn għal ġoż-żona tal-akkwakultura, qed isir ukoll xogħol sabiex jiġu identifikati żoni ulterjuri għall-akkwakultura. · Sostenibbilita’ permezz ta’ mmaniġġjar ambjentali imtejba – Ir-regolamentazzjoni tal-operaturi ser tkun armonizzata permezz tal-abozz tar-regolamenti għall-operat tal-akkwakultura, kif ukoll tal-kodiċi ta’ prattika tajba. · Kompetittivita’ permezz tal-innovazzjoni – qed issir riċerka sabiex tiżdied id-diversita’ ta’ speċi disponibbli għall-akkwakultura, kemm ta’ ħut kif ukoll ta’ ikel ħaj sabiex jintuża fit-trawwim tal-ħut. F’dan ir-rigward qed isir xogħol innovattiv fuq żewġ speċi ta’ gambli lokali. Ukoll ta’ min isemmi li qed jiġi ukoll esplorat l-aspett ta’ akkwakultura għas-settur ornamentali, li qed issir aktar importanti maż-żmien.

fish farming – ħlas ta’ taxxi ambjentali

Question

Billi qed jingħad li matul din is-sena, l-industrija tal-fish farming se tkun ħallset madwar €1.1 miljun f'taxxa ambjentali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-istess fondi li daħlu permezz ta' din it-taxxa, fil-fatt ġew minfuqa fuq miżuri ambjentali, kemm marbuta mal-baħar, kif ukoll marbuta ma' attivitajiet ambjentali oħra? Fiex intefqu dawn il-fondi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dħul mill-“Caging of Blue Fin Tuna” jiġi depożitat f’Line Item 0352 tar-Revenue Vote tal-Ministeru. Min-naħa l-oħra l-allokazzjonijiet Rikorrenti u Kapitali li ġew ivvutati fuq miżuri ambjentali huma dawk li jidhru f’paġni 123 sa 135 tal-Estimi Finanzjarji għall-2016.

Bypass ta’ San Pawl il-Baħar

Question

Peress li l-parti mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, li suppost isservi ta' viewing point, qed tintuża għall-ħatt u t-tagħbija ta' merkanzija, jista' l-Ministru jassigura li dan ma jibqax iseħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċjali tad-Dipartiment ta’ l-Infurzar ta’ Transport Malta se jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post biex jassiguraw li dan l-abbuż jieqaf.
Leg 12 PQ #27450 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Taxxa tal-50 ċenteżmu għal kull turist – proġetti ffinanzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti mistennija jkunu ffinanzjati mid-dħul li ser ikun hemm mit-taxxa ta' 50 ċenteżmu għal kull lejl għat-turisti, matul din is-sena u s-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 460, datata 10 ta’ Ottubru.
Leg 12 PQ #27451 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta u Marsaskala – car park

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal it-tfassil ta' car park fil-Mosta u f'Marsaskala?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Projects Malta li ħarġet sejħa ta’ interess pubbliku sabiex fil-Mosta jinħoloq parkeġġ. Iktar ’il quddiem għandu jitħabbar min laħaq il-kriterji identifikati fis-sejħa pubblika. Fl-istess ħin għaddejja l-ħidma biex ikunu identifikati siti f’Marsaskala li jistgħu jiġu utiliżżati għal parkeġġ pubbliku.

Buġibba/Qawra — ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex, l-unika biċċa ħamrija li hemm ħdejn il-lights li jagħtu għal Buġibba/Qawra, hekk kif taqbeż il-Kennedy Grove, fil-fatt tiġi wkoll imsebbħa, bħalma huma l-kumplament tal-partijiet ta' ħamrija li hemm fl-istess daħla għal Buġibba/ Qawra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27507 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella – master plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b' kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.