Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – membri tal-korp li ma jitħallsux allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li ma jirċievu ebda ħlas ta’ allowance għax-xogħol li jagħmlu fil-Korp tal-Pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kull membru tal-Pulizija li jaħdem full time jirċievi ‘Police Duty Allowance’. Kuntistabbli tar-Riżerva huma eżenti minn din l-allowance, minħabba l-kuntratt speċifiku tagħhom.

Korp tal-Pulizija – sigħat ta’ taħriġ għall-membri tal-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sigħat ta’ taħriġ għall-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2015 u fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sigħat ta’ overtime li nħaddmu mill-membri tal-Korp tal-Pulizja fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2016 u għas-sena 2015 kollha? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid kemm tħallsu xahar b'xahar f’ overtime il-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2016 u fis-sena 2015 kollha?

Response (ABELA, CARMELO)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas ta’ overtime jinħadem kull erba’ gimgħat u mhux xahar x’xahar ninfurmah ukoll li s-siegħat maħduma minn membri tal-Korp, huma kif jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. It-tieni parti tat-tabella turi l-ammont ta’ sieghat kif ukoll il-ħlas relatat għal overtime li nħadem mill-membri tal-Korp tal-Pulizja fl-ewwel disa’ pagamenti tas-sena 2016.

Traffikar ta’ drogi — persuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27488, u jgħid kemm ġew arrestati persuni f’Għawdex b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-30 ta’ Settembru 2016? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti fl-istess perjodu akkużati bi traffikar ta’ droga?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2016, kien hemm sitt persuni li ġew arrestati f’Għawdex b’konessjoni ma traffikar ta’ droga. Sal-lum tnejn minn dawn il-persuni tressqu quddiem il-Qorti u ġew akkużati bi traffikar.

Skema ta’ Live-in Carer – anzjani li bbenefikaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27727, jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan jew anzjana qed jibbenefikaw minn din l-iskema meqjusa bħala proġett pilota u kemm intefqu sa issa mill-miljun ewro intiżi għal dan il-proġett pilota?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skema Live in Carer jew Carer at Home

Question

B'referenza għal-leaflet li ntbagħat f'kull household dwar l-iskema tal-Live-in Carer jew Carer at Home, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex anzjan jew anzjana jibbenefikaw minn din l-iskema? Jista' jgħid jekk din l-iskema hijiex qed tiġi offruta lil dawk l-anzjani li sal-lum mhumiex qegħdin fil-lista ta' stennija biex jidħlu f'Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-fuljett li qed issir referenza għalih, u li fuqu hemm id-dettalji kollha li qed tistaqsi l-Onorevoli. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, din l-iskema qiegħda tkun offruta lil dawk l-anzjani li sal-lum mhumiex qegħdin fil-lista ta’ stennija biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani.

Djar tal-Anzjani – lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm naqset il-lista ta' stennija għad-Djar tal-Anzjani peress illi qegħdin jingħataw l-għajnuna permezz tal-iskema Live-in Carer jew Carer at Home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi benefiċjarji tal-iskema msemmija Carer at Home ma jitilfux posthom fuq il-lista ta’ stennija għal dħul f’waħda mid-djar tal-anzjani.

Kontribuzzjonijiet fil-kalkoli tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern huwiex qiegħed jikkunsidra l-kontribuzzjonijiet li persuna tkun ħallset sal-età ta' 18-il sena, fil-kalkoli tal-pensjoni? Jekk iva, jista' jgħid kemm huma l-pensjonanti li qed jibbenefikaw minn din il-miżura u x'qed tkun l-ispiża żejda tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern qiegħed jikkunsidra rakkomandazzjoni li kienet saret mill-Grupp ta’ Ħidma għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet li kontribuzzjonijiet imħallsa qabel l-eta’ ta’ 18-il sena minn persuni imwielda qabel l-1962 ikunu jgħoddu għall-pensjoni.

Housing estates ġodda

Question

Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' bini ta' housing estates ġodda li saru fis-snin-2014, 2015 u 2016 sal-lum, separatament minn xulxin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fl-2014 tlestew 9 units tal-Awtorita’ tad-Djar. Kif żgur taf l-Onorevoli Interpellant bħalissa għaddejja ħidma fuq il-proġett ta’ Housing Soċjali ta’ 50 miljun Ewro li ser ikun qiegħed jikkonsisti f’numru ta’ units ġodda għall-akkomodazzjoni soċjali, li jammontaw għal ħafna aktar units minn dawk mibnija minn amministrazzjonijiet preċedenti.

Xogħlijiet ta’ tiswija u upgrading fi blokka

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' tiswija u upgrading li kellu jsir fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-kuntratt għal xogħlijiet ta’ tiswijiet u upgrading fil-blokk imsemmi, ingħata f’Settembru 2016. Ix-xogħlijiet inbdew minnufih, fejn diġa’ bdew jinqalgħu soqfa perikolużi, bdiet tinbarax żebgħa fil-partijiet komuni u xogħlijiet oħra relatati.
Leg 12 PQ #27895 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għas-Saħħa

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità – rapport annwali

Question

B’referenza għar-rapport annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità (KNPD), hemm indikat li l-gvern tilef kawża l-Qorti kontra l-istess KNPD b’rabta ma nuqqas t’aċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità, u l-gvern appella, immax’inhi r-raġuni li l-gvern appella minn deċiżjoni bħal din?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li Transport Malta (TM) tagħti wiċċ ġdid lit-triq li twassal għan-niżla ta' Għar Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27897 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li twassal għan-niżla ta' Għar Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi tingħata wiċċ ġdid minn fondi Ewropej?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .

Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – speed camera

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Transport Malta (TM) hijiex ser tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha sabiex tiġi installata speed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi magħrufa bħala l-bypass, hekk kif baqgħu jsiru inċidenti minħabba veloċità eċċessiva?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-LESA rċeviet talba għall-installazzjoni ta’ speed camera fit-triq imsemmija. Bħala proċedura din it-talba tiġi mressqa quddiem it-Traffic Management Committee għall-approvazzjoni. Minħabba aġenda mimlija tal-laqgħa li għaddiet, din ma leħqitx ġiet diskussa. Għaldaqstant din ser tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss.

Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb li tbiddel sleeping policeman ineffettivi għal oħrajn b'kapaċità aħjar u li jnaqqsu l-veloċità tal-karozzi fi Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali u l-uniku talba din is-sena kienet għal tibdil ta’ Road Humps biex isiru Rubber Road Thumps. Dawn ma ġewx approvati għaliex skont il-policy ta’ Transport Malta dawn it-thumps ma jiġux approvati ġewwa toroq wesgħin aktar minn 3 metri.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-persuni li taw u li qiegħed jagħtu s-servizzi tagħhom bħala konsulenti matul is-sena 2016 fi ħdan l-istess Ministeru, Direttorati, Istituti, Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni u Sport Malta? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' ħlas jew perkaċċi qiegħed jingħataw dawn il-konsulenti għas-servizz tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. (Korrezzjoni: Ara Dokumentu PL 7800 li tpoġġa f'Seduta 430, nhar it-Tnejn, 24 ta' Ottubru 2016)

Learning Outcomes Framework

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-Learning Outcomes Framework min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-implementazzjoni tal-Learning Outcomes huwa wieħed mill-aspetti li qiegħdin jiġu diskussi mal-MUT, f’taħdidiet dwar ftehim settorjali. Min-naħa tad-Direttorat tal-Kwalità u l-Istandards, qiegħdin isiru pjanijiet sabiex malli jintlaħaq ftehim mal-MUT, jibda taħriġ għall-Edukaturi f’kull skola tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. L-Uffiċjali Edukattivi għamlu xogħol ta’ tħejjija, kull wieħed fis-suġġett tiegħu, sabiex ikunu ppreparati biex jitħaddmu mal-għalliema dwar din il-metodoloġija. Huma kellhom ukoll jiem ta’ taħriġ biex jitħejjew sew għall-introduzzjoni tal-Learning Outcomes. Qiegħdin ukoll isiru taħdidiet mal-imsieħba l-oħra, fosthom mar-rappreżentanti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, mal-ġenituri, Istituzzjonijiet Edukattivi Ogħla, kif ukoll mal-Matsec Board sabiex isiru riformi fis-sistema tal-assessjar inkluż is-SEC. Saret konsultazzjoni ma’ numru kbir ta’ kapijiet ta’ Skejjel Sekondarji u jidher li hemm qbil dwar kif il-Learning Outcomes, it-tagħlim u l-assessjar għandhom jiġu mħaddma flimkien b’mod li jkunu kumplimentari għal xulxin. Ser ikomplu jsiru laqgħat mal-industrija bħala msieħeb ieħor importanti. Sar it-twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni sabiex jissaħħaħ it-taħriġ tal-edukaturi f’kull qasam li jkompli jgħin din l-implimentazzjoni. Qiegħdin jiġu offruti sensiela sħiħa ta’ taħriġ b’xejn lill-edukaturi kollha sabiex ikollhom l-opportunità li jissaħħu f’dawk l-oqsma magħżula minnhom. Hemm ippjanat taħriġ iktar wiesgħa u għażla ikbar ta’ korsijiet.

Dock 7

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-aċċess għat-triq f'Dock 7 ingħalaq għall-pubbliku b'konsegwenza li l-konġestjoni għat-traffiku fin-naħa t'isfel ta' Malta qed jiżdied?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aċċess għat-triq f’Dock 7 ingħalaq minħabba l-iżvilupp ta’ maritime hub fl-istess akwata. Madankollu ntlaħaq ftehim fil-ġranet li għaddew sabiex din it-triq terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku u b’hekk tgħin sabiex ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku. Dan l-aċċess temporanju se jkun aċċessibli għal vetturi privati u mhux għal vetturi kbar minħabba l-limitazzjonijiet tas-sit. Dan l-aċċess se jkun miftuħ bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, festi esklużi, matul il-ħinijiet ta’ filgħodu bejn is-6am u d-9.30am direzzjoni lejn il-Belt Valletta, sakemm jitlesta x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq rotta alternattiva li mistennija tibqa’ fis-seħħ b’ mod permanenti. Napprezza li l-Onor. Interpellant qed jara l-importanza ta’ l-użu ta’ din it-triq alternattiva.
Leg 12 PQ #27903 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

International Trade – news releases – esportazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26896, jista’ l-Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Uffiċċju tal-Istatistika, jgħid jekk mill-eżerċizzju tal-ġbir tal-istatistika jirriżultax li hemm raġuni wara din iż-żieda straordinarja fl-esportazzjoni tal-prodotti tal-farmaċewtika? L-Uffiċċju tal-Istatistika ħass li għandu jinvestiga din iż-żieda qawwija biex jassigura l-veraċità tagħha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi z-zieda qawwija fl-esportazzjoni tal-prodotti tal-farmacewtika hija bbazata fuq dikjarazzjoniijet fi hdan is-sistema tal-INTRASTAT (intra-EU).Bhal ma jsir dejjem, f'kaz li l-figuri rrapurtati jkunu jidhru li huma outliers, issir il-verifikazzjoni mehtiega. Din saret f'dan ir-rigward.

Programme TVAM – Features mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi jew mill-Ministeru għat-Turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26836, u la t-tranżazzjoni hi bejn żewġ entitajiet pubbliċi, jista’ l-Ministru jwieġeb ukoll il-parti tad-domanda li titlob informazzjoni dwar kemm kien il-ħlas lill-PBS għal kull feature li ġie kkumissjonat u mħallas mill-Ministeru għat-Turiżmu jew l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-ħlasijiet li saru lill-PBS, nista’ nagħmel dan privatament.